Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/618153
26 illum | Ħadd 20 ta' Diċembru 2015 Aquarius - Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Fil-ġimgħat li ġejjin riesqa lejk deċiżjoni fejn trid tagħraf dak li huwa l-aktar importanti għalik. Parir li ħa tfittex tieħu f 'din id-deċiżjoni, ikun tajjeb, però fl-aħħar mill-aħħar, trid tkun int li tagħraf eżattament xi trid. Ħsibijiet dwar il-passar għandek teliminahom u tħares għal dak li ġej, li huwa ferm isbaħ minn dak li kont fil-passat. Uża moħħok u mhux qalbek. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 18, 25 u 30. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma isfar, abjad u blu. Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Ħsieb dwar persuna, jaf qed ifixklek, imma dan mhux il-waqt li tagħmel hekk. Vera jaf ikun ta' xi inkwiet, però bħalissa trid tkom- pli tiffoka fuqek ħalli tkompli tissaħħaħ u tibni dak li tant qiegħed taħdem għalih. Għandek fażi ta' opportunitajiet, l-aktar waħda iebsa taf tkun bidla minn post għall-ieħor. Huwa fuq din li trid tiffoka, għax din il-bidla jaf iġġib aktar pressjoni fuqek. Pisces huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom in- fushom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 11, 29 u 34. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, l-aħdar u l-isfar. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Trid tagħraf ftit tneħħi r-ras iebsa tiegħek ħalli b'hekk tkun tista' tagħrad tifhem aktar is- sitwazzjoni li inqalgħet fir-relazzjoni tiegħek. Jekk int ħa tagħmel ta' rasek, m'inti se takkwista xejn, u b'din is-sitwazzjoni, int ħa tagħrad aktar il- maturità tiegħek. Għalhekk wasal żmien li int tibda tħoll minn dik ir-ras iebsa u ħa tagħrad kemm int tkun aħjar. Din se tkun bidla lejn bidu ġdid. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 15, 28 u 32. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Ħabib tal-passat jaf jaħsdek, meta f 'okkażjoni se terġa' tiltaqa' miegħu. Dan se jġiblek ċertu memorji tal-passat tagħkom, imma issa int trid tagħraf li int għaddej f 'ħajja totalment differen- ti, u għandek ukoll ċertu reponsabbiltà. Għalkemm tkun trid terġa' tiltaqa' ma' din il-persuna. Il-parir huwa ċar, li tkun soċjali huwa tajjeb, però agħraf dak li għandek sew. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 17, 24 u 37. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Wasal iż-żmien sabiex tirrifletti dwar il-ħajja tiegħek. B'devozzjoni qawwija lejn il-karriera tiegħek, issa wasal iż-żmien li tieħu pawża waħdek u tħares jekk għandekx tidħol f 'relazzjoni, jew għandekx tmexxi ħajtek għalik. Din is-sitwazzjoni ilha tberren fik, imma issa wasal iż-żmien li tirrilassa ftit tajjeb u tmur vaganza biex tirrifletti dwarek. Hemm bżonn ta' direzzjoni. Irrifletti ftit. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 7, 13, 27 u 38. Kuluri favoriti ma' Gemini huma isfar, oranġjo u blu. Cancer - Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Riesaq iż-żmien ta' dik id-deċiżjoni li tagħraf dak li hemm, u tieħu parir aktar dwaru ħalli għas- sena li ġejja, int tkun iktar sod fil-ħajja tiegħek, minn dik li ġejja lejn tmiemha. Hemm bżonn li int issa tirrifletti fuq dak li int għaddejt minnu. U dan sabiex dak li ġej, isir b'iktar abbiltà. Waħda mill- affarijiet importanti hi li tagħraf lil min tafda madwarek. Pawsa ta' ftit hi meħtieġa ħalli tkun iktar trankwill fi ħsibijietek. Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il ġimgħa huma 5, 19, 25 u 33. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad , blu u isfar. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Hemm bżonn tagħraf ir-responsabbiltà aktar ta' madwarek. Bidla li ġejja u li int taf dwarha ħa tagħtik dik il-pożizzjoni li dejjem xtaqt u ħdimt għaliha. L-eċitament li għandek huwa frott ta' dan kollu. Ma' din, issa huwa importanti li ssib il-bilanċ bejn il-karriera u r-relazzjoni. Trid tifhem alissa, li se jkollok tagħti attenzjoni kbira fil-karriera, imma fil-ħin li jkollok liberu, agħti l-massimu. Leo huma magħrufin kemm huma umli. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 17, 29 u 34. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u deheb. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Set- tembru Se jkun hemm xi tħassib dwar ir-relazzjoni li għandek, u se tinħoloq xi ftit tat-tensjoni. Għalhekk, agħraf sew kif tista' ssolvi s-sit- wazzjoni u dan huwa żmien tajjeb għalik fejn int taf toħroġ bl-aħjar soluzzjoni. Tajjeb ukoll li tibda tippjana xi vaganza ħalli tistrieħ ftit mill-pressjoni li ġarrabt kemm fir- relazzjoni, u anke fil-ħajja tax-xogħol tiegħek. Wasal iż-żmien għal ftit ta' nifs ħalli tkun mentalment aħjar. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 15, 24 u 30. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ot- tubru Jasal mument ta' riflessjoni dwar dak li ħa tippjana għas-sena d-dieħla, fejn beħsiebek tagħti boost tajjeb lill-ħidma tiegħek. Dan żgur se jkun riżors ewlieni. Għandek opportunitajiet li jistgħu jbiddlu ftit il-korsa tiegħek, jekk int titħol għalihom. Ħaġa tajba għal Libra bħalissa li jridu jiftakru aktar fihom in- fushom minħabba xi tibdil fir-relazzjoni jew bidu tagħha, li se tkun ta' bidla fik. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 9, 17, 29 u 34. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu , aħdar u abjad. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Ħsibijiet qawwijja għaddejin ġewwa fik dwar deċiżjoni li ħadt, jekk kinitx mgħaġġla. Ovvja- ment, Scorpio jafu janalizzaw tajjeb, għalhekk, id-deċiżjoni li ħadt, għalkemm forsi nħasset xi ftit iebsa, xorta waħda kienet adatta għall-mument li int għaddej minnu. Toqgħodx taħseb, ħalli ma tkunx negattiv. Stedina li se tiċievi, tinjorahiex, anzi ħejji sew għaliha. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 18, 26 u 36. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Agħraf ħu deċiżjoni sew dwar ħsieb ta' tibdil ta' dar. Din bħalissa qed toħloq pressjoni mad- warek, għalkemm int tħoss li huwa l-mument tajjeb li tagħmel din il-bidla, membri ohra minn madwarek mhumiex tal-istess fehma. Għalhekk, ilħaq forma ta' konsensus ħalli kollox jimxi fil-pożittiv. Tbassir huwa li ċaqliqa qiegħda hemm biex issir, imma dan fil-mument opportun. Sagittarius huma maghrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 12, 28 u 37. Kulur favorit ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Persuna fil-passat li setgħet ġiet ittimbrata ħażin, issa huwa l-mument li ssir evalwazzjoni ta' dak li sar għax jaf kien hemm għaġla żejda, u ġiet ittimbrata b'mod mgħaġġel. Min din is-sitwazzjo- ni int ħa toħroġ aktar b'saħħitha u mhux kif qed taħseb. Emmen fik innifsek u iffaċja int ħalli tagħraf int kemm qiegħed fi triq il-bidla. Fittex ħin ta' rilassament għax wisq magħfus bħalissa. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 14, 25 u 38. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, vjola u blu. L-Oroskopju PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Il-fortuna t'Angela Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Hekk kif waslu nofsinhar, marret l-isptar imma sabet tistennieha aħbar ħażina. Ir-raġel li kienet sabet, George kien ħalla d-dinja għall-ħabta tad-9.00am. kien iddispjaċieha ħafna, u attendiet għall-funeral tiegħu, u sa sanke assistiet id-difna, u dan kien f 'Novembru tal-2012. Għaddew 4 ġimgħat minn din il-ġrajja, u Angela kienet għaddejja minn kriżi fin-negozju tagħha. Kien riesaq il-Milied, u għalkemm kienet għaddejja minn fażi iebsa, żammet it-tbissima. Lejla minnhom kif kienet se tibda tħejji biex tgħalaq, is-santa tal-mewt ta' George, li kienet għamlitha f 'post għaliha, bħal taret u niżlet ħdejha. Inħasdet, imma ma għadda xejn minn moħħha. Ġabritha u poġġietha f 'postha. Fil- pront jidħol raġel, skuża ruħu għax kien tard, imma kien ilu ħafna jdur. Saqsieha jekk kienx possibbli li għal tliet ġimgħat tforni lit-3 lukandi tiegħu bil-pasti tagħha. Ġisimha bħal kesaħ. Qalbha bdiet tħabbat bla kontroll. Ħasset għoqda fi griżmejha, li bil-kemm setgħet titkellem, b'ħarsa lejn George. Angela kif semgħet din il proposta, għalkemm tfixklet, wieġbet fil-pożittiv u ftehmu kif hi ħa tqassam ix-xogħol. L-għada, ċemplet lil żewġt iħbieb, li mill- ewwel aċċettaw li jagħtuha l-għajnuna li kellha bżonn. Wara nofsinhar, sabet il-ħin u marret iċ-ċimterju ħdejn George, fejn irringrazzjatu għal dak li tħoss li hu kien għamel magħha. Ix-xogħol fil-ħanut kien reġa' sploda grazzi għall-kuntratt li ħadet li tforni 3 lukandi, u ċertu klijenti li kienu qatgħu milli jmorru l-ħanut, reġgħu bdew ġejjin lura. Angela rat li dan kollu ġie min dik il-persuna li kumbinazzjoni jew mhux, kellha kuntatt magħha fl- aħħar mumenti ta' ħajjitha. B'diversi ħsibijiet għaddejjin minn moħħha, u l-fatt li ma kintix temmen f 'dawn l-affarijiet, bdiet tara ma' min ħa tiftaħ qalbha sabiex tara ssibx xi ħadd li jista' jigwidaha. Ħasbet li aħjar tmur tkellem lill-Arċpriet tal- lokal, u hekk għamlet, iżda għad-diżappunt tagħha, dan qalilha li dawn mhumiex sitwazzjionijiet li hu bħala qassis jista' jagħraf. F'kelma waħda, il-qassis ġabha tidher li kienet sa ċertu punt il-fortuna tagħha stess, u mhux l-ispirtu ta' George li ġabilha l-fortuna! Angela ħassitha li din ma kinetx ir-raġuni, u kompliet tara kif issib il-vera raġuni. Darba, fuq it-TV, rat bħala mistiden lil PaulJon li kien qed jitkellem dwar l-ispirti, u riedet tagħmel kuntatt mieghu, u għamlet appuntament. Iltqajna u smajt l-istorja ta' Angela, fejn mill-ewwel għaraft li hi persuna li taf x'inhi tgħid, temmen fiha nnifisha, u hi persuna pożittiva mmens. Bi tbissima simpatika, mill- ewwel għarrfitni li kienet marret tkellem qassis, imma dan kien tefaħha f 'aktar inċertezza. Hi ammettiet li din kienet l-ewwel esperjenza tagħha ma' persuna bħali, però ħassitha ċerta li kont se nwassalha għar-risposti li xtaqt tkun taf. Ikompli...