Illum previous editions

ILLUM 20 December 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/618153

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 39

4 illum | Il-Ħadd 20 ta' Diċembru 2015 Tkompli minn paġna 1 SKONT il-proposti mressqin lill-Gvern mill-AX Holdings, il-vjaġġ bil-baħar bi tliet dgħajjes speċjalizzati b'investiment ta' Marsamxetto Steamferry Services, jieħu sa massimu ta' 25 minuta. Il- vjaġġ mill-Isla għall-Belt jieħu sa 10 minuti u mill-Belt għal Tas-Sliema jieħu sa kwarta. Il-proposti ta' Anġlu Xuereb, chairman ta' AX Holdings, kienu żvelati aktar kmieni din il-ġimgħa. Li huwa interessanti huwa kif dan l-istess proġett jinkorpora fih ukoll mina li tgħaddi taħt il-Belt Valletta. Din il-mina se jkollha dħul fil-Port ta' Marsamxett u dħul ieħor fin-naħa Ta' Liesse, lejn in-naħa tan-nofisnhar tal-Belt Valletta. Dan ifisser li l-vjaġġ se jkollu tliet waqfiet minn fejn il- passiġġieri jkunu jistgħu jieqfu, jiġifieri l-Isla, Lascaris (ħdejn ta' Liesse) fil-Belt, u finalment f 'Tas-Sliema. Dan il-proġett, skont l-istess proposti, għandu jwassal biex sa tliet snin minn meta tibda topera din is-sistema, ikun hemm użu li jaqbeż il-1.5 miljun passiġġier kull sena. Dan ifisser li dawn il- passiġġieri se jkunu qed ibiddlu l-vjaġġ tagħhom fuq l-art għal ieħor taħt il-baħar. Il-proġett huwa mistenni li jkun lest sas- sajf tas-sena 2017. Diġà saru l-verifiki mas- supretendent tal-wirt kulturali Skont il-proposti ta' Xuereb, diġà saru l-verifiki kollha neċessarji mas-supretendent tal-wirt kulturali biex ikun aċċertat li matul ir-rotta li s-sistema se tieħu taħt il-Belt kapitali, m'hemmx strutturi storiċi li l-istess supretendenza taf bihom u li se jkunu affetwtati. Il-proposta tgħid kif il-mina se tkun wiesa' seba' metri u titla' ħames metri 'l fuq mil-livell medju tal-baħar u tinżel 2.5 metru taħt il-livell medju tal-baħar. Apparti makkinarju apposta li se jkun qed jiminimizza l-problema ta' mewġ, is-sistema ta' ħruġ jew dħul mill-mina se jkun ikkontrollat b'sistema apposta minn kamra tal-kontroll. L-AX Holdings qabbdu esperti mill-kumpanija AIG, li kienet involuta fil-bini ta' mina fil-proġett kontra l-għargħar. Konrad Mizzi: Parti mir- riġenerazzjoni tal-Port F'kummenti mal-ILLUM il-Ministru għat-Trasport u Infrastruttura Konrad Mizzi kien pjuttost pożittiv dwar dan il-proġett li fakkar kif hu parti mill-pjanijiet tal-Gvern għar- riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir. Filwaqt li fakkar kif se tkun l-AX Holdings li tiffinanzja l-proġett u tassumi r-riskji marbutin mal-proġett, qal li l-Gvern se jkun qed jistabilixxi grupp ta' ħidma mal-AX Holdings biex jiġu stabbiliti l-passi li jmiss u jibdew il- proċessi ta' ppjanar. Mizzi qal li matul is-sena 2016 il-Gvern se jkun qed jaħdem fuq diversi Public Private Partnerships (PPP) f 'setturi differenti, speċjalment fejn jirrigwarda l-infrastruttura. Meta tkellem waqt l-iżvelar tal-proġett, il-Ministru għat- Trasport u Infrastruttura Joe Mizzi qal li b'dan il-proġett il-Gvern qed jonora wegħda elettorali oħra. Aħbarijiet 2123 4710 www.mita.gov.mt Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Contracts Management Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) CWNA – Certied Wireless Network Administrator – T121/15 Data ta' ħruġ: 15 ta' Diċembru 2015 / Data ta' għeluq: 15 ta' Jannar 2016 Operaturi Ekonomiċi li huma interessati sabiex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-oerti huma mħeġġa jattendu għall-workshops organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti s-Centre for Development Research and Training (CDRT), it-Telgħa ta' Sa Maison, il-Furjana. F'dawn il-workshops, Operaturi Ekonomiċi jkollhom l-opportunità li jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-oerti tagħhom onlajn. Iktar informazzjoni tinsab d-dokument tal-oerta. IL-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Sejħa għall- OFFERTI Mistennija aktar minn 1.5 miljun passiġġier kull sena Is-sistema proposta tat-trasport fuq il-baħar li tibda mill-Isla, tgħaddi minn taħt il-Belt u tasal sa Tas-Sliema

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 December 2015