Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/618153
36 illum Il-Ħadd 20 ta' Diċembru 2015 Kienet sorpriża għal bosta segwaċi tal-futbol mondjali meta semgħu bl-aħbar li tabilħaqq il-Belġju jinsabu fit-tieni post tar-rankings uffiċjali tal-FiFA. Din kienet l-ewwel darba fl-istorja li t-tim nazzjonali Belġjan mimli stilel irnexxielu jilħaq din il-pożizzjoni, fejn tajjeb ngħidu li ħa post it-tim nazzjonali tal-Arġentina, iżda meta wieħed jagħti ħarsa dettaljata lejn l-iskwadra li huma jippossjedu, din m'għandhiex tittieħed bħala sorpriża. Bosta jsostnu li biex wieħed jiftakar fi plejer Belġjan ta' klassi, jrid iħaddem moħħu ferm u ferm. Iżda f 'dan iż-żmien, nistgħu ngħidu li għandna skwadra sħiħa mimlija bihom! Ftit tax-xhur ilu, il-ġurnal Ingliż The Guardian irraporta kif il-gazzetta Belġjana La Dernier Heure ikkalkulat li meta wieħed jgħodd is-somom ta' trasferimenti kollha tal-iskwadra Belġjana fil-preżent, huma kienu jammontaw għal xejn inqas minn 18-il miljun ewro, liema somma tammonta għat-tielet l-iktar tim nazzjonali li jqum flus fid-dinja kollha wara biss il-Brażil u l-Portugall. Probabbilment, it-tim nazzjonali preżenti tal-Belġju huwa l-iktar wieħed ta' klassi fl-istorja. Nibdew minn bejn il-lasti fejn għandhom għażla kbira bejn il-goalkeeper li qed jimpressjona bis-sħiħ ma' Chelsea Thibaut Courtois, u li ma kinitx sorpriża li ħa post il-goalkeeper ta' esperjenza kbira Petr Cech, li wara li tilef post mal-ewwel 11 tal-Blues, ingħaqad ma' Arsenal. Il-Belgju għandhom ukoll għad-dispożizzjoni tagħhom lill-goalkeeper ferm ikkwotat ta' Liverpool, Simon Mignolet. Id-difiża Belġjana hija mmexxija minn talenti li jġibu l-isem tal-captain dominanti ta' Manchester City, Vincent Kompany, il-plejer ta' Arsenal, Thomas Vermaelen, kif ukoll il-plejer ta' Tottenham Hotspur, Jan Vertonghen, li kien rivelazzjoni fl-ewwel staġun tiegħu fl-Ingilterra u saħansitra fl-istaġun 2013/14, kien innominat fit-Tim tas-Sena tal-PFA Kampjonat Barclays Premier. U l-kwalità ta' dan it-tim ma tonqosx hekk kif javvanza iktar fil-grawnd. F'nofs il- grawnd ċentrali, għandhom il-preżenza kolossali tal- plejer ta' Manchester United li ngħaqad magħhom mingħand Everton fil-bid tal-istaġun 2013/14 u li sar wieħed mill-aqwa plejers ta' nofs il-ground ċentrali fl-Ewropa bis-saħħa li jippossjedi u l-abilità li jiskorja l-gowls, Marouane Fellaini. Jakkumpanjah f 'dan id- dipartiment, insibu lil Axel Witsel, li ngħaqad mat-tim Russu Zenit St Petersburg mingħand Benfica tliet staġuni ilu, u għalkemm forsi għadu ma laħaqx il-kwalità tas-somma mħallsa għalih, għad għandu biss 26 sena u l-qawwa u l-abilità tiegħu li jattakka jfissru li għad isir plejer mill-aqwa. Nnsibu wkoll lil Eden Hazard, li qed iħalli impatt enormi ma' Chelsea fil-pożizzjoni ta' plejer offensiv ta' nofs il- grawnd. Biex nenfasizzaw il- qawwa tal-Belġju f 'nofs il-grawnd, jistgħu jiftaħru wkoll bil-qawwa tal-plejer ta' Tottenham Hotspur fl- Ingilterra li jiswa s-somma ta' £15 miljun, Mousa Dembele kif ukoll tal-plejer ta' Everton, Kevin Mirallas. U fl-attakk, il-Belġju jistgħu jagħżlu minn plejers bħal Christian Benteke li lkoll nafu x'kapaċi jagħmel ma' Aston Villa fil-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra kif ukoll l-attakkant Romelu Lukaku li jilgħab ma' Everton fl-istess Kampjonat Ingliż. Fl-istaġun 2013/14, din il-koppja ta' attakkanti waħedha skorjat xejn inqas minn 36 gowl. Interessanti huwa l-fatt li dan it-tim nazzjonali Ewropew qatt ma rebaħ unur maġġuri fuq livell Mondjali jew Ewropew, iżda b'din l-iskwardra, żgur li għandhom ċans inaqqxu isimhom fl-istorja tal-futbol fil-futur qarib. It-tim tal-Belġju kkwalifikaw għall-Euro 2016, billi temmew il-fażi ta' kwalifikazzjoni fil-quċċata ta' Grupp B bi 23 punt. Sports NOTIFIKAZZJONI MARRUGA SKONT ID-DIRETTIVA DWAR POSTIJIET GlIAL SWALI GRAL- LOGROB Referenza taeina: LGA/GDR/CL3/29/2011 - 33 15 ta' Dicembru 2015 Johann Schembri IZIBET, 39,40, Trig Sta. Tereza, Bormla L-Awtorita' Maltija dwar 1-Log1ob (minn hawn quddiem I-'Awtorita") b'dan qeghda tinnotifika liii- pubbliku li tat 1-approvazzjoni taghha sabiex tinfetah sala ghal-loghob fl-indirizz hawn fuq indikat. Minkejja dan, din 1-approvazzjoni ghadha soggetta ghar-revilioni finali tal-applikazzjoni mill-Awtorita'. L-Awtorita' tinnotifika lill-pubbliku Ii, sa 03 ta' Jannar 2016, kopji tal-applikazzjoni, pjanti u dokumenti ofira jintwerew, bl-appuntament, fl-uffittju tal-Awtorita' waqt il-hinijiet tal-uffittju (jigifieri mit-Tnejn sal-Gimgha (minbarra il-festi pubbliti) bejn id-9 ta' filghodu u 1-4 ta' wara nofs inhar). Kull persuna tista' toggezzjona ghall-ftub ta' din is-sala ghal-loghob i2cla tali oggezzjoni tista' issir biss ghal ragunijiet fejn ma jitharsux id-dispo2izzjonijiet tad-Direttiva dwar Postijiet ghal Swali ghal-Loghob. Din id-Direttiva tista' tinstab fuq il-websajt tal-Awtorita' www.mga.org.mt L-Awtorita' tattetta biss oggezzjonijiet bil-miktub u Ii jaslu sa mhux aktar tard mit-03 ta' Jannar 2016. L- oggezzjonijiet bil-miktub ghandhom jew jintbagfitu lill Malta Gaming Authority, Building SCM02-03, Level 4, Smart City Ricasoli, SCM01 jew b'e-mail fuq obiections.mga@mga.org.mt L-oggezzjonijiet ghandhom jikwotaw ir-referenza taghna u ghandhom jinkludu d-dettalji tal-persuna Ii tkun gee-Ida taghmell-oggezzjoni, fosthoml-isem,l-indirizz u d-dettalji ta' fejn tista' tigi kkuntatjata. L-Awtorita' sussegwentament tikkonsidra 1-oggezzjonijiet Ii tirtievi fi2-2mien stipulat u tipprotedi skont il-ka2. L-AWTORITA' MALTIJA DWAR L-LOGROB *g.m t Meta l-Belġju temmew is-sena 2015 fl-ewwel post tar-rankings uffiċjali tal-FIFA Plejers tat-tim nazzjonali Belġjan jifirħu wara r-rebħa kontra Ċipru fix-xhur li għaddew