Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/614943
Il-Ħadd 13 ta' Diċembru 2015 | illum 15 Intervista Laiq Ahmed Atif, il-President tal-Komunità Musulmana Ahmadiyya f 'Malta il-bank tal-iskola u l-post tax-xogħol terminoloġiji relatati mal- flus, tfaddil u aktar. "Nista' ngħid li mill-Borża ta' Malta kellna appoġġ sħiħ għall- proġett Education+." Entużjażmu kbir għall- Education+ Huwa jitkellem dwar l-entużjażmu kbir li bih qed jintlaqa' dan il-programm minn Kapijiet ta' Skejjel, Prinċipali u speċjalment l-għalliema. "Ir-reazzjoni hija pożittiva u hemm rieda kbira li l-iskola tinfetaħ għall-komunità hemm barra." Nirrimarka kif qed ninnota li l-Ministeru qed jagħfas ħafna fuq il-bżonn ta' proġetti fit- tul, għalkemm xorta qed isiru proġetti ta' tisbieħ u bini ta' skejjel. Farrugia jaqbel u jsostni li l-bini u tisbieħ huwa importanti, "imma dan ma jfissirx li qed naqdu għal kollox il-bżonnijiet edukattivi tal- istudent. Tajjeb li jkollok ambjent tajjeb u sabiħ, imma imbagħad hemm ukoll il-bżonn li nagħtu t-taħriġ meħtieġ li bih il-ġenerazzjoni ta' għada tkun tista' tgħix aħjar, finanzjarjament, u tara titjib fil-kwalità tal-ħajja. L-iskola m'għandhiex tkun laboratorju maqtugħ mid- dinja." Bħala Ministeru qed nenfassizzaw l-idea ta' intrapriża, jiġifieri li wieħed jitgħallem kif jipproduċi xi ħaġa li hija pożittiva għall-oħrajn. Li l-impjieg tiegħi nara kif qed nużah biex nagħti servizz lil xi ħadd, u li jkolli etika ta' xogħol iċċentrata madwar is-servizz li qed nagħti. Farrugia jispjega kif s'issa hemm minn sitta sa seba' skejjel li huma attivi fil- programm, li għalkemm jammetti li għadu numru żgħir, iżid jgħid li se jkunu qed jiżdiedu hekk kif il- Gvern qed jasal fi qbil ma' iktar kumpaniji. "Irridu nżommu quddiem għajnejna x'se jiġri bejn 10 u 15-il sena oħra, għax jista' jkun li jekk ma nippreparawx minn issa jkollna l-problemi. Mistoqsi x'tip ta' problemi qed jara li jistgħu jinħolqu, huwa qal li wieħed jeħtieġ jipprepara biex il-ħaddiema Maltin jiffaċċjaw suq tax-xogħol li huwa aktar kompetittiv u aktar speċjalizzat. Qal ukoll li sfida oħra huwa l-fattur ta' spazju li jfisser li qed inħarsu lejn industrija li hija iżgħar fid-daqs u aktar speċjalizzata fin-natura tagħha. "Jekk nibqgħu ninvestu fit-tagħlim tal-lingwi u nieħdu ħsieb ir-riżorsa, nibqgħu nattiraw lejn pajjiżna l-investiment." Mxejna ħafna 'l quddiem fl- edukazzjoni Farrugia jirriżerva kliem ta' tifħir għall-Ministru Evarist Bartolo u jattribwixxi l-passi 'l quddiem li saru f 'dawn is-sentejn fil-qasam, prinċipalment għalih. Xi kultant, jinħass li l-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol mhux wieħed li jippompja biżżejjed il- ħidma tiegħu fuq il-midja, tirrimarka l-ILLUM, li hija xi ftit stramba meta tqis li l-istess Bartolo kellu sehem qawwi fil-midja fil-passat. Għaliex? Farrugia jibda billi jsemmi kif hemm inizjattivi li tajjeb li jkun hemm riklamar u pubbliċità tagħhom, "imma hemm oħrajn bħall- Education+ fejn inutli ddoqq it-trombi għalissa, għax ir-riżultati tagħhom għad iridu jidhru. Bħala Ministeru, nista' nassigurak li naħdmu ħafna imma mingħajr wisq daqq ta' trombi." Farrugia jtemm jgħid li l-akbar vantaġġ tal- Ministeru tal-Edukazzjoni huwa li "għandu Ministru b'viżjoni u li jaf kif jaħdem is-settur għax għandu l-esperjenza f 'dan il-qasam. Jaf il-problemi, l-isfidi u x'inhuma l-prioritajiet. Iva nħoss, u dan mhux qed ngħidu għax qed naħdem qrib l-istess Bartolo illum, imma għax veru nemmnu li f 'dawn is-sentejn u nofs il- pajjiż għamel qabżiet kbar fis-settur edukattiv u dan ġara għax għandna Gvern li jemmen fl-edukazzjoni u, iktar minn hekk, għax hemm Ministru li jaf sew x'inhu jagħmel. Il-qasam edukattiv huwa ta' krettu kbir għall- Gvern preżenti u għall-Ministru nnifsu." "L-istudenti jingħataw l-opportunità li jiffaċċjaw diversi problemi u jużaw l-innovazzjoni biex jgħelbu l-istess problema. B'hekk qed tikkultiva l-kreattività" Ritratt: Ray Attard Aleks Farrugia