Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/618153
6 illum | Il-Ħadd 20 ta' Diċembru 2015 Aħbarijiet Jannar –Kaċċa, droga u l-ewwel traġedja Pariġina - Mal-bidu tal-2015 issaffret is- suffara 'referendarja' u bdiet kampanja li kellha twassal għal referendum abrogattiv dwar jekk il-kaċċa fir-rebbiegħa kellhiex tieqaf jew le. L-ILLUM ħadet pożizzjoni ċara favur l-abolizzjoni ta' din il-prattika matul ix- xhur li fihom l-għasafar ikunu qed iwelldu lill- friegħ tagħhom. - "Qegħdin nieħdu l-prekawzjonjijiet kollha neċessarji" kien jaqra t-titlu tal-ILLUM nhar il-Ħadd 11 ta' Jannar li kien qed jikkwota lill-Kummissarju Michael Cassar jitkellem dwar iktar sigurtà fl-ajruport wara l-ewwel attakki li seħħew f 'Pariġi din is-sena. Frar – Min iddeċieda fuq il- proklama ta' Farrugia? - Nhar il-Ħadd 8 ta' Frar l-ILLUM irraportat kif meta Kabinett Nazzjonalista ddeċieda li jagħti l-proklama lil George Farrugia, kwart tal-istess Kabinett lanqas biss kien preżenti. Fost dawk li ma kinux preżenti, kien hemm Tonio Fenech, li kien spiċċa f 'nofs il-kontroversja kollha wara li kien irċieva arloġġ tal-lira mingħand il-mara ta' George Farrugia. - L-ILLUM tirraporta kif grupp ta' ħaddiema tal-Enemalta ressqu ilment quddiem l-Uffiċċju tal- Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data li fiha talbu biex issir investigazzjoni u tittieħed azzjoni fuq ittra partikolari li kienet intbagħtet mill- Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Din l-ittra kienet tikkonċerna l-bidliet li qed jipproponi li jsiru l-Gvern preżenti, fosthom l-investiment tax-Shanghai Electric. Marzu – Arċisqof ġdid - Ix-xahar ta' Marzu kien wieħed li ġab miegħu bidla fit-tmexxija tal- Knisja Maltija. L-ILLUM nhar il-Ħadd 22 ta' Marzu irrappurtat bi prominenza l-ingress solenni li mmarka l-bidu tat-tmexxija tal- Knisja bl-Arċisqof Charles J. Scicluna fit- tmun. L-ewwel disa' xhur ta' Scicluna kienu ikkaratterizzati l-aktar bir-ritorn tal- Knisja Kattolika fil-fora ta' diskussjoni f 'pajjiżna. Fil-fatt, kuntrarjament għal dawk ta' qablu, l-Arċisqof Scicluna, huwa ħafna iktar preżenti fid-dibattiti u diskussjonijiet politiċi, soċjali, ambjentali u morali. - Matul dan ix-xahar il-gazzetta ILLUM irraportat ukoll kif f 'sentejn kienu irrapurtati xejn inqas minn 85 serqa minn fuq anzjani residenti fi djar tal-anzjani. Mill-investigazzjoni tal- Pulizija jirriżulta li fost l-aktar oġġetti li kienu misruqin kienu flus u deheb. April – Referendum, Kunsilli u tempju f 'Għawdex - L-ewwel żewġ ħarġiet tal-ILLUM għal April kienu jittrattaw ir- referendum li sar f 'pajjiżna dwar il-kaċċa fir-Rebbiegħa, liema vot kien mirbuħ bi żbrixx, mill-kamp tal-IVA. L-għada tal-għadd tal-voti tal-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali, l-ILLUM tirraporta kif il-Partit Laburista kien rebaħ l-elezzjonijiet tal- Kunsilli Lokali b'maġġoranza ta' 53.5%. Tirraporta wkoll kif il-PN iċċelebra l-istess riżultat hekk kif naqqas id- distakk bejn iż-żewġ partiti bin-nofs. L-ILLUM tfakkar li Għawdex kien fattur kruċjali biex Muscat seta' jirbaħ dawn l-elezzjonijiet. - Matul dan ix- xahar l-ILLUM tirraporta wkoll dwar ir-riżenja ta' Mark Cutajar mill-Kumitat Olimpiku Malti wara akkużi fuq il-midja Nazzjonalista ta' kunflitt ta' interess. Mal-ILLUM Cutajar jiċħad dawn l-akkużi u jgħid li fl-opinjoni tiegħu mhux kunflitt kien hemm iżda "interess komuni." Mejju – Serq minn Mater Dei, viżas mill-Vatikan u jibda l-każ 'Giovanna' - Fix-xahar ta' Mejju kompliet tiżvolġi l-istorja tal-allegat abbuż li kien qed iseħħ f 'Għawdex taħt amministrazzjoni preċedenti. Fiċ-ċentru ta' dan il-każ li bħalissa qed jinstema' quddiem il-Qorti t'Għawdex hemm ir-raġel tal- eks Ministru Nazzjonalista Giovanna Debono. L-ILLUM tas-17 ta' Mejju tikkwota sorsi fil-Korp tal-Pulizija jgħidu li huwa impossibbli li Debono ma kinitx taf x'qiegħed jagħmel żewġha. - Intant il-ġimgħa ta' qabel, din il-gazzetta irrapurtat kif il-Vatikan kien lest li joħroġ il-viżas għall-immigranti permezz tan-Nunzjaturi Appostoliċi fl-Afrika u fil-Lvant Nofsani. Din il-proposta tressqet quddiem il-Papa Franġisku minn erba' qassisin Taljani. - Intant l-ILLUM kienet irraportat ukoll kif waqt il-bini tal-Isptar Mater Dei, is-serq ta' siment kien jammonta għal €40 miljun. Din l-istorja ħarġet fl-isfond tal-aħbar xokkanti li l-konkrit użat fil-bini tal-istess Sptar kien ta' kwalità inferjuri. Ġunju: Ix-xahar tal-ambjent u l-kollass Grieg - Ġunju kien ix-xahar li fih mijiet kbar ta' nies ingħaqdu fil-Belt Valletta biex jipprotestaw kontra l-bini tal- Proġett tal-Università Amerikana fuq art barra l-iżvilupp (ODZ) f 'Marsaskala. Il-gazzetta ILLUM b'tipi kbar tgħid li dan il-mijiet inqgħadqu biex "Jgħidu Le" għall-qerda ta' art verġni. Din kienet l-unika u l-akbar protesta li saret s'issa taħt din l-amministrazzjoni. - Intant taħt it-titlu 'Kollass Totali' l-ILLUM irraportat l-ewwel parti tal-kriżi Griega. Tan-nuqqas ta' qbil mal-UE dwar pakkett ta' awsterità, referendum dwar l-istess miżuri fil-Greċja. B'rebħa massiċċa għall-LE u l-elezzjoni ġenerali sussegwenti. Lulju: Drogi, Stella Scerri Taylor, Sex shops u skejjel tal-Knisja - Fix-xahar ta' Lulju l-ILLUM trattat bosta kwistjonijiet, fosthom f 'intervista esklussiva, il- Ministru Chris Cardona qal li hu qatt ma mess ma' droga. Huwa għamel din l-istqarrija fid-dawl ta' akkużi li kien qed jiffrekwenta bars fejn tittieħed id-droga. Cardona jirrifjuta kull akkuża li huwa aċċetta donazzjonijiet mill- familja Fenech, proprjetarja ta' Portomaso, u jgħid li l-kuntratt tal-kera għal post li kien qed jikri f 'Portomaso kien "regolari" - L-ILLUM irraportat dwar il-bidliet proposti fil-MEPA li kienu diskussi fil- Parlament dan ix-xahar u dwar il-fatt li TM m'għandhiex sistema biex tagħti ċitazzjonijiet lil vetturi barranin. - L-ILLUM segwiet l-istorja ta' Stella Scerri Taylor li spiċċat priġuniera f 'darha hekk kif il-lift tal-blokk tal- Gvern fejn tgħix kien ilu bil- ħsara seba' xhur. Scerri Taylor kellha attakk ta' puplesija 6 snin ilu, li ħalliha bi problemi serji ta' mobbiltà. Minn dakinhar, il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali ħa l-azzjoni meħtieġa. - L-ILLUM segwa il-bidliet fil-liġi taċ-ċensura u ħa opinjonijiet diversi dwar il- ftuħ tas-sex shops f 'pajjiżna. Din il-gazzetta irraportat ukoll kif il-ġenituri li jibagħtu lil uliedhom fi skejjel tal- Knisja jitħallew fil-għama dwar id-donazzjonijiet, hekk kif dawn l-iskejjel mhux marbutin li jippublikaw rendikont finanzjarju. Awwissu: L-abort, il-pagi u l-patri pedofelu - Fl-ewwel ħarġa ta' dan ix-xahar, l-ILLUM investiga l-faċilità li biha persuna Maltija tista' tagħmel abort barra l-pajjiż. Persuna Maltija tista' ċċempel, tmur l-Ingilterra u tagħmel abort f 'wieħed mit-350 klinika li toffri dan is-servizz f 'Londra biss. L-ILLUM għamlet kuntatt ma' numru ta' kliniċi fir-Renju Unit, b'dawk li rrispondew jgħidu li abort jiswa bejn €800 u €1,000, għal dawk bi tqala ta' inqas minn 14-il ġimgħa. - Matul ix- xahar ta' Awwissu l-ILLUM kompliet tikxef każi ta' abbuż fuq il-post tax-xogħol, fosthom dwar Bulgari li kienu qed jiġu "impurtati" u mħallsin €3.80 fis-siegħa. Lukandi li qed iħaddmuhom jiddikjarawhom self- employed u l-aġent li jkun ġabhom Malta jeħdilhom xhur li fihom l-għasafar ikunu qed iwelldu lill- - "Qegħdin nieħdu Scicluna fit- tmun. L-ewwel disa' xhur ta' dawn l-akkużi u jgħid li fl-opinjoni tiegħu mhux kunflitt kien hemm iżda "interess komuni." Mejju – Serq minn Mater Dei, viżas mill-Vatikan u jibda l-każ 'Giovanna' - Fix-xahar ta' Mejju kompliet tiżvolġi l-istorja tal-allegat abbuż li kien qed iseħħ f 'Għawdex taħt amministrazzjoni preċedenti. Fiċ-ċentru ta' dan il-każ li bħalissa qed jinstema' quddiem il-Qorti t'Għawdex hemm ir-raġel tal- eks Ministru Nazzjonalista Giovanna Debono. L-ILLUM €1.00 /StUB.BS[V XXXJMMVNDPNNU Il-viȈKPOJUBHìOBIJ MJM(ȈFKKFS.BMUJO JLVOVǑFOUSVUB FǑǑFMMFO[B – -PVJT(SFDI -*OUFSHìBOEIPN CȈPOOLPXǑǛEJE VUBǑFSUVTUBUVSB o*WBO3BNJSP $PSEPCB NEWSPAPER POST PAĠNI 14, 15 PAĠNI 34, 35 L-Arċisqof il-ġdid www.visitgozo.com Iktar informazzjoni u kopji tal-programm jistgħu jinkisbu minn info@gozoculture.com jew ċempel fuq 22915452/3 MINISTERU GHAL GHAWDEX Kumitat Għawdex: Fidi u Tradizzjoni maħtur mill-Ministru Għal Għawdex Anton Refalo Easter in Gozo Żomm ruħek aġġornat: LINGRESS solenni lbieraħ tal-Arċisqof il-ġdid Charles J. Scicluna kien ikkaratterizzat minn diversi messaġġi ta' ringrazzjament li saru kemm minn u indirizzati lejn l-Arċisqof il-ġdid. Iċ- ċelebrazzjoni bdiet fix-xita, bit-tluq tiegħu minn Ħal Lija - il-lokalità fejn joqgħod. Il-vjaġġ ħadu lejn ir-Rabat, fis-Santwarju tal-Madonna tas- Saħħa li kienet l-ewwel waqfa fost sensiela ta' waqfiet fir- Rabat, b'bosta mumenti ta' talb u laqgħat ta' tislima minn bosta nies, fosthom diversi morda. Fid-diversi waqfiet li saru minn Mons. Scicluna, huwa żar il-Knisja ta' San Duminku fejn kien hemm laqgħa sabiħa mal-Arċisqof Emeritu Pawl Cremona li ħalla t-tmexxija tal-Knisja f 'Ottubru tas-sena li għaddiet. Mad-daħla ta' Mons. Scicluna fl-Imdina, kien hemm rappreżentanti ta' diversi kapijiet Kattoliċi ta' Malta, li Scicluna ltaqa' magħhom, b'simbolu tal-ħidma inter-reliġjuża li jrid iwettaq. Il-quddiesa pontifikali li ġiet iċċelebrata fil-Katidral tal- Imdina, rat fiha jikkonċelebraw fost l-oħrajn lill-Kardinal Prospero Grech u n-Nunzju Appostoliku. Iċ-ċelebrazzjoni bdiet bil-qari tal-bolla tal-Papa Franġisku li tagħti t-tmexxija tal-Knisja Maltija b'mod uffiċjali. L-omelija li għamel l-isqof elett kienet waħda qasira li fiha primarjament wera l-ferħ tiegħu li ġie magħżul bħala r-ragħaj tal- Knisja. Tenna kemm-il darba r-ringrazzjament tiegħu lill- Isqof t'Għawdex Mario Grech, l-Isqof emeritu Pawl Cremona, kif ukoll il-katekisti u l-lajċi fost l-oħrajn. Fl-istess omelija semma kif bħala l-mexxej tal- knisja, jrid jiggwida lill-merħla "b'eżempju li jkaxkar." Ara paġna 2 L-Arċisqof il-ġdid Kattoliċi ta' Malta, li Scicluna ltaqa' magħhom, b'simbolu tal-ħidma inter-reliġjuża li jrid Il-quddiesa pontifikali li ġiet iċċelebrata fil-Katidral tal- Imdina, rat fiha jikkonċelebraw fost l-oħrajn lill-Kardinal Prospero Grech u n-Nunzju Appostoliku. Iċ-ċelebrazzjoni bdiet bil-qari tal-bolla tal-Papa Franġisku li tagħti t-tmexxija tal-Knisja Maltija b'mod L-omelija li għamel l-isqof elett kienet waħda qasira li fiha primarjament wera l-ferħ tiegħu li ġie magħżul bħala r-ragħaj tal- Knisja. Tenna kemm-il darba r-ringrazzjament tiegħu lill- Isqof t'Għawdex Mario Grech, l-Isqof emeritu Pawl Cremona, kif ukoll il-katekisti u l-lajċi fost l-oħrajn. Fl-istess omelija semma kif bħala l-mexxej tal- knisja, jrid jiggwida lill-merħla "b'eżempju li jkaxkar." Ara paġna 2 Passi ta' ġgant fil-qasam mediku f 'pajjiżna L-impatt tal-kriżi politika Libjana fuq pajjiżna Il-Qtil ta' Ġużeppi Galea mill-Marsa Chris Fearne – paġna 17 Kristy Debono – Paġna 16 John Pisani - Paġni 8-9 Il-qtil ta' Raymond Caruana - tinstab karozza maħruqa b'arma fiha Qed jiġu eżaminati karozza maħruqa kif ukoll arma tan-nar tat-tip assault rifle li nstabu lbieraħ waranofsinhar f 'tal-Virtù – hekk kif hemm suspett li din setgħet kienet l-arma użata fil-qtil ta' Raymond Caruana, li seħħ nhar il-Ġimgħa, 20 ta' Marzu. Silvio Valletta, l-Assistant Kummissarju tal-Pulizija indirizza konferenza stampa lbieraħ fejn qal li Caruana instab mejjet wara l-karozza tiegħu, tat-tip Jeep, ħdejn San Blas, fil-limiti ta' Ħaż-Żebbuġ madwar id-9.20pm. Jidher li Valletta ħareġ mill-karozza sabiex jipprova jistaħba warajha, hekk kif bdew jiġu sparati tiri lejh. Valletta qal ukoll ġew sparati aktar minn 30 tir lejn il-karozza li fiha kien jinsab Caruana – fejn jidher li miet wara li ntlaqat ħames jew sitt darbiet. Għalkemm Caruana kien magħruf mal-pulizija, minħabba l-involviment tiegħu fil-każ tal-attentat tixħim tal-Maġistrat Ray Pace, Valletta qal li l-mottiv wara l-qtil għadu mhux magħruf. Sostna wkoll li l-pulizija ma irċeviet l-ebda rapport ta' theddid fuq ħajtu. Mhux magħruf jekk il-każ kienx marbut ma' każijiet ta' qtil oħra li seħħew fix-xhur li għaddew. Il-pulizija qed tkellem xi nies dwar dan il-każ. L-awtopsja fuq il-katavru ħa ssir għada. 3JUSBUU3BZ"UUBSE waqt il-bini tal-Isptar Mater Dei, is-serq ta' siment kien Proġett tal-Università art barra l-iżvilupp (ODZ) f 'Marsaskala. dwar il-fatt li TM m'għandhiex sistema biex investiga l-faċilità li biha persuna Maltija tista' tagħmel abort barra l-pajjiż. Persuna Maltija tista' ċċempel, tmur l-Ingilterra u tagħmel abort f 'wieħed mit-350 klinika li toffri dan is-servizz f 'Londra biss. L-ILLUM għamlet kuntatt ma' numru ta' kliniċi fir-Renju Unit, b'dawk li rrispondew jgħidu li abort jiswa bejn €800 u €1,000, għal dawk bi tqala ta' inqas minn 14-il ġimgħa. - Matul ix- xahar ta' Awwissu l-ILLUM kompliet tikxef każi ta' €1.00 /StUB-VMKV NEWSPAPER POST XXXJMMVNDPNNU mbank.com 2132 2100 FIMBank p.l.c. is a leading provider of trade nance, factoring and forfaiting solutions. Headquartered in Malta and with a global presence in various important nancial and trading centres, the Group is at the forefront of introducing and developing innovative receivable nance techniques in emerging markets. FIMBank p.l.c. is a licensed credit institution regulated by the Malta Financial Services Authority and listed on the Malta Stock Exchange. A Global force in Trade Finance We Make Light Work Of Trade Finance 'QATT MA MISSEJT MAD-DROGA' - CARDONA ILMINISTRU Chris Cardona stqarr illi f 'ħajtu huwa qatt ma miss mad-droga u li saħansitra lest li jagħmel eżami mil- lum għal għada biex jipprova dan. Aktar minn hekk mal-ILLUM huwa stqarr li dejjem tkellem kontra l-użu tad-droga u li "meta nkun naf b' xi ħadd li qed jabbuża mid- droga niftħilhom għajnejhom u nurihom it-triq it-tajba." F'intervista li qed tidher fuq paġni 12 u 13 ta' dan il-ġurnal, huwa jirribatti bil-qawwa kollha l-allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu, kemm fil- każ tal-appartament f 'Portomaso kif ukoll dwar il-preżenza tiegħu f 'ħanut tax-xorb li allegatament ikun fih kriminali u attività relatata mad-droga. Huwa jiftaħ baraxx ta'kritika fuq il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, billi jgħid li sar "qisu raġel tat-triq li xogħlu sar li jmexxi l-qlajjiet u jirkeb fuq il-karru ta'ħaddieħor biex imexxi l-qlajjiet." Cardona juri ruħu sorpriż kif qamet din id-diskussjoni dwar l-appartament f 'Portomaso, meta, skont hu, "Fenech Adami għandu ħames proprjetajiet differenti nkluż id-dar fejn jgħix li sa issa għadu ma iddeċċiddiex li jippublika l-kuntratt dwarha ħa naraw naqra minn fejn ġiet." Iktar minn hekk Cardona, fl-intervista mal-ILLUM għamilha ċara illi ż-żejt dejjem jitla' f 'wiċċ l-ilma u b'referenza ċara għal Beppe Fenech Adami qal li dan jiġri "anke għal tfal ta' eks Prim Ministri u eks Presidenti, l-liġi hija ugwali għal kulħadd". Huwa jammetti illi l-familja tiegħu hija qrib dik ta' Silvan Fenech, wieħed min-neputijiet tal-mibki George Fenech iżda li m'huwiex azzjonista tal- kumpanija ta Tumas Group - proprjetarji tal- Portomaso fost oħrajn. Cardona jżid jgħid ukoll li minn dan m'għandux għalfejn jistħi għax "miniex qed niltaqa' ma' Żeppi l-Ħafi taħt il-pont ta' San Ġwann kif għamel missier Beppe Fenech Adami". Huwa jiddeskrivi il-kuntratt ta' kiri tal-appartament f 'Portomaso bħala wieħed "normali ħafna". Dwar l-inkontru tiegħu ma' Daphne Caruana Galizia, huwa jispjega kif dan kien qasir u jinvolvi biss mistoqsija dwar fejn qed jgħix hu. Ara paġni 12 u 13 TM bla sistema biex tagħti ċitazzjonijiet lil vetturi barranin ALBERT GAUCI CUNNINGHAM DAN il-ġurnal huwa informat illi Transport Malta (TM) m'għandhiex is-sistema meħtieġa biex tkun tista tagħti ċitazzjoni lil vettura bi pjanċa barranija. Dan qed iwassal għal bosta lmenti mingħand għadd ta' Maltin, fosthom qarrejja ta' dan il-ġurnal, li qed isostnu kif hija inġustizzja illi filwaqt li jekk huma jipparkjaw ħażin jingħataw ċitazzjoni fil-post, dan ma jgħoddx għal persuni li għandhom vettura bi pjanċa barranija. Dan il-ġurnal huwa infurmat illi l-problema li qed toħloq din id-diskrepanza hija li l-awtorità tat-trasport m'għandhiex sistema illi permezz tagħha tkun tista toħroġ ċitazzjoni għal vetturi barranin. Jiġifieri, jekk xi ħadd jipparkja f 'post ħażin, bħal ngħidu aħna fuq linja doppja safra jew quddiem garaxx 'no parking', u jkollu pjanċa ta' Malta, l-warden jew pulizija jiktbu n-numru li jkun hemm fuq il-pjanċa u awtomatikament toħroġ iċ- ċitazzjoni. Tkompli f'paġna 5 kellha attakk ta' €1.00 /StUB"XXJTTV NEWSPAPER POST XXXJMMVNDPNNU €800 u telefonata 'l bogħod minn abort DANIEL MIZZI Minn eżerċizzju li għamel l-ILLUM jidher ċar illi persuna Maltija tista' tapplika biex tagħmel abort barra mill-pajjiż b'faċilità kbira, kważi kważi bl-istess proċess illi xi ħadd jibbukja vaganza onlajn. L-aktar ħaġa li ssorprendiet lil dan il-ġurnal kienet il-faċilità ta' kif persuna Maltija tista' ċċempel, tmur l-Ingilterra u tagħmel abort f 'inqas minn 24 siegħa u mingħajr ebda inkwiet żejjed. Apparti minn hekk il-proċedura tal-abort f 'Londra jirriżultalna li jistgħu ma jqumux aktar minn €800 jekk it-tqala ma tkunx qabżet l-14-il ġimgħa. Tfittxija sempliċi fuq l-internet waslet lil dan il-ġurnal għal xejn inqas minn 350 klinika jew aġenzija ta' riferiment f 'Londra biss fejn persuna tista' tagħmel abort, att illi f 'pajjiżna huwa meqjus bħala illegali u punibbli b'massimu ta' tliet snin ħabs. L-ILLUM għamel kuntatt ma' diversi minn dawn l-isptarijiet u kliniċi fosthom il-Finsbury Health Centre, Groundale Health Centre, Willesden Health Centre fost oħrajn. Dawn irreferewna għal British Pregnancy Advisory Service u l-Marie Stopes UK illi taw lill-ġurnal informazzjoni dwar prezzijiet u proċedura. L-ILLUM jiżvela kif mijiet ta' nisa qed jagħmlu abort fir- Renju Unit b'faċilità u prezzijiet 'irħas' Tkompli f 'paġna 4 "Ma naf b'ħadd fil-PN li gawda ma' Gaffarena" Ara l-intervista ma' Beppe Fenech Adami f 'paġni 12 u 13 Taljani investigati involuti fil-kumpaniji ta' iben Lawrence Gonzi IBEN l-eks-Prim Ministru Lawrence Gonzi, David Gonzi, huwa involut bħala direttur u shareholder fi tlieta, mis-sitt kumpaniji li qed ikunu investigati mill-pulizija Taljana dwar logħob illegali u ħasil ta' flus, b'rabtiet mal-organizazzjoni mafjuża 'Ndrangheta. Il-kumpaniji li huwa nvolut fihom David Gonzi huma Uniq Group Ltd, Uniq Shopping Ltd u Fast Run Ltd. Dan jirriżulta minn dokumenti uffiċjali tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji. Minn stħarriġ li għamel L-ILLUM jirriżulta li permezz tal-kumpaniji investigati, David Gonzi kien qed jaħdem mill-qrib ma' nies li issa huma fil-mira tal-pulizija Taljana. L-involviment ta' Gonzi fil-Uniq Group Limited joħroġ mir-rabta li għandu fiż-żewġ kumpaniji li għandhom l-ishma tal-Uniq Group, GVM Holdings Limited u Start Games Limited. Fil- GVM Holdings Limited, iben l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi huwa direttur u shareholder waqt li fi Start Games Limited għandu l-ishma kollha. %BWJE(PO[J Tkompli f 'paġna 6 L-istejjer tal-gazzetta ILLUM matul is-sena li waslet tmiemha 12-il xahar u 52 edizzjoni