Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/614943
14 illum | Il-Ħadd 13 ta' Diċembru 2015 Intervista Education+ : Il-Pont bejn il-bank "L-edukazzjoni hija ċ-ċavetta tal-progress." Kemm-il darba smajnieha tingħad din, minn politiċi u mexxejja politiċi? Probabbilment biżżejjed drabi biex issa, qed neħduha b'naqra inqas serjetà milli jixirqilha. Imma fil-verità, u lil hinn mill-element ta' 'cliche' li tista' ġġorr magħha, l-edukazzjoni hija ċ-ċavetta, mhux biss għal ħajja aħjar, mhux biss għal progress individwali imma wkoll għall-progress tal-pajjiż. F'Jannar li għadda, il- Gvern preżenti permezz tal- Ministru Evarist Bartolo, waqqaf il-programm imsejjaħ Education+ bl- iskop ewlieni li jqarreb lejn xulxin il-bank tal-iskola, kulleġġ jew l-Università, lejn ir-realtajiet tal-post tax-xogħol u l-esiġenzi ekonomiċi ta' Malta. Imma dan mhux kollu paroli li issa xbajna nisimgħu miż-żewġ partiti politiċi? Fi ftit kliem, x'hemm ġdid? X'qed isir illum li ma sarx taħt Gvernijiet Laburisti jew Nazzjonalisti tal-passat? U lil hinn mill-attenzjoni tal-midja, x'qed isir biex din l-iskema tkun suċċess? L-ILLUM iltaqgħet ma' Aleks Farrugia, li bħalissa qed imexxi l-istess programm fil- Ministeru tal-Edukazzjoni, u li huwa ħerqan biex jispjega l-importanza u s-suċċess inizjali tal-istess Education+, anke jekk dan għadu fil-bidu tiegħu. Mhux il-qgħad problema imma n-nuqqas ta' ħiliet Farrugia jibda billi jfakkar li f 'Malta, il-qgħad fost iż-żgħażagħ preżentament, mhux daqstant problema. Fil-fatt, minn l-aħħar statistika maħruġa mill- Eurostat, f 'Lulju ta' din is-sena jirriżulta li Malta kellha fost l-inqas rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ, b'10% biss. Din ir-rata tista titqies bħala waħda tajba ħafna, meta titqabbel mal-medja fl-UE li hija ta' 20.7% u 22.5% fil-pajjiżi taż-Żona Ewro. Ir-riżultati li qed jikseb pajjiżna bħalissa fil-qasam tax- xogħol, speċifikament fost iż-żgħażagħ, jitqabbel mal- akbar ekonomija Ewropea, jiġifieri l-Ġermanja, kif ukoll l-Awstrija u d-Danimarka. Farrugia jgħid iżda li għalkemm għandna biex inkunu pożittivi b'ekonomija li qed toħloq l-impjiegi u b'investiment li qed jiġi lejn il-pajjiż, jibqa' fattur inkwetanti li pajjiżna mhux qed jipprovdi biżżejjed ħaddiema bi kwalifiċi biex jimtlew dawn l-istess postijiet tax-xogħol. "Għalhekk l-Education+, biex inressqu d-dinja tax- xogħol lejn l-iskola, mhux għax l-għalliema mhux qed jagħmlu xogħol tajjeb ħafna, ħa nkun ċar, imma għax irridu dejjem aktar inwasslu x'kapaċi toffri d-dinja tax-xogħol lejn il- bank tal-iskola." Farrugia jgħid li l-iskema hi mmirata biex turi lill-istudenti, mhux biss, il-'hard skills' jew l-aspetti tekniċi biex tkun tista' twettaq ix-xogħol imma wkoll, is-'soft skills' jew l-abbiltajiet ta' tmexxija, li tkun parti minn tim, li tkun innovattiv, il-kreattività u l-abbiltà li tfendi u tikber fid-dinja tax-xogħol, kompettitiva kif inhi llum. Imma meta jgħid li hemm oqsma fejn kumpaniji u negozji mhux qed isibu impjegati Maltin, għal- liema qasam qed jirreferi? Farrugia jgħid li l-oqsma fejn hemm nuqqas ta' nies imħarrġin huma diversi, fosthom il-'Life Sciences', jiġifieri dak is-settur li jirrigwarda l-Iżvilupp u r-Riċerka (R&D) u inġinerija ta' tagħmir mediku, fost l-oħrajn, u li għalih bħalissa qed jinbena l-Life Sciences Park, viċin Mater Dei. "Hawnhekk teħtieġ inġiniera, radjografi u aktar nies li huma kwalifikati. Imma fil-verità, mhux talli mhux qed jinstabu nies kwalifikati biżżejjed f 'dawn it-tip ta' impjiegi, talli lanqas f 'impjiegi oħrajn bħal 'welders' mhuma qed jinstabu nies. Biex tkompli tgħarraq is- sitwazzjoni, apparti minn dan in-nuqqas, hemm ukoll il-perċezzjoni żbaljata li f 'impjieg bħal dan, iċ-ċans li jkollok dħul tajjeb huwa wieħed remot." Għalfejn għandna din il- problema? Imma allura, wara li ilna snin nisimgħu tant ftaħir dwar l-investiment li qed jsir fl-edukazzjoni, x'seta' ġara biex ninsabu f 'din is-sitwazzjoni? Forsi l-politiċi ma bdewx iħarsu biżżejjed lejn l-istampa kollha u weħlu biss fuq l-infrastruttura u dak li jidher? Farrugia jwieġeb li, "qegħdin fejn qegħdin għal bosta raġunijiet. L-ewwel hija r-raġuni ekonomika." Jfakkar li l-ekonomija nbidlet mis-snin 60 u għalkemm għad għandna industriji mill-Ġermanja li baqgħu, kellek numru kbir ta' fabbriki, l-aktar dawk tat-tessuti, li ġew u telqu. "Illum l-istess qed jiġri," saħaq Farrugia li fakkar kif pajjiżna qed jesperjenza oqsma u setturi ġodda li qed jibdew joperaw f 'Malta fosthom tas-servizzi tal-avjazzjoni u dak tad-Digital Games, jew kumpaniji li jipproduċu l-video games. Huwa jfakkar kif fl-2014 biss, investew tliet kumpaniji f 'pajjiżna li xogħolhom huwa l-produzzjoni tal- video games u li lkoll ġew Malta wara l-probemi fl- Ukrajna. Iżda minħabba li f 'Malta ma tantx hawn nies kwalifikati f 'dan il-qasam, il-maġġoranza tal-impjiegi marru għand persuni barranin. "Irrid nagħmilha ċara li jien mhux qed ngħid li huwa ħażin li jaħdmu l-barranin, għax dawn qed iħallu l-flus u qed idawru l-ekonomija wkoll, imma naturalment, il-mira tal- Gvern huwa li joħloq kemm jista' jkun opportunitajiet ta' xogħol għall-Maltin u l-Għawdxin." Farrugia jispjega wkoll kif apparti l-bidliet industrijali li ma ħsibniex biżżejjed għalihom, raġuni oħra li qed twassal biex ma jinstabux ħaddiema Maltin huwa l-preġudizzju lejn ċerti setturi tax-xogħol. "Jeħtieġ ninfurmaw dejjem aktar lill-istudenti u l-għalliema, kif fil-fatt qed isir bl-Education+, biex kulħadd ikun jaf li apparti x-xogħolijiet ta' avukat, nutar u għalliem hemm bosta impjiegi oħrajn li joffru stabbilità u pagi tajbin." Proġetti li qed isiru ma' industriji differenti Nibdew nitkellmu dwar proġetti partikolari li għaddejjin bħalissa bħala parti mill-programm Education+ b'Farrugia jgħid li għaddejja ħidma mal-Bord tal-Kooperattivi, jiġifieri bord li jkollu fi ħdanu numru ta' kumpaniji li jkollhom rwol aktar soċjali u ugwali, biex l-istudenti jmorru, jaraw l-esperjenza ta' xogħol u jkunu jistgħu jingħataw ukoll il-possibilità ta' 'job placements'. L-ILLUM tinterrompi u tistaqsi jekk din hix sempliċiment ħarġa edukattiva li forsi tqajjem interess għal ftit u tieqaf hemm, idea li Farrugia jirrifjuta mill- ewwel. "Lanqas xejn, din għandha tkun a 'hands on experience', li fiha ta' min jirrimarka li qed nitkellmu dwar etajiet li jibdew mill-bidu tal- esperjenza skolastika u jkomplu għaddejjin matul il-ħajja kollha. Per eżempju, permezz ta' proġett ieħor, qed niftħu l-opportunitajiet biex studenti li qatt ma kellhom l-idea ta' arti, jkunu aktar qrib tal-mużika. Fil-fatt, bħalissa għaddejjin b'ħidma bejn skola partikolari u perkussjonista biex grupp ta' studenti jaħdmu ma' dan il-mużiċist partikolari u wara, jtellgħu produzzjoni li tintwera' lill-pubbliku. Din m'għandhiex tkun esperjenza biss li tressaq lil dawn l-istudenti lejn il-mużika, iżda li tagħtihom ukoll ċertu enerġija li ssaħħilhom il-karattru u t-twemmin fihom infushom. Semma wkoll proġett ieħor li qed isir ma' studenti vulnerabbli jew li għandhom diffikultajiet partikolari bejn skola u kumpanija li toħloq laboratorji ta' kreattività. "Dan qed isir bil-għan li l-istudenti jingħataw l-opportunità li jiffaċċjaw diversi problemi u jużaw l-innovazzjoni biex jgħelbu l-istess problema. B'hekk, tkun qed tikkultiva l-kreattività f 'moħħ l-istudenti." Farrugia tkellem dwar it- tielet proġett mal-ILLUM li qed isir mal-Borża ta' Malta fejn b'kollaborazzjoni mal- iskola, numru ta' studenti se jkollhom il-faċilità li jitgħallmu jifhmu aħjar il-flus, kif jaħdmu l-flus, Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt "L-iskola m'għandhiex tkun laboratorju maqtugħ mid- dinja" "Għaddejjin b'ħidma bejn skola partikolari u perkussjonista biex grupp ta' studenti jaħdmu mal- mużiċist u jtellgħu produzzjoni"