Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/618153
€1.00 Nr 479 • 20 ta' Diċembru 2015 www.illum.com.mt NEWSPAPER POST B O U T I Q U E S : PA R I S LO N D O N N E W YO R K B EI J I N G H O N G KO N G S I N G A P O R E N E W D EL H I D U BA I M O S COW Z U R I C H T I S S O T WAT C H E S . C O M T I S S OT I N N OVATO R S BY T R A D I T I O N It 's time for everyday extraordinary. TIS SOT CH E M I N D E S TO U RE LLE S AUTOM ATI C . PAVILIONJEWELLERS 43 Republic Street, Valletta. Tel: 21249222 Email: info@pavilion.com.mt Żieda qawwija fil-passiġieri tal-Gozo Channel bejn Novembru u Diċembru Tiffranka 25 minuta tivjaġġa minn Albert Gauci Cunningham Bil-proposti tal-AX Holdings, li hi l-kumpanija magħżula biex twettaq il- proġett ta' trasport bil-baħar fil-port il-Kbir, vjaġġ li bit- trasport pubbliku bħalissa jieħu 45 minuta, se jibda jeħodlok 25 minuta. L-ILLUM qabblet il-ħin li passiġġier jieħu biex mill- Isla jmur il-Belt u minn hemmhekk għal Tas-Sliema, bis-sistema preżenti ta' trasport pubbliku fuq l-art u bil-proġett propost. Skont il-'Journey Planner' fuq is-sit tal-Malta Public Transport vjaġġ bejn l-Isla u l-Belt Valletta jieħu ftit aktar minn 30 minuta, bix-xarabank numru 1. Vjaġġ mill-Belt Valletta sa tas-Sliema, bix- xarabank numru 12, jieħu 15-il minuta oħra. Dan ma jinkludix il-ħin ta' stennija kemm fl-Isla kif ukoll fil-Belt Valletta u lanqas il-fattur ta' sitwazzjoni ħażina ta' traffiku. 'Din kienet l-isbaħ sena ta' ħajti' minn Gabriel Schembri Wieħed faċli jassumi li intervista ma' Bjorn Formosa, li qed ibati mill- kundizzjoni kiefra tal-Amyotrophic lateral sclerosis (Als), kienet se tkun waħda minn dawk li mdorrijin naraw fuq it-televiżjoni lokali, b'ħafna biki u uġigħ ta' qalb. Jekk qed tistennew hekk, mela jiddispjaċini li din l-intervista se tkun ta' diżappunt. Għax malli fetħet il-bieb tad-dar, l-ILLUM sabet żagħżugħ b'wiċċu mixgħul u bi tbissima ferriħija. Mill- ewwel ħassejna li minkejja inqas saħħa, Bjorn għandu determinazzjoni tal-azzar li żżommu għaddej fil-ħidma tiegħu biex tqum aktar kuxjenza dwar din il-marda qerrieda. Anke meta ffaċċjat b'mistoqsijiet diffiċli dwar ix-xhur kiefra li għadda minnhom u dwar saħħtu, li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed tmur għall-agħar, xorta ġġieled lura bi spirtu pożittiv immens. Xi kultant, donnok taħsbu qed jitkellem dwar persuna oħra, mhux dwaru nnifsu u dwar ġismu. Bjorn ħalla marka qawwija fuq din il-gazzetta meta, bi spirtu pożittiv u mill-aktar b'saħħtu, spjega kif minkejja kollox, "din kienet l-isbaħ sena ta' ħajti." Il-Milied it-tajjeb! Bjorn Formosa jitkellem mal-ILLUM dwar kif qed jiġġieled marda kerha b'determinazzjoni u ġenerożità Tkompli f 'paġna 5 minn Albert G. Cunningham u Veronica L. Mizzi stħArriġ li sar minn l-illUM fil- Belt Valletta juri kif 65% tan-negozji la sejrin tajjeb u lanqas ħażin bħalissa. Fil-fatt, 26 negozju minn 40 wieġbu "mhux ħażin" meta mistoqsijin kif sejjer in-negozju dan il-Milied. intant, 63% qalu li n-negozju jidher li kien l-istess bħas-sena l-oħra, sa dakinhar li sar l-istħarriġ. L-ILLUM għamlet dan l-istħarriġ nhar is-16 ta' Diċembru li għadda fost 40 negozju fil-Belt Valletta, imqassmin fi Triq ir-Repubblika, Triq il-Merkanti u Triq Żekka. Kien jinkludi kull tip ta' negozju fosthom ġojjelleriji, ħwienet tal- ħwejjeġ u aċċessorji, taż-żraben, tal-ħelu, tal-prodotti tas-sbuħija, tal-ġugarelli tal-apparat elettroniku u kafetteriji. Minn dawk intervistati, kien wieħed minn kull erbgħa, jew 25% li qalu li n-negozju bħalissa sejjer 'tajjeb' jew 'tajjeb ħafna', filwaqt li kienu 10% biss li qalu li n-negozju kien sejjer 'ħażin' jew 'ħażin ħafna'. 23% qalu li l-bejgħ bħalissa huwa 'inqas tajjeb' mis-sena l-oħra u 13% qalu li 'huwa aħjar'. Tkompli f 'paġna 4 65% tan-negozji fil-Belt: 'La sejrin tajjeb u lanqas ħażin' Tkompli f 'paġna 3 Ara l-paġna ta' wara