Illum previous editions

ILLUM 20 December 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/618153

Contents of this Issue

Navigation

Page 38 of 39

Il-Ħadd 20 ta' Diċembru 2015 | illum 39 li qed jagħmel isem għal pajjiżna Sports tal-futbol. Dan kollu seta' jsir grazzi għall-president ta' Qormi ta' dak iż-żmien, Redeno Apap li kien bħal missier għalija, kif ukoll ħabib kbir tiegħi, fiż-żmien li fih kont nilgħab ma' Qormi. Ilkoll nafu li Qormi bħalissa għaddejjin minn sitwazzjoni kemmxejn diffiċli. Taħseb li huma se jirnexxielhom jirkupraw minn din is-sitwazzjoni u jerġghu lura fejn tassew jixirqilhom? Għalkemm bħalissa Qormi għaddejjin minn sitwazzjini mhux feliċi, nemmen li huma jistgħu joħorġu minnha. Dan għaliex kull klabb jgħaddi minn sitwazzjoni simili għal dik tagħhom f 'xi perjodu jew ieħor fil-futbol. X'kien dak li wassal biex finalment int ħallejt lil Qormi u ngħaqadt ma' Balzan? Ingħaqadt ma' Balzan wara li ġejt ikkuntattjat mill-kowċ Oliver Spiteri u mill-president Anton Tagliaferro. Nemmen li dan huwa klabb b'ambizzjoni kbira u kif tista' tara, l-aħħar staġun kien wieħed ta' suċċess għalihom grazzi għal dawn iż-żewġ persuni li ħadmu qatigħ biex setgħu jittrasformaw lil dan il-klabb f 'dak li hu llum il-ġurnata. Ma domtx biex nissettilja ma' Balzan minħabba li l-atmosfera f 'dan il-klabb hija waħda fantastika. Inżid ngħid li l-plejers u l-coaching staff għenuni ħafna biex nissettilja fil-klabb. X'inhu l-għan ewlieni ta' Balzan għal matul dan l-istaġun? L-għan ta' Balzan huwa dak li niksbu post fl-Ewropa. Għadu kmieni wisq biex nitkellmu fuq ir-rebħ tal-Kampjonat iżda dan ma jfissirx li jekk insibu lilna nfusna lejn in-naħa ta' fuq tal-klassifika ma nisfidawx għar-rebħ tat-titlu finali. Jien konxju mill-fatt li t-trofew tal- Kampjonat ma ġietx magħmula għal xi klabb speċifiku, u għalhekk kollox jista' jkun! Xi jfisser għalik il-fatt li tilgħab bil- flokk tat-tim nazzjonali Malti? Li tilgħab għal Malta huwa privileġġ u ninsab ferm kuntent għal din l-opportunità li ngħatajt biex nikkontribwixxi għat-tim nazzjonali Malti. Se nkun qed ngħix dawn il- mumenti indimentikabbli fil-karriera tiegħi sakemm itulu! "Issa ilni ngħix Malta għal żmien konsiderevoli u nemmen li sirt nifhem ferm lill-Maltin kif ukoll lill-kulturà Maltija u għalhekk nikkunsidra lili nnifsi parti minnhom" Ritratti: Chris Mangion Twieled fid-29 ta' Novembru 1984 f 'Lagos fin-Niġerja. Għalkemm twieled in-Niġerja, għandu ċ-ċittadinanza Maltija u hu plejer imporanti tat-tim nazzjonali. Inġieb f 'Malta minn Floriana u lagħab ma' Kerċem Ajax, St Georges, Ħamrun Spartans, Marsaxlokk, Qormi, Valletta u Balzan. L-istaġun meta lagħab ma' Marsaxlokk kien wieħed mill-aqwa għalih, u spiċċa bħala l-aqwa skorer tal-Kampjonat. Fl-aħħar wirjiet tiegħu mat-tim nazzjonali, skorja gowl mill-isbaħ kontra l-Litwanja. Alfred Effiong

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 December 2015