Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/614943
4 illum | Il-Ħadd 13 ta' Diċembru 2015 Aħbarijiet Il-PN irid Ministeru bħal dak ta' Tabone u Giovanna Thompli minn paġna 1 Sinifikanti wkoll huwa l-fatt li fil-Baġit għall-2016, il-Gvern qed jistma li jonfoq €6.3 miljuni f 'nefqa kapitali fuq Għawdex, li hija l-inqas nefqa li ngħata l-istess Ministeru f 'dawn l-aħħar snin, proprju minħabba li diversi proġetti issa qed jaqgħu taħt Ministeri oħrajn. Dan huwa totalment il- kontra ta' dak li kien jiġri taħt gvernijiet Nazzjonalisti fejn f 'Għawdex, il-Ministru kien prattikament il-bidu u t-tmiem ta' kollox u biex tbiddel bozza fi triq, jekk ma tasalx mal- Kunsill Lokali, ridt tmur għand il-Ministru. Kull settur u qasam ekonomiku u soċjali f 'Għawdex kien sa ċertu punt, indipendenti minn Malta, u anke jekk il-linji gwida kienu jkunu l-istess, in-nefqiet fuq kull settur mis-saħħa sal- agrikoltura kien jieħu ħsiebha l-Ministeru. Il-bidla fil-mod kif jopera l-Gvern wassal biex numru ta' Għawdxin li tkellmet magħhom din il-gazzetta jistaqsu għalfejn hemm Ministru għal Għawdex, "biex imur joqgħod jiftaħ il-presepji biss?" Evidenti iktar iżda kienet ir-rabja ta' numru ta' attivisti Laburisti, li xtaqu jibqgħu anonimi, mal-ILLUM akkużaw lill-Partit Laburista li b'dak li qed jiġri qed jintilef kważi kull possibbiltà li l-politiku Għawdxi jagħmel differenza f 'ħajjet l-Għawdxin. "Ara kemm ġejna sew. Mela jekk għandi ilment, minflok għamiltu għand il-Ministeru t'Għawdex u waqaf hemm, issa dan l-ilment irid imur minn Għawdex għand xi Ministru ieħor f 'Malta, li apparti Għawdex, għandu l-pajjiż kollu." Iżda jidher, minn dak li qalu lill-ILLUM dawn l-attivisti Laburisti, li l-aktar ħaġa li weġġgħathom kienet id-deċiżjoni li l-proġett tal- mina bejn il-gżejjer, jekk isir, se jkun qed jaqa' taħt il-portafoll tal-Ministru Joe Mizzi. Hija kwistjoni ta' mmaniġġjar Sorsi viċin il-Gvern iżda ddefendew il-'modus operandi' tal-Gvern u filwaqt li nnegaw li dan qed isir biex jitnaqqaslu xi poter il-Ministru għal Għawdex, żiedu jfakkru kif dak li qed jagħmel Gvern Laburista jagħmel ħafna aktar sens għax ikun qed jistandardizza s-servizzi kollha offruti mill-Istat. "Tagħmel sens li jkollok, biex inġib eżempju, l-Isptar ta' Malta li jkollu ċertu livell u l-isptar ta' Għawdex li jkollu inqas? Tagħmel sens li proġett bħalma hu dak tal-mina jingħata lill- Ministeru ta' Għawdex biex imbagħad ikollok irduppjar tar-riżorsi? X'sens jagħmel li l-Ministru ta' Għawdex iqabbad nies minn tiegħu meta għandek persuni u riżorsi diġà eżistenti fi Transport Malta bħalissa? X'sens jagħmel li l-Ministru tal-Edukazzjoni ma jkollux ir-responsabbiltà ta' manutenzjoni ta' skola, sempliċiment għax qiegħda f 'Għawdex?" Osservatur politiku ieħor midħla sew tax-xena politika f 'Għawdex sostna li l-mod kif qed iqassam ir-responsabbiltajiet il-Gvern preżenti, jagħmel ħafna sens. "Malta u Għawdex huma pajjiż wieħed u la huma hekk iridu jkunu trattati hekk. Ma jeżistux repubbliki, f 'repubbliki. La għandek Ministru qed joħloq policy mela l-istess policy għandu jesegwixxiha hu." 'Illum l-Għawdxi irid imur Malta biex jitkellem mal- Ministru' Minn naħa tiegħu iżda, il- Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għal Għawdex, li fil-Parlament iħobb isejjaħ lill-Ministeru ta' Għawdex bħalissa bħala 'Kunsill Lokali glorifikat', qal li jekk il-partit li jirrapreżenta hu jerġa' jkun fil-Gvern, il- Ministeru ta' Għawdex jerġa' "jissaħħaħ". Mistoqsi minn l-ILLUM x'irid ifisser biha meta jgħid "jissaħħaħ," huwa qal li għandhom ikunu l-Għawdxin li jieħdu d-deċiżjonijiet, "għax il-PN jemmen li jekk id-deċizjonijiet jittieħdu aktar mill-qrib, aktar ikun aħjar." Said qal li kif huwa magħmul il-Ministeru llum, "l-Għawdxi jrid imur Malta biex jitkellem mal- Ministru." "Malta u Għawdex huma pajjiż wieħed u la huma hekk, iridu jkunu trattati hekk. Ma jeżistux repubbliki, f 'repubbliki" Mill-'kollox' ta' Tabone u Giovanna għal Ministeru limitat ....minkejja kollox, Refalo jibqa' l-aktar popolari f 'Għawdex minn Albert Gauci Cunningham Minkejja li l-Ministeru ta' Għawdex tnaqqsulu l-poteri, minn stħarriġ li qed jidher illum fil-gazzetta-oħt tal- iLLUM, Maltatoday jirriżulta li anton Refalo jibqa' l-aktar politiku Għawdxi popolari bħalissa fost il-kandidati kollha miż-żewġ partiti, u l-aktar politiku u kandidat popolari fost dawk li s'issa ppreżenta l-Partit Laburista. Fil-fatt l-istħarriġ li sar fost votanti Għawdxin biss juri kif Anton Refalo għandu l-appoġġ ta' 6.8% ta' dawk li qalu kif jivvutaw kieku kellha ssir elezzjoni issa. Iktar minn hekk iżda, dan il-perċentwal ifisser li Anton Refalo huwa l-aktar politiku popolari fost il-votanti Laburisti b'21.6% jgħidu li kieku kellha ssir elezzjoni llum, jivvutaw lilu. It-tieni l-aktar kandidat popolari f 'Għawdex huwa Chris Said, li jikseb l-appoġġ ta' 4.3% minn dawk li qalu kif jivvutaw u huwa l-aktar kandidat popolari fost in- Nazzjonalisti, b'24.6%. It-tielet l-aktar kandidata popolari Għawdxija hija s-Segretarju Parlamentari għall- persuni b'diżabbiltà u anzjanità attiva Justyne Caruana, li għandha l-appoġġ ta' 1.5% tal- votanti Għawdxin. Interessanti huwa li dan l-istħarriġ juri kif Caruana għandha wkoll l-appoġġ minn 1.6% tal-votanti Għawdxin li huma votanti Nazzjonalisti. Franco Mercieca l-eks Segreatarju Parlamentari għas- Saħħa għandu l-appoġġ ta' 1% biss ta' dawk li qalu kif jivvutaw kieku ssir elezzjoni għada, u Clint Camilleri għandu l-appoġġ ta' 0.8%. Dawn jirrapreżentaw 3.2% u 2.4% tal- votanti Laburisti. Minkejja dawn il-figuri, il- maġġoranza assoluta, jiġifieri 84%, ma tawx tweġiba meta mistoqsijin lil liema kandidat jivvutaw kieku ssir elezzjoni għada. Anton Refalo 6.8% 4.3% 1.5% 1% 0.8% Justyne Caruana Chris Said Franco Mercieca Clint Camilleri Lil min jivvutaw l-Għawdxin kieku ssir elezzjoni illum? 71% tal-qarrejja jivvutaw IVA għall-mina ....kieku kellu jsir referendum 71% tal-qarrejja tal- illum.com.mt jivvutaw iVa għall-proġett tal-mina kieku dan kellu jmur quddiem il- pubbliku għall-vot. is-sit għamel din il-mistoqsija lill-qarrejja tiegħu wara li l-Ministru ta' Għawdex kien esprima ruħu favur li jsir referendum dwar il-kwistjoni ta' jekk għandhiex issir mina bejn il-gżejjer jew le, f 'liema referendum Refalo qal li l-vot Għawdxi għandu jkollu "aktar saħħa." Minn fost il-qarrejja tagħna kienu biss 21.8% li sostnew li kieku kellu jsir referendum jivvutaw kontra proġett simili, filwaqt li 4.6% qalu li ma jivvutawx. Minn fost dawk li jivvutaw fl-istħarriġ ta' kull ġimgħa tal-illum. com.mt, 2.5% għadhom mhux deċiżi kif jivvutaw kieku din il-materja kellha tispiċċa quddiem il-poplu għall-vot. Intant kienu bosta li kkumentaw dwar l-idea ta' referendum, fosthom il-Front Ħarsien ODZ li qalu kif qabel ma biss tkun diskussa l-possibilità ta' referendum, għandhom isiru l-istudji kollha meħtieġa biex ikun determinat jekk il-proġett huwa vijabbli. Minn dakinhar li ħarġet l-istorja dwar ir-referendum l-ILLUM, twaqqaf front favur il- mina li għandu l-appoġġ tal-MP Laburista Franco Mercieca u l-MP Nazzjonalista Chris Said.