Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/614943
18 illum | Il-Ħadd 13 ta' Diċembru 2015 "Joe għandu 30 sena, ilu jgħix f 'Malta għal 10 snin u jidentifika lilu nnifsu bħala anjostiku għaliex jgħid li l-possibilità li Alla ma jeżistix hija ikbar mill- possibilità tal-eżistenza tiegħu. Huwa jħossu diskriminat minħabba li ġej minn pajjiż fejn iċ-ċittadini tiegħu huma kollha meqjusa bħala Musulmani. Minħabba f 'hekk, għalkemm hu anjostiku, persuni oħra xorta bdew jassumu li hu Musulman. Kawża ta' dan, huwa ġie miċħud minn impjieg fl-industrija li għandu esperjenza fiha u qalulu li minflok għandu jaħdem f 'take-away tal-ikel Tork. Dan qaluhulu kemm- il darba u bl-għajnuna ta' ħabib spiċċa jaħdem bħala kok f 'take-away minħabba li ġie miċħud mill-opportunitajiet l-oħra kollha ta'xogħol." Din l-esperjenza ta' diskriminazzjoni fl-impjiegi minħabba t-twemmin ta' dak li jkun, ħarġet minn riċerka li għamlet il- Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal- Ugwaljanza (NCPE). Skont il-liġi li tkopri l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa f 'Malta, id-diskriminazzjoni minħabba r-reliġjon jew twemmin hija pprojbita meta sseħħ fl-impjiegi, fil-banek u s-servizzi finanzjarji kif ukoll fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. L-esperjenza li rreferejt għaliha hawn fuq seħħet primarjament kawża tal-isterjotipi, jiġifieri meta nagħtu timbru lil grupp ta' nies minħabba xi karatteristiċi li naraw f 'xi wħud minnhom u li mbagħad napplikawhom għal kull membru ta' dak il-grupp. Minħabba li qed jiġi ġġeneralizzat grupp sħiħ, il-membri tal-grupp isibu ruħhom f 'riskju akbar ta' diskriminazzjoni kif ukoll jaf iħossuhom li ma jistgħux jipparteċipaw b'mod sħiħ fis-soċjetà jew jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom daqs ħaddieħor. Dawn il-każijiet ġew studjati permezz tar-riċerka li għamlet l-NCPE fejn ġew intervistati persuni li personalment ġew iddiskriminati jew jafu lil xi ħadd li għadda minn każ ta' diskriminazzjoni minħabba r-reliġjon. Per eżempju, ġie rrapurtat li xi kultant anki minħabba n-nazzjonalità jew oriġini etnika, persuna tista' tiġi assoċjata ma' ċerta fidi. Minħabba f 'hekk, jinħolqu diffikultajiet, fosthom li ma jingħatawx impjieg jew inkella jiġu mċaħħda minn taħriġ kemm edukattiv kif ukoll fuq il-post tax-xogħol. Kien ħareġ minn din ir- riċerka li fl-iskejjel jaf ikun hemm tfal li jiġu mwarrba minħabba r-reliġjon tagħhom għaliex l-istudenti sħabhom ikunu ġew influwenzati mill- opinjoni negattiva tal-ġenituri tagħhom dwar tfal li jħaddnu reliġjonijiet differenti. Għalkemm dawn it- tipi ta' diskriminazzjoni jeżistu, l-NCPE ftit li xejn iltaqgħet ma' każijiet bħal dawn. Mir-riċerka, ħarġu diversi raġunijiet għaliex ma jiġux irrappurtati dawn il-każijiet. L-iktar raġunijiet komuni huma minħabba li jaħsbu li mhu se joħroġ xejn mir-rapport tagħhom jew li s-sitwazzjoni mhux se tinbidel. Hemm ukoll min jibża' jirrapporta għaliex jitilfu l-impjieg tagħhom u anki minħabba li xi wħud ħassew li ma setgħu jagħmlu xejn. Raġunijiet oħra huma l-biża' mill-bullying, li persuni ħassewhom imbarazzati jew inkella li ma kinux konxji tal-possibilità li jirraportaw. Bħala parti mix-xogħol tagħha, l-NCPE taħdem biex toħloq kuxjenza dwar l-importanza tal-ugwaljanza f 'dak li għandu x'jaqsam mar-reliġjon jew twemmin. Għal dan il-għan, toffri sessjonijiet ta' taħriġ li jkunu jittrattaw l-ugwaljanza u d-diskriminazzjoni, inkluż dik li sseħħ minħabba r-reliġjon jew twemmin. Dan it-tip ta' taħriġ huwa mmirat għal studenti, edukaturi, kumpaniji privati kif ukoll is-settur pubbliku. L-NCPE tħeġġeġ lin-nies li jħossuhom diskriminati abbażi tar-reliġjon jew twemmin biex iressqu l-ilment tagħhom. L-NCPE toffri għajnuna biex timtela l-formula tal-ilmenti. Jekk l-ilment ikun jaqa' taħt il-liġi li tħares l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, jien bħala Kummissarju ninvestiga il- każ skont il-bżonn. Min jixtieq aktar informazzjoni jista' jagħmel kuntatt mal-NCPE fuq 25903850, equality@gov. mt jew fuq Facebook taħt 'National Commission for the Promotion of Equality'. Renee Laiviera hija l-Kummissarju Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal- Ugwaljanza (NCPE) Opinjoni renee laiviera Id-diskriminazzjoni minħabba r-reliġjon hija realtà "Jaf ikun hemm tfal li jiġu mwarrba minħabba r-reliġjon tagħhom għaliex l-istudenti sħabhom ikunu ġew influwenzati mill-opinjoni negattiva tal- ġenituri" "Ġie miċħud minn impjieg fl-industrija li għandu esperjenza fiha u qalulu li minflok għandu jaħdem f 'take away tal- ikel Tork" Id-diskriminazzjoni minħabba r-reliġjon jew twemmin hija pprojbita meta sseħħ fl-impjiegi