Illum previous editions

ILLUM 13 Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/614943

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 39

32 illum Il-Ħadd 13 ta' Diċembru 2015 Sports minn Cristian Antony Muscat St Andrews ....................0 Qormi ............................4 Qormi kienu wisq b'saħħithom għal St Andrews, u fil-fatt għelbuhom bl-iskor kbir ta' 4-0. Kienu St Andrews li ħolqu l-ewwel periklu wara 10 minuti logħob meta xutt minn ġol-kaxxa ta' Jacob Walker stampa mal-wieqfa qabel intemm barra. Fit-18-il minuta, Qormi fetħu l-iskor meta minn cross perfett ta' Clifford Gauci, għola tajjeb Noah Olawale Ojuola, li permezz ta' daqqa ta' ras mill-viċin tefa' ġewwa. Man-nofsiegħa logħob, Qormi rduppjaw l-iskor meta minn freekick ta' Emerson Vella, il-ballun spiċċa f 'saqajn Djamel Leeflang, li bi preċiżjoni niżżel il-ballun lejn Georgios Alexander Nilsson Likourentzos, li wiċċ imb'wiċċ quddiem il-goalkeeper ta' St Andrews tefa' l-ballun fir- rokna tax-xibka. Fit-43 minuta, St Andrews, kienu kważi naqsu l-marġni tal-iskor meta minn cross ta' Jacob Walker lejn il-captain Joseph Farrugia, li lbieraħ kien qed jilgħab kontra l-eks team tiegħu, dan tal-aħħar ra t-tentattiv tiegħu minn ġol-kaxxa jgħaddi ċentimetri barra mil-lasti difiżi minn Kris Calleja. Fis-56 minuta xutt minn barra l-kaxxa ta' Kyrian Nwoko għadda ftit għoli mil-lasti difiżi minn Jean- Matthias Vella. Qormi għamluhom tlieta fit-62 minuta meta Yannick Yankam għadda tajjeb lejn Alex Nilsson, li min-naħa tiegħu krossja lejn Djamel Romano Leeflang Bosetra, li ma laqatx il-ballun, iżda wara li d-difiża ta' St Andrews kklerjat ħażin, il-ballun b'xi mod reġa' spicca għand l-attakkant Olandiz, li mill- viċin tefa' ġewwa. Fit-78 minuta, Qormi skorjaw ir-raba' goal, biex issiġġillaw ir-rebħa, meta minn cross mix-xellug ta' Emerson Vella lejn Ryan Micallef, li minn taħt il-lasta, spara ġewwa. St Andrews - Calleja, Ghio, Williams, Camilleri (Nkene 46'), Edafe Uzeh, Guillaumier, Desira Buttigieg (Stefanoni 59'), Grima (Nwoko 46'), Farrugia, Johnson, Walker Qormi - Vella, Cassar (Gusman 12'), Vella, Berntsson, Sidibe, Gauci, Magro (Viggiani 72'), Yankam (Micallef 78'), Leeflang Boestra, Olawale Ojuola, Nilsson Likourentzos Referi - Marco Borg ALEX NILSSON Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Twieled f'Malmo fl-Isvezja. Inagħaqad ma' Qormi matul l-istaġun li għadda. Kontinwament jixpruna l-attakk ta' Qormi, permezz tad-diversi gowls importanti li jiskorja. Qormi wisq b'saħħithom għal St Andrews Ritratt - Ray Attard Azzjoni konfuża għar-rebħ tal-ballun fil-konfront bejn St Andrews u Qormi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 Dicembru 2015