Illum previous editions

ILLUM 20 December 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/618153

Contents of this Issue

Navigation

Page 39 of 39

minn Albert Gauci Cunningham L-ILLUM tista' tiżvela kif fl-aħħar xahrejn ta' din is-sena kien hemm qabżiet kbar ħafna fin-numru ta' passiġġieri u vetturi li qasmu l-fliegu permezz tal-Gozo Channel. Fil-fatt, matul ix-xahar ta' Novembru u Diċembru kien hemm żieda qawwija ta' 2,800 passiġġier u 852 vettura, li huma ekwivalenti għal żieda ta' 36% u 40% rispettivament. L-ILLUM qed tiżvela dawn iż-żidiet qawwijin hekk kif skema mħabbra mill-Ministru għal Għawdex Anton Refalo, li permezz tagħha kien hemm roħs qawwi fin-noll tal-Maltin li jitilgħu Għawdex, ġiet fi tmiemha lbieraħ. Permezz ta' din l-iskema, il-prezz ta' kull passiġġier Malti li jitla' Għawdex nhar ta' Sibt niżel għal €1.20 minn €4.65, filwaqt li l-prezz tal-vettura niżel għal €8.20 mill-prezz normali ta' €15.70. Skont ċifri li għandha f 'idejha din il-gazzetta, l-aktar tmiem il-ġimgħa b'saħħtu kien l-ewwel wieħed ta' Novembru meta użaw il-vapur 2,361 passiġġier, li fissret żieda ta' 1,163 fuq l-istess perjodu fis-sena 2014. Dan jimmarka żieda qawwija ħafna ta' 97%, jew prattikament l-irduppjar fin-numru ta' passiġġieri li użaw il-Gozo Channel. Bejn is-7 u t-8 ta' Novembru qasmu l-fliegu 630 vettura, li tfisser żieda qawwija oħra ta 118%. Żidiet qawwijin kienu wkoll irreġistrati fit-tmiem il-ġimgħa ta' bejn il-5 u s-6 ta' Diċembru meta kienet irreġistrata żieda ta' 42.7% fin-numru ta' passiġġieri u 56.4% fin-numru ta' vetturi. Dan kien ifisser żieda ta' 544 passiġġier u 189 vettura. Żidiet oħrajn kienu rreġistrati fi tmiem il-ġimgħa tat-12 u 13 ta' Novembru fejn iċ-ċifri li għandha f 'idejha l-ILLUM juru żieda ta' 670 fin-numru ta' passiġġieri, jew 35%, u żieda ta' 151 vettura li tammonta għal 29%. Jidher li kien hemm żidiet ukoll fi tmiem il-ġimgħa ta' bejn it-12 u 13 ta' Diċembru meta qasmu l-fliegu 2,294 passiġġier b'747 vettura li jimmarka żidiet ta' 18.2% u 43.4% rispettivament. L-unika tmiem il-ġimgħa fejn ma kinitx irreġistrata xi żieda kbira kien dak ta' bejn it-28 u 29 ta' Novembru fejn il-passiġġieri żdiedu b'6% u n-numru ta' vetturi naqsu b'14.6%. Dan it- tnaqqis kien attribwit l-aktar minħabba temp ħażin u vjaġġi kkanċellati. Iż-żidiet jiġu wkoll fid-dawl tal-fatt li l-Gozo Channel reġa' għamel qliegħ wara snin. Fil-fatt il-kumpanija reġgħet għamlet qliegħ ta' €900,000 wara li fl-aħħar snin ta' Gvern Nazzjonalista kienet qed tirreġistra telf ta' €1.6 miljun. illum | Il-Ħadd 20 ta' Diċembru 2015 2,800 passiġġier u 852 vettura aktar qasmu l-fliegu matul Novembru u Diċembru biss Żieda qawwija fil-passiġġieri li qasmu l-fliegu f 'dax-xahrejn Żabbari jmut fgat f 'barriera IL-jUM tal-bieraħ kien wieħed ferm traġiku għal raġel ta' 53 sena minn Ħaż- Żabbar li waqa' bil-gaffa b'kollox f 'għadira tajn fil- barriera magħrufa bħala 'Ta' Tlata' li tinsab fiż-żona ta' Santa Katerina, fir-Rabat. Il-Pulizija mill-Għassa tar-Rabat marru mill-ewwel fuq il-post fejn issejħu wkoll il-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. Sfortunatament jidher li l-membri tal-Protezzjoni Ċivli ftit setgħu jagħmlu qabel ġew il-ħaddiema l-oħrajn u ttellgħet il-gaffa minn ġot- tajn. Fil-fatt qabel ittellgħet il-gaffa kellu jitnaqqas il-livell tal-ilma, tajn u żrar li kien hemm fl-istess barriera. Hekk kif beda jidher ir-raġel, tal-Protezzjoni Ċivili bdew jiġbduh minn saqajh biex jaqilgħuh. Sfortunatament hu kien diġà mejjet. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Audrey Demicoli li ordnat inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 December 2015