Illum previous editions

ILLUM 20 December 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/618153

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 39

32 illum Il-Ħadd 20 ta' Diċembru 2015 Sports minn Cristian Antony Muscat Pembroke A ...................0 Balzan ...........................0 Pembroke Athleta tellfu żewġ punti prezzjużi lil balzan meta żammewhom fi draw ta' mingħajr gowls. Kienu Balzan li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża meta wara 10 minuti logħob, l-attakkant Niġerjan Godwin Mensha ra x-xutt sabiħ tiegħu minn ġol-kaxxa jiġi mdawwar f 'corner bi bravura mill-goalkeeper ta' Pembroke Athleta, Mario Muscat. Balzan komplew jattakkaw u fit-28 minuta Godwin Mensha għadda tajjeb lejn Edison David Bilbao Zarate li ra x-xutt fil-baxx tiegħu jiġi salvat minn Mario Muscat. Żewġ minuti biss wara, xutt ċentrali ta' Dylan Grima ġie milqugħ mingħajr wisq diffikultà minn Mario Muscat, bl-istess goalkeeper jerġa' jsalva tajjeb xutt minn pożizzjoni angulata tal- attakkant Alfred Effiong, eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima. Balzan ħarġu ferm aggressivi fit-tieni taqsima u fis-46 minuta, xutt ta' Edison David Bilbao Zarate eżattament minn barra l-kaxxa ntemm għoli mil- lasti difiżi mill-goalkeeper ta' Pembroke Athleta, Mario Muscat. Fit-58 minuta Pembroke Athleta ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża fil- loghba meta minn freekick ta' Paltemio Barbeti, għola tajjeb Patmore Shereni li ra t-tenattiv tiegħu minn daqqa ta' ras mill-viċin jaħbat max- xibka minn barra. It-tim immexxi minn Winston Muscat kien qed ikun l-aħjar tim u beda joħloq azzjoni perikoluża wara oħra, hekk kif fis-60 minuta, xutt minn ġol- kaxxa ta' Gustavo Villalobos ġie mdawwar f 'corner mill-goalkeeper ta' Balzan Christian Cassar, mgħejjun mil-lasta. Fis-77 minuta Balzan ħolqu okkażjoni tajba meta Justin Grioli xeħet cross perfett mil-lemin lejn Godwin Mensha li għola tajjeb iżda ra t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta' ras jintemm ftit barra mil-lasti difiżi minn Mario Muscat. Erba' minuti wara l-istess attakkant Niġerjan falla ċans tad-deheb li jiftaħ l-iskor għat-tim tiegħu meta wara li rċieva minn pass tas-sostitut Lydon Micallef, mill-viċin tefa' inkredibbilment barra. Fid-89 minuta Godwin Mensha falla ċans tad- deheb ieħor li jagħti r-rebħa lil Balzan meta xutt mill-bogħod tiegħu ħabat ma' sieq il-goalkeeper ta' Pembroke Athleta, Mario Muscat, qabel ħabat ma' sieq il-wieqfa u baqa' sejjer barra. Pembroke A. - Muscat, Cini, Tanti, Bugeja, Barbetti, Levnaic, O'Brien, Eddin Arab (Martz 72'), Laudisi, Shereni, Villalobos Balzan - Cassar, Focsa (Micallef 46'), Grioli, Mensha, Brincat, Effiong, Sciberras, Arab, Grima (Darmanin 77'), Bilbao Zarate (Fenech 61'), Serrano Valero Referi - Glen Tonna EDISON DAVID BILBAO ZARATE Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Twieled fit-3 ta' Ġunju 1987 fiċ-Ċili. Huwa mutur f 'nofs il-grawnd għal Balzan. Pembroke Athleta jtellfu żewġ punti prezzjużi lil Balzan Ritratt - Ray Attard Zoran Levnaic jikkontrolla tajjeb il-ballun segwit minn Godwin Mensha Ritratt - Joe Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 December 2015