Illum previous editions

ILLUM 13 Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/614943

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 39

minn John Busuttil Madwar 700,000 (kważi 10 fil-mija tal-Londriżi) jerħulha lejn iċ-ċentru tradizzjonali ta' Londra u madwar ix-xmara Thames għall-wirja ta' logħob tan-nar u wirja ta' dawl fejn il-London Eye (faċċata tal- House of Parliament) lejliet l-ewwel tas-sena. Il-logħob tan-nar f 'lejliet l-ewwel tas-sena, illum sar avveniment stabbilit u hu fost l-aqwa fid-dinja. Spettaklu eżatt qabel tintemm is-sena 2015 fejn dan l-avveniment jintwera madwar id-dinja kollha u juri bil-fatti kif din il-belt hi waħda mill-aktar bliet eċċitanti fid-dinja. Londra hu bla dubju l-post li wieħed għandu jkun fiha lejliet l-ewwel tas-sena, bil- pubs u ristoranti, bars u clubs miftuħin kważi matul il-lejl kollu. Ħafna mill-pubs u bars trid tibbukkja biex tidħol fihom f 'din il-ġurnata u joffru mużika, ikel u jgħalqu tard ħafna aktar mis-soltu. Filwaqt li t-teatri, in-night clubs u postijiet oħra ta' divertiment ħafna drabi jġibu artisti kbar biex jilqgħu s-sena l-ġdida bihom. Mhux faċli li tidħol f 'dawn il-postijiet għax il-prezzijiet huma ħafna u ħafna għoljin, iżda min jiflaħ iħallashom, jista' jiskapriċċa lil dawn it-talin li jorganizzaw dawn l-avvenimenti. Sadanittant, huma l-ħafna l-Londiniżi li jorganizzaw festini fid-djar tagħhom flimkien mal-familja u ħbieb u anke jiġu organizzati house parties madwar il-belt kollha. Żgur li tkun memorja li ma tinsa qatt li f 'nofsilejl tal- aħħar ta' Diċembru 2015 tkun preżenti għat-tokki tal-Big Ben filwaqt li tgawdi l-wirja kbira ta' logħob tan-nar li issa ilu jiġi organizzat mill-2003 mis- sindku ta' Londra. Londra hi destinazzjoni li hi popolari ferm mal-Maltin. Destinazzjoni li l-Maltin tant iħossuhom 'home' fiha. Destinazzjoni li jħobbuha mhux biss minħabba l-lingwa li hi t-tieni lingwa tagħna l-Maltin, iżda wkoll għax hemmhekk jistgħu jagħmlu dak li tant iħobbu jagħmlu l-Maltin, jiġifieri li jonfqu u jixtru dak kollu li jiġi għall- idejhom...basta jkun 'bargain'. U ngħiduha kif inhi, Londra hi ġenna tal-bargains u fl- istess waqt tentazzjoni kbira li tbattallek butek. Oxford Street hi l-akbar triq tax-shopping fl-Ewropa, b'tul ta' 2.5 kilometri (1.5 mili) u fiha ssib mat-300 stabbiliment tax-xiri. Matulha hemm 4 stazzjonijiet tal-underground: Tottenham Court Road, Oxford Circus, Bond Street u Marble Arch. Iżda Londra mhix biss għax-shopping. Għandha x'toffri ħafna aktar minn hekk. Buckingham Palace u ċ-changing of the Guards, Houses of Parliament u l-Big Ben, Westminster Abbey u Westminster Cathedral (tal-Kattoliċi), St. Paul's Cathedral li għandu t-tieni l-akbar koppla fid-dinja wara San Pietru tal-Vatikan u qabel dik tal-Mosta, fejn trid tħallas iktar biex tidħol fih, Leicester Square, Trafalgar Square, Piccadilly Square u Covent Garden, Tower Bridge u Tower of London fejn hemm il-Crown Jewels u ż-żona chic ta' Knightsbridge fejn hemm l-istabbiliment expensive ta' Harrods. U xi ngħidu għal parks enormi u ferm sbieħ fiċ-ċentru ta' Londra bħal Hyde Park, Green Park u St. James Park fost l-oħrajn. Filwaqt li wieħed jista' jżur ukoll fil-periferija ta' Londra; Kew Gardens u l-ġonna botaniċi li fihom, Hampton Court u l-maze tal-ħaxix li diffiċli toħroġ minnha wara li tidħol fiha u l-villaġġ u l-park ta' Greenwich minn fejn jittieħed il-ħin GMT (Greenwich mean time). Imbagħad bil-lejl, għandek għażla enormi ta' fejn tista' tgawdi n-night life. Discos u clubs ta' lussu, teatri u musicals li trid jew tibbukkja qabel inkella tistenna sal-aħħar ħinijiet biex minn Leicester Square tixtri l-aħħar biljetti li jkun baqa' għal dawn il- 'musicals' u anke ċinemas state of the art bl-aqwa films li jkunu għadhom kif ħarġu. L-ikel mhux irħis iżda l-aħjar li tmur huma l-pubs li joffru ikel bnin u mhux daqstant għoli, għalkemm hemm biżibilju ta' ristoranti 'fast food' ta' kull tip bħal Indjan, Tork, Ażjatiku, Taljan u bla dubju Ingliż bħal fish and chips. Min iħobb jiekol tajjeb u ma jinkwetax mill-kont, allura għandu għażla ta' diversi ristoranti u steak houses. Musicals għall-Milied Il-Musicals f 'Londra huma fost il-favoriti ma' kull min iżur din il-belt. Għalhekk, dawn huma l-musicals kollha bit-tema tal-Milied li hemm f 'Londra bħalissa u f 'liema teatru jinsabu. ELF - Dominion Theatre a CHrISTMaS CarOL - Noel Coward Theatre THE SNOwMaN - Peacock Theatre SLaVa'S SNOwSHOw - Royal Festival Hall THE rOYaL BaLLET: Nutcracker - Royal Opera House THE TINdErBOX - Charing Cross Theatre dr. SEUSS'S THE LOraX - The Old Vic GOOdNIGHT Mr TOM - The Duke of York Theatre CaTS - London Palladium PETEr PaN GOES wrONG - Apollo Theatre MaTTHEw BOUrNE SLEEPING BEaUTY - Sadler's Wells dISNEY ON ICE PrESENTS wOrLd'S OF ENCHaNTMENT - The O2 Informazzjoni dwar Londra: F'Londra jgħixu 7 miljun u nofs persuna iżda kuljum jidħlu fiha bħala viżitaturi u ħaddiema li jaħdmu hemm 2 miljun u nofs oħra u għalhekk kuljum, f 'Londra jkun hemm 10 miljun persuna. Dan jagħmilha l-aktar belt densa fl-Unjoni Ewropea. Hi għandha l-akbar sistema ta' trasport taħt l-art fl-Ewropa. Din tikkonsisti f '275 stazzjon u għandha 408 kilometri (253 mil) ta' linji. Minn statistika riċenti, 3 miljun passiġġier jużaw l-underground kuljum. Jekk trid tkun wieħed minn dawn it-tliet miljuni li tivjaġġa bl-underground u tkun ukoll fost dawk is-700,000 persuna li jisimgħu t-tokki tal-Big Ben f 'nofs il-lejl tal-31 ta' Diċembru 2015, aqta' biljett issa, ippakkja u itlaq. Kif tasal Londra Biex tmur Londra hemm diversi linji tal-ajru li jwassluk hemm minn Malta. Hemm l-EasyJet, RyanAir u AirMalta jmorru kuljum Londra f 'xi ajruport jew ieħor. Qabblu l-prezzijiet u fejn jaqblilkom morru. Il-Ħadd 13 ta' Diċembru 2015 | illum 29 Vjaġġi • 700,000 persuna tiċċelebra s-sena l-ġdida madwar it-Thames LONDRA: Sellem il-passat u ilqa l-futur mat-tokki tal-Big Ben Dehra ta' Regent Street mimlija bid-dekorazzjonijiet tal-Milied Parti mill-ispettaklu tal-logħob tan-nar biswit il-Big Ben

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 Dicembru 2015