Illum previous editions

ILLUM 20 December 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/618153

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 39

28 illum | Il-Ħadd 20 ta' Diċembru 2015 Kummerċjali Workshop intern għall-aġenti kollha ta' Belair Property Fil-bidu ta' Diċembru, Belair Property organizzat workshop intern għall- aġenti kollha tagħha, fejn kienu aġġornati dwar bidliet reċenti fil- leġislazzjoni dwar taxxa fuq il-proprjetà, l-iskemi ġodda ta' residenza u viża, u kif ukoll xi aġġornamenti dwar proċeduri interni tal-kumpanija. Is-sessjoni ntemmet bi preżentazzjoni interessanti ħafna mill- kelliem motivazzjonali Matthew Kimberley. Id-Direttur Maniġerjali Ian Casolani, fl-introduzzjoni tiegħu, qal li kien importanti li bħala waħda mill-aġenziji ewlenin tal-proprjetà f 'Malta, Belair Property tkompli żżomm il-konsulenti tal- proprjetà tagħha mħarrġin u infurmati fuq il-bidliet fis-settur, peress li dan iħalli impatt qawwi fuq il-mod kif jittrattaw mal-klijenti tagħhom. "M'huwa l-ebda sigriet li dak li jiddistingwi 'l Belair Property mill-aġenziji l-oħrajn huwa l-mod kif nikkomunikaw u nittrattaw il-klijenti tagħna – kemm jekk huma sidien jew xerrejja prospettivi. L-inizjattiva l-ġdida tagħna msemmija 'MyBelair' hija eżempju ewlieni ta' dan. Aħna nidħlu fid-dettal għax nemmnu li huwa dan li finalment jagħmel in-negozjar tal-proprjetà pożittiv għaż- żewġ naħat," żied is-Sur Casolani. Fl-aħħar parti tal-workshop, l-intervent tas-Sur Kimberley, b'mod umoristiku u ħafif, għen lill-aġenti jiffukaw fuq għaliex dak li jagħmlu huwa verament importanti u dan, l-aktar fil-mod kif iħarsu lejhom infushom, janalizzaw dak li jagħmlu u jieqfu jaħsbu ftit fuq dawk l-affarijiet li jagħmlu b'mod awtomatiku. "Fi tmiem ta' dik li kienet sena ta' suċċess għal Belair Property, kien importanti li niltaqgħu lkoll bħala tim, nanalizzaw ir-riżultati tagħna u nħejju ruħna għas-sena li ġejja," temm jgħid is-Sur Casolani. Uħud mill-aġenti ta' Belair waqt il-workshop L-impjegati tal-BOV jappoġġjaw Tisjir mill-Qalb Għas-sitt sena konsekuttiva, l-impjegati tal-BOV kellhom l-opportunità li jordnaw kopji tal-ktieb popolari tat-tisjir 'Tisjir mill-Qalb'. Il-kopji tagħhom kienu ffirmati mill-President ta' Malta, l-Eċċellenza Tagħha Marie Louise Coleiro Preca. Iżjed minn 300 impjegat ħadu l-offerta, u ordnaw il-kopja tagħhom permezz tal-Bank. F'sentejn, in-numru ta' kotba ordnati mill-impjegati tal-BOV irdoppja, qal il-kelliem għall- MCCF. Għall-ewwel darba din is-sena, il-ktieb tat-tisjir huwa disponibbli wkoll bl-Ingliż. Ħafna ħadu din l-opportunità, għalkemm il-verżjoni bil-Malti tibqa' ferm iżjed favorita. Flimkien ma' din l-inizjattiva, il-Bank jappoġġja avvenimenti diversi li jsiru mill-Malta Community Chest Fund. Il- kampanja 'L-Istrina BOV Piggy Bank' li ssir fost it-tfal kollha tal-iskola Primarja u Sekondarja hija kampanja li ilha għaddejja ħafna u li din is-sena huwa fil- fatt it-12-il anniversarju tagħha. Il-Bank of Valletta jkompli jappoġġja l-komunità b'ħafna modi, għax jemmen bis-sħiħ li għandu responsabbiltà attiva lejn is-soċjetà li tmur lil hinn mill-forniment ta' servizzi finanzjarji. Dawk li huma interessati jiksbu kopja tal-ktieb popolari tat-tisjir, li din is-sena jinkludi riċetti minn patrijiet u sorijiet li jgħixu f 'diversi kunventi u monasteri Maltin, għadhom jistgħu jagħmlu dan għal donazzjoni ta' €10. Il-ktieb jista' jinkiseb mill-ħwienet kollha tal- Agenda, Scotts Supermarket, il-President's Kitchen Garden, l-uffiċċji tal-MCCF fil-Belt Valletta u mill-Palazz ta' San Anton. Alternattivament, wieħed jista' jordnah online minn fuq: tisjir.donate.com.mt jew billi jżur is-sit, www.mccf. org.mt. The Glenlivet ħabbret il-wasla tal-Founder's Reserve f'Malta. Dan il-prodott hu espressjoni ġdida u permanenti fil-firxa ewlenija tal-marka li nħoloq bħala tribut għall-viżjoni oriġinali tal-fundatur George Smith b'wiski definittiv u fin. Fil-qofol tal-istil ta' The Glenlivet hemm it-togħma klassika tal-frott, riżultat tat-tankijiet uniċi tad-distillerija, iddisinjati minn Smith innifsu, f'għamla ta' fanal wiesa'. Din l-aroma ħelwa ta' frott tal-Founder's Reserve ta' The Glenlivet hi kkumplimentata tajjeb ħafna bil-kremożità u l-ħlewwa li joffru l-btieti Amerikani ġodda tal-ballut u toffri prodott fin b'xgħir eċċezzjonali; il-kwalità vera li għaliha ilha magħrufa The Glenlivet ta' George Smith – karatteristiċi li għadhom apprezzati u rinomati sa żmienna. Dan il-wiski single malt il-ġdid hu ppreżentat fi flixkun tal- ħġieġ trasparenti, li jsaħħaħ il-kredenzjali tal-kwalità tal- likwidu, għax minnu jidher il-lewn dehbi ċar attraenti tal-wiski. L-ippakkjar hu ta' lewn blu Ġorġjan, b'dehra li tinħass klassika u kontemporanja fl-istess ħin. L-immaġni l-ġdida ta' The Glenlivet, li turi l-Pont ta' Packhorse li jaqsam ix-Xmara Livret, u li tidher kemm fuq il-flixkun u kemm fuq l-għatu tal- kaxxa, kif ukoll il-firma ta' George Smith li tidher sewwa fil-faċċata tal-kaxxa, jipprovdu dinamiżmu u jgħinu biex dan il-prodott jispikka fuq l-ixkaffa. Il-Founder's Reserve ta' The Glenlivet se jkun qed jieħu post il-Glenlivet 12YO, u diġà hu aċċessibbli f'għażla ta' ħwienet, inkluż mingħand Farsonsdirect www.farsonsdirect.com. The Glenlivet hu impurtat, irreklamat u mqassam minn Farsons Beverage Imports Company (FBIC) Limited. The Glenlivet tħabbar il-wasla tal-Founder's Reserve f 'Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 December 2015