Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/618153
Il-Ħadd 20 ta' Diċembru 2015 | illum 3 Aħbarijiet Ħerqana għal spinta fin-negozju fil-Belt matul din il-ġimgħa Tkompli minn paġna 1 Il-maġġoranza assoluta ta' dawk li qalu li bħalissa la sejrin tajjeb u anqas ħażin, jew 78% minnhom, qalu wkoll li għadhom fl-istess ilma bħas- sena l-oħra. Minn dawn, kienu 19% li għalkemm mhux sejrin ħażin din is-sena qalu li fl-istess perjodu ta' żmien is-sena l-oħra kienu sejrin aħjar. Kienu biss 3.8% ta' dawn li qalu li sejrin aħjar mis-sena l-oħra. Il-maġġoranza ta' dawk li sejrin tajjeb għadhom l-istess Mill-istħarriġ li sar minn din il-gazzetta jirriżulta li 50% ta' dawk li sejrin tajjeb qalu li xorta għadhom qegħdin fl-istess ilma bħas-sena l-oħra. 40% qalu li sejrin aħjar filwaqt li 10% ma setgħux jagħtu risposta ċerta. Ħadd minn dawk li rrapurtaw negozju tajjeb ma stqarr li kellu inqas bejgħ mis-sena l-oħra. Intant kull negozju li qal li sejjer ħażin stqarr mal-ILLUM li qed jirreġistra inqas bejgħ mis-sena l-oħra. Il-kompetizzjoni: l-akbar uġigħ ta' ras Fost l-aktar fatturi li ssemmew mill-ħwienet li ħadu sehem fl-istħarriġ, għan-nuqqas ta' bejgħ sas-16 ta' Diċembru, issemmiet il-kompetizzjoni. Fil-fatt, din issemmiet 17-il darba b'kollox. L-aktar forma ta' kompetizzjoni li tidher li qed tinkwieta lin-negozji fil-Belt Valletta huwa x-xiri minn fuq l-internet, fil-fatt dan isemma' tmien darbiet. Issemmew ukoll il-kompetizzjoni diretta minn ħwienet oħrajn l-aktar fil-lokalitajiet ta' Tas-Sliema, Birkirkara, Ħamrun u Raħal Ġdid, b'negozju partikolari jgħid li dawn l-aħħar tlieta huma l-aktar li jikkompetu mal-Belt minħabba varjetà ikbar ta' prezzijiet offruti. Fl-istħarriġ li sar minn l-ILLUM issemmew id-daqs u t-tip ta' esperjenza ta' xiri li l-konsumaturi qed ifittxu llum. Dwar id-daqs tal-ħanut, negozjant partikolari spjega kif fil-Belt Valletta ħanut huwa ġeneralment iżgħar. "Dan, verament kapaċi joffri esperjenza pożittiva u iktar personali mal-konsumatur imma jkun hemm, u dawn qed jiżdiedu, konsumaturi li jippreferu servizz ħafna inqas personali biex ma jkollhomx għalfejn iħossuhom obbligati." Negozjant ieħor qal li kemm jista' jkun, qed ikun hemm marketing aħjar tax-xiri mill- Belt "għax li tixtri mill-Belt hija esperjenza. Tista timxi, mit- toroq ma jgħaddux karozzi u għandek ħafna fejn tmur tiekol jew tieħu 'drink' wara." Għadu kmieni...iħallu għall- aħħar Fost l-aktar fatturi msemmijin waqt l-istħarriġ tal-ILLUM kien li kien għad fadal żmien għall- Milied. L-aktar ħerqana kienu dawk li qalu li sejrin 'mhux ħażin' jew li qalu li n-negozju sejjer ħażin. Imma anke fost dawk li qalu li sejrin tajjeb, donnu kien hemm qbil ġenerali li minħabba li kien għad fadal tmint ijiem sa lejliet il-Milied (minn meta sar l-istħarriġ) il-Maltin iħallu għall-aħħar u jixtru r-rigali wara li jkunu ħallsu l-ispejjeż l-oħrajn. Il- fattur taż-żmien issemma 10 darbiet b'kollox. Jum ir-repubblika ma ġabx risq..il-Kunċizzjoni iva Ilment rikorrenti kien dwar Jum ir-Repubblika. Fil-fatt dan tqajjem disa' darbiet. Kien hemm qbil ġenerali li minħabba li ħabat il-Ħadd, it-13 ta' Diċembru, li s-soltu hija festa fejn isir ħafna bejgħ, din is-sena kienet kwieta ħafna. Negozji differenti qalu li minkejja li f 'dan il-jum is-soltu jsir bejgħ qawwi ħafna, din is-sena l-istess ġurnata kienet kwieta mmens. Saħansitra negozju partikolari qalilna li matul dan il-jum sar bejgħ ta' oġġett wieħed biss. Dan l-ilment kien mifrux madwar kull tip ta' ħanut għalkemm f '33% tan-negozji li fihom issemma Jum ir- Repubblika dawk li tkellmu magħna qalu li nhar il- Kunċizzjoni, fit-8 ta' Diċembru, in-negozju kien tajjeb. Il-Parkeġġ/Trasport Pubbliku għadu problema Minkejja li bħalissa il- kumpanija li toffri t-trasport pubbliku għaddejja b'bidliet, fosthom b'żidiet fir-rotot, u anke għadha kif ħabbret żieda ta' madwar 7% fil-passiġġieri li użaw it-trasport pubbliku, xi negozji xorta ħassew li dan għadu xi ftit problematiku. Fil-fatt, it-trasport pubbliku u n-nuqqas ta' parkeġġ issemmew 4 darbiet. minn biddel irraporta żieda Mill-40 negozju, tlieta qalu lill-ILLUM mingħajr ma kienu mistoqsijin, li huma raw titjib fin-negozju tagħhom wara tibdiliet li għamlu. Fil-fatt f 'dawn it-tliet negozji ssemmew servizzi jew kunċetti ġodda relatat mas-servizz ewlieni tal-ħanut kif ukoll bdil fil- menus tal-ikel li joffru, f 'każi ta' ħwienet tal-ikel. In-negozji semmew ukoll il-Valletta Summit, u l-laqgħa taċ-CHOGM. Mit-tliet darbiet li ssemmew, dejjem isemma b'rabta ma' nuqqas ta' bejgħ. Fil- fatt dawk li l-ILLUM għamlet l-istħarriġ magħhom kollha qalu li sforz il-biża' ta' traffiku, il-volum tan-nies fil-Belt Valletta naqas. L-atmosfera fil-Belt Valletta ssemmiet b'mod pożittiv tliet darbiet. Hawnhekk isemma t-tiżjin sabiħ fi Triq ir-Repubblika din is-sena u l-bidliet pożittivi li qed isiru bi preparazzjoni għal meta l-Belt issir Kapitali Ewropea tal- Kultura. Finalment, u b'mod sorprendenti, il-kelma 'sales' isemmiet darba biss minn sid li qal li n-negozju tiegħu ma tantx sejjer tajjeb u li qal kif huwa probabbli li ħafna saru jistennew is-sales ta' Jannar. Kif qed tara li sejjer in-negozju meta mqabbel ma' dan iż-żmien is-sena l-oħra? 13% AĦJAR L-ISTESS INQAS TAJJEB 63% 23% 3% BLA KUMMENT Kif qed tarah sejjer in-negozju dan il-Milied? 65% 10% 25% TAJJEB MHUX ĦAŻIN ĦAŻIN Raġunijiet għal nuqqas ta' bejgħ u kemm-il darba ssemmew Għadu kmieni 10 Kompetizzjoni 9 Online shopping 8 13 ta' Diċembru kwieta wisq minħabba li ġiet il-Ħadd 9 CHOGM/Summit 3 Parking/Public Transport 4