Illum previous editions

ILLUM 20 December 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/618153

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 39

minn John Busuttil Il-belt kapitali tal-emilia Romagna, bologna hi meqjusa bħala New York tal- Medju evu għall-fatt li fiha hemm 180 torri medjevali u tnejn minnhom huma anke magħrufa bħala t-'twin towers'. Id-differenza hi li dawk ta' New York huma biss parti mill-istorja filwaqt li dawk ta' bologna anke jekk wara 800 sena għadhom jeżistu, anke jekk wieħed minnhom hu kemxejn immejjel. torre degli Asinelli u torre del Garisenda huma s-simboli tal-belt, fejn l-Asinelli li nbena bejn l-1109 u l-1119 hu għoli 97.2 metri u li għandu 498 tarġa u jinklina b'1.3 metri. It-torri ta' Girasenda hu għoli 47 metru u għandu inklinazzjoni ta' 3 metri u dan hu magħluq għall-pubbliku. Din il-belt affaxxinatni għax barra li hi l-akbar belt medjevali li hawn fid-dinja hi maqsuma fi tnejn. Fuq naħa minnhom dik fil-vallata tal-Po hi belt 'hi-tech' fejn dawk li jħobbu l-opra u ż-żfin klassiku jattendu għal diversi avvenimenti fit-teatri rjali u jieklu fl-aqwa u l-ifejn ristoranti tal-pajjiż. U fuq in-naħa l-oħra, wieħed isib id-dinja medjevali fejn hemm l-aktar università antika fid-dinja, l-'Alma Mater Studiorum', li twaqqfet fl-1088 u fost l-istudenti li attendew, kien hemm Dante Alighieri. Fuq din in-naħa, wieħed jiltaqa' ma' diversi pjazez mimlija graffitti (li personalment idejquni), shopping mill-aqwa u toroq kollha mini li żgur li jekk tkun ix-xita ma tantx għandek ċans tixxarrab. Fil-fatt, Bologna hi waħda mill-aktar bliet żviluppati fl-Italja tant li tikklassifika bħala waħda minn ta' fuq fejn għandu x'jaqsam mal-kwalità ta' ħajja tan-nies li jgħixu f 'din il-belt. Il-kapitali tal-kċina taljana Żgur li Bologna hi magħrufa mad-dinja kollha għall- gastronomija tagħha famuża madwar id-dinja kollha. Min qatt ma sema bil-bolognese jew ragù, inkella bil-mortadella? Kollha kellhom l-oriġini tagħhom f 'din il-belt li tiftaħar li hi l-belt kapitali tal-kċina Taljana, fħalkemm personalment inħoss li kull żona li dort fl-Italja hemm xi ħaġa speċjali u unika fiha. Iżda kulħadd jiftaħar b'rixu. bologna l-ħamra Bologna hi magħrufa wkoll bħala 'La Rossa' (il-ħamra) minħabba l-bini tat-terracotta Medjevali mdawwar b'kilometri ta' mini (portici). Hi kunsidrata bħala l-isbaħ belt wara Venezja fl-Italja fejn għandha l-akbar ċentru storiku priservat fost il-bliet kollha Taljani. Hi magħrufa wkoll għall-politiċi xellugin tagħha tant li hi magħrufa bħala belt komunista u minnha ħarġu ħafna kantanti kbar li fid-diski tagħhom dejjem ħarġu messaġġi favur il-ħaddiem, speċjalment Lucio Dalla. Iżda anke Gianni Morandi u Raffaella Carrà twieldu Bologna. Dan, minbarra x-xjenzati Galvani u Marconi u l-artisti bħal Leonardo li jingħad li pitter il-Mona Lisa f 'din il-belt, Michelangelo li għandu skultura ta' anġlu fil-bażilika ta' San Duminku u Karlu V ġie inkurunat bħala imperatur fil- Bażilika ta' San Petronju. l-aħjar żmien li żżurha L-aħjar żmien hu minn Marzu sa Ottubru meta t-temp ikun aktar sħun u wieħed jista' jgawdi l-ikel tipiku ta' Bologna mal-inbid skwiżit tagħhom fil-pjazez u fit-toroq, għalkemm Lulju u Awwissu jista' jkun sħun wisq. Ix-xitwa hi kiesħa għalkemm Bologna bħalissa tkun ġmiel għal żmien dawn il-festi. F'Jannar u Frar hi msemmija li Bologna jkollha sema blu bla sħab, iżda wieħed għandu jkun jaf li aktar ma s-sema tkun ċara, aktar għandek bżonn ta' kowt, xalla, kappell u ingwanti. X'għandek tara L-aħjar mod kif tara Bologna u tgawdiha sew hu li jkollok żarbun tajjeb u timxi mat- toroq affaxxinanti tagħha, għalkemm jekk trid, dejjem hemm it-trasport pubbliku li hu komdu wkoll. Se nagħtikom fuq fuq dak li m'għandkomx titilfu li taraw: Piazza Maggiore: Pjazza enormi li tinsab fiċ-ċentru monumentali tal-parti antika tal-belt, li madwarha wieħed isib il-Bażilika ta' San Petronju, il-bini tas-City Hall u l-Palazz tal-Podesta. Via Rizzoli: Waħda mit- toroq prinċipali tal-belt. Hi triq interessanti li tippassiġa fiha li twasslek sat-twin towers. Fontana di Nettuno: Funtana mibnija fl-1563 simbolu ieħor ta' Bologna. Il-Mixja tal-Portico: Mixja taħt is-666 portico (loġoġ) mimlija bi ħwienet tal-ħwejjeġ, ta' kull dittà Il-kwartieri tal-Università - Via Zamboni: Mimlija bars u kaffetteriji fejn ukoll forsi ftit jafu li tista' tiltaqa' wkoll mal- kanali ta' Bologna. I Portici (l-arkati): L-arkati ta' Bologna fihom 38 kilometru Il-bażiliċi ta' San Petronio, ta' San Duminku u ta' Santa Maria della Vita Shopping: Hemm diversi ħwienet żgħar tal-ħwejjeġ u żraben li għandhom prodotti oriġinali u sbieħ immens iżda l-aktar famużi hi Galleria Cavour fejn wieħed isib il- ħwejjeġ tad-ditti kbar bħal Armani, Gucci u Versace li normalment noħroġ idi f 'idi minn hemm. U minn hemm nibqa sejjer Via San Felice u Via Ugo Bossi fejn insib ħwejjeġ aktar li jilħqu lill-but tiegħi. Kif tasal: Ryan Air huwa l-aħjar mod biex tasal Bologna għaliex iwasslek direttament fil-Belt, u mill-ajruport hemm shuttle li f '20 minuta twasslek saċ- ċentru u anke sal-istazzjon tal-ferrovija. Il-Ħadd 20 ta' Diċembru 2015 | illum 29 Vjaġġi • Fiha 180 torri medjevali • Għandha l-aktar università antika fid-dinja • Fiha 666 portiku u 38 kilometru ta' arkati Bologna: New York tal-Medju Evu Il-funtana ta' Nettuno It-'Twin Towers' Medjevali Uħud mill-graffiti fil-pjazza ta' maġenb l-Università

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 December 2015