Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/618153
22 illum | Il-Ħadd 20 ta' Diċembru 2015 Ittri L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt Bejn Liġi u Ġustizzja Michael Camilleri, Birkirkara L-irħama li hemm mal- faċċata tal-Qorti, bil-kliem 'Qorti tal-Ġustizzja', hija misinformattiva u tinkludi element aljenattiv. Qabel il-kunsiderazzjoni tal-ġustizzja, l-ewwel dover tal-Qorti Maltija huwa li tħares l-osservanza tal-liġi. Dan id-dover tosservah bl- akbar reqqa u lealtà lejn il- liġi miktuba, li mhux dejjem tkun taqbel mal-kriterji tal-ġustizzja. Għalhekk, fil-faċċati ta' Qrati Ingliżi, insibu kliem 'Court of Law' u mhux 'Court of Justice'. Din il-verità juriha ċara l-każ riċenti taż-żagħżugħ li fl-appell ġie liberat fuq żball fil-kitba tal-akkuża, wara li kien weħel il-ħabs meta ammetta li ttraffika d-droga ecstacy. Fl-akkuża, tniżżel żball fid-data tar-reat, li ta lok biex il-ġudikatura tiddikjara li l-akkużat ma wettaq ebda reat fid- data miktuba fl-akkuża. Għaldaqstant, illiberah mill- akkuża u mill-ħabs li kien weħel. Avolja ammetta li kien ħati, l-akkużat ġie meħlus mill-ħtija għax l-imħallef jiġġudika skont id-direzzjoni tal-liġi u mhux fuq ir-regoli naturali jew morali tal- ġustizzja. Irrispettivament mill-kriterji tal-ġustizzja, żgur li f 'sentenza tal- Qorti, il-liġi tiġi osservata strettament kif miktuba, sal- inqas virgola. Dan il-prinċipju huwa sagru għall-ġudikanti, u ilu jtebba' l-ġustizzja tal- istituzzjoni ġudizzjarja b'deċiżjonijiet inġusti kbar. Fl-istorja tal-qrati Maltin insibu episodji ferm iktar illoġiċi u inġusti minn dan tal-lum. Jispikka fosthom, kellna l-qtil tas-snin 50 f 'Wied iż-Żurrieq, dak iż-żmien, l-akkużat kien instab ħati unanimament mill-ġurati, u ngħata l-piena tal-mewt. Imma l-akkużat kien iddikjarat mhux ħati u ngħata l-libertà sħiħa mill- Qorti tal-Appell, li nnotat żball tekniku fl-indirizz, li l-imħallef tal-ġuri għamel lill-ġurati li sabu lill-akkużat ħati. Jiġifieri kelma żbaljata fl-indirizz ta' mħallef swiet bidla daqstant drastika u inġusta f 'sentenza delikata u segwita b'attenzjoni mis- soċjetà kollha. Ovvjament li kienet ħalliet impatt mill- aktar negattiv fuq il-qrati mal-popolazzjoni Maltija in ġenerali. Għalkemm dan il-każ estrem ta' inġustizzja legali kien intesa, l-episodju riċenti u oħrajn li spiss seħħew qablu, ifakkruna li l-proċeduri u s-sistema ġudizzjarja għadhom vulnerabbli għal dawn l-inġustizzji, li min jaf kemm jitwettqu spiss bħalihom fuq skali diversi, f 'każi ċivili u kriminali, u kummerċjali. Meta se tinbidel din is-sistema ġudizzjarja legalment korretta, li qiegħda tagħti lok għal ħafna inġustizzji? Riforma ta' din il-proċedura jew prattika naraha ferm iżjed urġenti mill-bidliet li qed ikunu introdotti bħalissa fil- proċeduri ġudizzjarji.