Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/614943
F'ĠUNJU n-numru ta' nies jaħdmu full-time tela' għal 170,322. Dan ħareġ minn stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista, li kompliet tgħid li dan ifisser li matul l-ewwel 28 xahar ta' din l-amministrazzjoni, kien hemm żieda ta' kwazi 15,000 impjieg full-time. Dan meta matul ħames snin tal-amministrazzjoni preċedenti t-tkabbir kien ta' 11,250 impjieg full-time. B'hekk f ' anqas minn sentejn u nofs l-impjiegi żdiedu kwazi 3,700 aktar minn kemm kienu żdiedu f 'ħames snin sħaħ. Fl-ewwel 28 xahar ta' din l-amministrazzjoni kuljum żdiedu 18-il impjieg full-time. Din hija tlett darbiet ir-rata ta' kreazzjoni ta' xogħol osservata matul l-amministrazzjoni preċedenti. Il-Partit Laburista kompla jgħid li taħt din l-amministrazzjoni, kienu s-servizzi privati li wrew l-akbar tkabbir. Tispikka żieda ta' kwazi 2,400 impjieg fis-servizzi amministrattivi, madwar 1,200 fis-servizzi tekniċi u professjonali, 1,200 oħra fis-servizzi finanzjarji u żieda ta' 900 full-timer fl-informatika u l-komunikazzjoni. Kien hemm ukoll tkabbir ta' 1,100 impjieg fis-settur tal-bejgħ, 1,000 fil-lukandi u ristoranti u tkabbir ta' 1,800 impjieg mas- settur tal-gaming u servizzi oħra. L-impjiegi fis-settur privat żdiedu bi kwazi 300 fil-manifattura u bi kwazi 600 fil-kostruzzjoni, żewġ setturi li tul l-amministrazzjoni preċedenti fihom intilfu eluf ta' postijiet tax-xogħol. Kien hemm ukoll tkabbir spettakolari fis-settur privat tas-saħħa u tal-edukazzjoni, b'żieda ta' 1,200 impjieg full- time f 'dawn 28 xahar. Mill-bidu tal- amministrazzjoni kien hemm żieda ta' kwazi 12,200 persuna full-time mas-settur privat. Li jfisser li 8 minn kull 10 impjieg ġdid ġew ikkreati fis- settur privat. Dan imur għal kollox kontra l-istqarrijiet tal-Oppożizzjoni li t-titjib fil-qasam tal-impjiegi ġej mis- settur pubbliku. L-impjiegi fis-settur pubbliku illum huma 26.0% tal-impjiegi kollha full-time, meta fi tmiem l-amministrazzjoni preċedenti dawn kienu 26.7%. Aktar milli żdiedet id-dipendenza fuq is-settur pubbliku, din filfatt naqset. Fl-istess ħin, il-Gvern ma naqasx li jżid ir-riżorsi f 'setturi importanti fis-servizz pubbliku. Fost l-oħrajn, meta mqabbel mal-bidu tal-amministrazzjoni, illum hemm 1,200 persuna aktar taħdem fis-settur tas-saħħa pubblika u fl-edukazzjoni pubblika. B'dan il-mod il- familji tagħna qed igawdu minn servizz tas-saħħa u edukazzjoni aħjar. Fost l-aktar li gawdew mit- titjib fis-suq tax-xogħol kien hemm l-Għawdxin fejn kien hemm żieda ta' 904 impjieg full-time. Dan it-tkabbir huwa d-doppju taż-żieda fl-impjiegi li kien hemm f 'din il-gżira matul il-ħames snin tal- amministrazzjoni preċedenti. Dawn ir-rizultati jikkonfermaw l-importanza tal-ħidma tal-Gvern fil- qasam tax-xogħol. Il-politika tal-Gvern qed twassal għal tkabbir ekonomiku li jissarraf f 'ħafna aktar postijiet tax-xogħol. Ta' min ifakkar li minkejja din iż-żieda fl-impjiegi, pajjiżna għandu l-ogħla rata ta' job vacancies madwar l-Ewropa. Dan jawgura tajjeb li fix-xhur li ġejjin aktar Maltin u Għawdxin jiksbu opportunitajiet ġodda, temmet tgħid l-istqarrija tal- PL. Il-Ħadd 13 ta' Diċembru 2015 | illum 11 Aħbarijiet PL - 3,700 aktar impjiegi milli kienu żdiedu taħt il-PN Il-PN ikompli jitlob għat-tneħħija ta' Ian Borg MINKEJJA li għaddew aktar minn ġimgħa minn meta l-Ombudsman bagħat rapport dwar is- Segretarju Parlamentari Ian Borg lill-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni, il-Prim Ministru għadu m'għamilx dak li kulħadd jistennih jagħmel, li jwarrab lil Ian Borg. Dan sostnietu stqarrija maħruġa mill- Partit Nazzjonalista, li kompliet issostni li din is-sitwazzjoni hi ipokresija politika għaliex il-Prim Ministru dejjem ikun pront jikkundanna lil ħaddieħor u jitlob għar- riżenji ta' ħaddieħor. Imma meta tmiss lilu dejjem jara kif jagħmel biex jaħrab, jiżvija u jkaxkar biex ma jagħmel xejn. Ir-rapport tal- Ombudsman huwa diġà ċar biżżejjed biex Ian Borg jirriżenja. L-Ombudsman għamilha ċara li l-permess tal-MEPA ma jmessux ħareġ u li Ian Borg ħadu b'ingann. Il-PN kompla jisħaq li l-anqas li jmissu jagħmel il-Prim Ministru huwa li jwarrab lil Ian Borg sakemm il-Kummissjoni kontra l-Korruzjoni tiddeċiedi l-każ kontra Borg. Dan minkejja li anki l-għaqdiet ambjentali talbu r-riżenja ta' Ian Borg u minkejja li l-President tal-Kamra tal-Kummerċ ilmenta li t-tmexxija ta' pajjiżna bħalissa tinsab f 'ġirja lejn il-qiegħ. Dawn id-dikjarazzjonijiet huma bla preċedent f 'pajjiżna fl- aħħar snin. Għaldaqstant il-Partit Nazzjonalista qiegħed jinsisti li l-Prim Ministru għandu jagħmel dak li huwa sewwa u jneħħi lil Ian Borg. Il-Partit Nazzjonalista qiegħed jitlob ukoll liċ- Ċhairman tal-MEPA sabiex jara li l-MEPA ma tibqax tisfida lill-Ombudsman u tirtira l-permess li nħareġ lil Ian Borg mingħajr aktar dewmien. "F'pajjiżna għandna bżonn li l-politika tkun ġirja, mhux lejn il-qiegħ kif tinsab taħt Joseph Muscat, iżda lejn il-quċċata. Huwa għalhekk li l-Partit Nazzjonalista preżenta dokument b'aktar minn 100 proposta sabiex f 'pajjiżna nerġgħu nibnu fiduċja mill- ġdid fil-politika," temmet tgħid l-istqarrija tal-PN. Is- Segretarju Parlamentari Ian Borg