Illum previous editions

ILLUM 20 December 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/618153

Contents of this Issue

Navigation

Page 37 of 39

Kif nibtet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Kont inħobb il-futbol minn meta kont tifel żgħir għax kont immur nara lill-ħuti s-subien il-kbar jilagħbu dan l-isport. Kif addattajt ruħek għall-ħajja f 'Malta li hi ferm differenti għal dik fin-Niġerja? Addattajt ruħi tajjeb f 'Malta sa mill- ewwel ġurnata li wasalt f 'dan il-pajjiż. Il-persuni kollha li ltqajt magħhom aċċettawni u ttrattawni b'mod tajjeb ħafna. Irrispettivament mill-fatt li ftit tax-xhur ilu ksibt iċ-ċittadinanza Maltija, illum il-ġurnata tikkunsidra lilek innisfek bħala Malti? Issa ilni ngħix Malta għal żmien konsiderevoli u nemmen li sirt nifhem ferm lill-Maltin kif ukoll lill-kultura Maltija u għalhekk nikkunsidra lili nnifsi parti minnhom. Tina d-dettalji kollha tal-bidu tal- karriera tiegħek fil-futbol hawnhekk f 'Malta u tat-timijiet kollha li lgħabt magħhom qabel finalment ingħaqadt ma' Balzan. Bdejt il-karriera tiegħi propjament f 'Għawdex ma' Kerċem Ajax, wara li kont inġibt f 'Malta minn Floriana. In-nies ta' Kerċem laqgħuni u għenuni nissetilja f 'Għawdex. Ma' dan it-tim lgħabt għal żewġ staġuni qabel ingħaqadt ma' St Georges għal nofs staġun. In-nies ta' Bormla ukoll laqgħuni ferm għax kienu persuni mill-aqwa. Dan għalkemm dak iż-żmien it-tim ta' St Georges kien ankrat fil-qiegħ tal-klassifika, iżda kien hemm raġġ ta' tama wara li ngħaqadt magħhom hekk kif żammejna fi draw kemm lil Msida St Joseph, kif ukoll lil Marsaxlokk, li dak iż-żmien kienu fl-ewwel u t-tieni post tal-kampjonat rispettivament. Iżda wara li kien hemm ġlieda kbira għar-relegazzjoni, finalment St Georges sfaw relegati. Wara, ingħaqadt ma' Ħamrun Spartans fejn konna spiċċajna fiċ-Championship Pool, kif ukoll fil-finali tal-FA Trophy fejn eventwalment konna tlifna ma' Birkirkara bl-iskor ta' 2-1. Fl-istaġun ta' wara ngħaqadt ma' Qormi, iżda kont sofrejt minn injury serja lejn nofs l-istaġun u stajt biss nilgħab fir-Relegation Pool, fejn finalment ġejna salvi. L-istaġun ta' wara kien wieħed memorabbli għal Qormi, fejn spiċċajna fir-raba' post tal-klassifika flimkien ma' Sliema Wanderers, u kellna nilagħbu decider, fejn kellu jiġi determinat min kellu jikseb post fl-Ewropa iżda konna tlifna dak id-decider. F'dak l-istaġun konna wkoll wasalna sal-finali tal-FA Trophy, fejn konna tlifna kontra Valletta. Fl-istaġun ta' wara, ngħaqadt ma' Marsaxlokk li kien wieħed mill-aqwa staġuni tiegħi f 'Malta, fejn kont ukoll spiċċajt bħala l-aqwa skorer tal-Kampjonat BOV Premier. Niġu issa għal dak l-istaġun li fih kont lgħabt ma' Valletta. Ikolli ngħid li ma' dan it-tim ma tantx impressjonajt. Taqbel miegħi? Ma' Valletta ma nistax ngħid li ma impressjonajtx. Dan minħabba l-fatt li kont skorjajt disa' gowls fi 13-il logħba, li fihom kont bdejt mal-ewwel 11. F'dik is-sena ma tantx kont lgħabt logħbiet bil-flokk Belti minħabba li l-kowċ kien jilgħab b'attakkant wieħed u fil-formazzjoni Beltija, kien hemm jilgħab Michael Mifsud, li kien għadu kemm ġej minn staġun mill-aqwa barra minn Malta, waqt li kien ukoll il-captain tat-tim nazzjonali Malti. B'hekk il- preferenza biex imexxi l-attakk Belti ingħatat lilu. Wara Valletta erġajt ingħaqadt ma' Qormi fejn kont qed tilbes il-flokk tal-Blues and Yellows għat-tieni darba fil-karriera tiegħek. Xi jfisser it-tim ta' Qormi għalik? Qormi dejjem jibqgħu dari minħabba li wara li kelli żmien ikrah ma' Valletta, huma għal darb'oħra kienu reġgħu aċċettawni fit-tim tagħhom u tawni lura l-kunfidenza u l-imħabba li kelli għal-logħba 38 illum | Il-Ħadd 20 ta' Diċembru 2015 In-Niġerjan naturalizzat Malti li Cristian Antony Muscat Sports Alfred Effiong - magħruf iktar bħala 'Fredu', u għalkemm twieled fin-Niġerja, għandu ċ-ċittadinanza Maltija u huwa plejer ferm imporanti tat-tim nazzjonali Malti. Fl-aħħar wirjiet tiegħu, skorja gowl tal-meravilji kontra l-Litwanja, kellu logħba mill-aqwa kontra l-Italja, u skorja gowl ieħor mill-isbaħ kontra l-Azerbajġan. "Li tilgħab għal Malta huwa privileġġ u ninsab ferm kuntent għal din l-opportunità li ngħatajt" "Addattajt ruħi tajjeb f 'Malta sa mill-ewwel ġurnata li wasalt f 'dan il-pajjiż. Il- persuni kollha li ltqajt magħhom aċċettawni u ttrattawni b'mod tajjeb ħafna"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 December 2015