Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/614943
"IŻŻGĦAŻAGĦ mhumiex biss il-futur imma huma l-preżent u għalhekk aħna l-adulti rridu nagħtuhom ċans li jimirħu u jieħdu sehem anke fit-tmexxija". Dan kien kliem is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Chris Agius waqt il-ftuħ uffiċjali tal-villaġġ taż-żgħażagħ f 'Santa Venera. Dan il- proġett huwa l-ewwel wieħed ta' din ix-xorta f 'pajjiżna u jinkludi fih s-servizzi kollha li toffri Aġenzija Żgħażagħ, li huma mmirati għaż- żgħażagħ Maltin. Is-Segretarju Parlamentari, filwaqt li wera s-sodisfazzjon tiegħu li dan il-proġett li ġie jiswa madwar 1.5miljun ewro tlesta fi żmien tant qasir mill-fondazzjoni tal-iskejjel ta' għada b'kollaborazzjoni mal-istess Aġenzija Żgħażagħ, semma kif fiż-żmien li ġej il-parti ta' wara ta' dan iċ-ċentru ser tkun mibdula f 'faċilitajiet sportivi li mhux biss ser jilqgħu liż-żgħażagħ imma se jkunu wkoll għodda oħra għal Sport Malta li ser tkun qed tgħin aktar atleti u assoċjazzjonijiet sportivi Maltin sabiex dawn itejbu l-prestazzjonijiet tagħhom. Iċ-ċerimonja fetħet b'xogħol teatrali maħdum miż-żgħażagħ li jattendu Youth.inc u fiha wieħed seta' jisma' u jara statistika tax-xogħol kollu relatat ma' Aġenzija Żgħażagħ, li hija mmexxija mill-Kap Eżekuttiv Miriam Teuma. Teuma spjegat kif ix-xogħol fuq dan il-proġett beda madwar sena u nofs ilu u minn skola tas-snajja', li tħalliet fi stat ta' abbandun wara li dawn l-iskejjel għalqu, inbidlet f 'lok modern u kkulurit li fih jilqa' bosta żgħażagħ kuljum. Fil-fatt, bħalissa l-binja titgawda minn aktar minn 120 żagħżugħ u żagħżugħa li qed jingħataw taħriġ vokazzjonali permezz tal-programm Youth.inc. Dan il-programm huwa mmirat għal dawk iż-żgħażagħ li jkunu waqfu mill-iskola obbligatorja però m'għandhomx il-ħiliet bażiċi. Teuma kompliet tispjega kif issa Aġenzija Żgħażagħ tista toffri din il-binja lil għaqdiet volontarji oħra li jaħdmu maż-żgħażagħ. Miriam Teuma kompliet tispjega kif il-ħidma ta' Aġenzija Żgħażagħ ma waqfitx hawn u ser tkun qed tkompli fuq proġetti oħra li jinkludu faċilitajiet sportivi kif ukoll youth hostel fil-futur qarib. Waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ uffiċjali wieħed seta' jara bosta stands li huma parti minn attività oħra li qed torganizza Aġenzija Żgħażagħ, jiġifieri s-suq tal-Milied li jibqa' għaddej sa għada. Hawnhekk wieħed isib bosta oġġetti relatati mal-Milied kollha maħdumin miż-żgħażagħ infushom li gejjin minn gruppi diversi, kemm youth clubs u kemm entitajiet oħra bħall-iScout Association of Malta u l-Malta Girl Guides. Waqt is-suq tal-Milied għaddej ukoll programm ta' daqq minn gruppi mużikali, numru ta' korijiet u minn żgħażagħ aljievi tal-Każini tal-banda li bbenefikaw minn fondi tal-iskema "Taħrig mużikali fil- każini tal-banda", li ta' kull sena toffri Aġenzija Żgħażagħ. 8 illum | Il-Ħadd 13 ta' Diċembru 2015 Aħbarijiet Dan il-proġett qed isir bl-appoġġ tal-Unjoni Ewropea Programm għal Impiegi u Solidarjeta` Soċjali - PROGRESS (2007-2013). Dan il-programm qed jigi implimentat mill-Kummissjoni Ewropea. 2123 4710 www.mita.gov.mt Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Contracts Management Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) Provision of Passive Infrastructure and Installation Services – T110/15 Data ta' ħruġ: 10 ta' Diċembru 2015 / Data ta' għeluq: 18 ta' Jannar 2016 IL-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Sejħa għall- OFFERTI Operaturi Ekonomiċi li huma interessati sabiex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-oerti huma mħeġġa jattendu għall-workshops organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti s-Centre for Development Research and Training (CDRT), it-Telgħa ta' Sa Maison, il-Furjana FRN 1610. F'dawn il-workshops, operaturi ekonomiċi jkollhom l-opportunità li jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-oerti tagħhom onlajn. Iktar informazzjoni tinsab d-dokument tal-oerta. Operaturi Ekonomiċi huma mħeġġa jieħdu nota ukoll tal-brieng meeting, li se jiġi organizzat s-17 ta' Diċembru 2015 ġewwa l- MITA Data Centre, Old Railway Track, St. Venera SVN9019 -10:00 ta' logħdu. Wara il-brieng meeting se jiġu organizzati żewġ zjarat fuq is-siti tal-MITA Data Centre u l-Mater Dei Data Centre. Inawgurat il-villaġġ taż-żgħażagħ f 'Santa Venera