Illum previous editions

ILLUM 20 December 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/618153

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 39

Il-Ħadd 20 ta' Diċembru 2015 | illum 31 SportSillum minn Cristian Antony Muscat St Andrews ............... 0 Floriana .................... 5 Floriana umiljaw lil St andrews meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 5-0. Huma fetħu l-iskor fit- 32 minuta meta Matteo Piciollo għadda tajjeb lejn Mario Fontanella li tefa' kross fil-baxx lejn Maurico Villa li minn taħt il-lasta tefa' ġewwa. Ħames minuti wara, l-Greens resqu viċin li jirduppjaw l-iskor meta xutt minn barra l-kaxxa tal-attakkant prolifiku Taljan Matteo Piciollo ġie mdawwar f 'corner bi bravura mill-goalkeeper ta' St Andrews, Dorian Bugeja. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Greens komplew fejn ħallew fl-ewwel taqsima, u fis-47 minuta Mario Fontanella xeħet cross perfett lejn Matteo Piciollo li mill-viċin ra t-tentattiv tiegħu jintemm ftit barra. Fit-53 minuta huma rduppjaw l-iskor meta minn cross ta' Steve Pisani, id-difensur ta' St Andrews, Christopher Edafe Uzeh, fit-tentattiv li jikklerja l-ballun 'il bogħod minn kull periklu, tefa' fil-lasta tiegħu stess biex b'hekk irriżulta auto-goal sfortunat. Tliet minuti wara, il- Greens għamluhom tlieta meta Mauricio Villa għadda l-ballun lejn Matteo Piciollo li minn qagħda angolata tefa' l-ballun wara l-goalkeeper ta' St Andrews, Dorian Bugeja. Fit-58 minuta huma skorjaw ir-raba' gowl permezz ta' xutt tajjeb mill-viċin ta' Mauricio Villa. Fit-82 minuta, Floriana rebħu penalty meta l-goalkeeper ta' St Andrews, Dorian Bugeja waqqa' lil Mario Fontanella fil-kaxxa. Mill-11-il metru inkariga ruħu l-istess attakkant Taljan li ma żbaljax, hekk kif tefa' fir-rokna tax-xibka. St Andrews - Bugeja, Ghio, Edu Nkene (Sehitaj 85'), Edafe Uzeh, Moodley, Camilleri, Guillaumier, Grima (Sammut 68'), Farrugia, Nwoko, Walker (Williams 35') Floriana - Calleja Cremona, Pepe, Pisani (Cabral 59'), Villa (Scicluna 69'), Clyde Borg, Scozzese, Piciollo, Bonnici, Briffa, Chiesa (Aboulezz 64'), Fontanella Referi - Esther Azzopardi MATTEO PICIOLLO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fil-15 ta' Ottubru 1992 fl-Italja Qed ikollu staġun mill-aqwa ma' Floriana Qabel ingħaqad ma' Floriana, huwa lagħab ma' AS Ostiamare, Civitavecchia, Salernitana u Atletico Roma Jugend fl-Italja Floriana jumiljaw lil St Andrews Ritratt - Ray Attard Mario Fontanella qabel twaqqa' mill-goalkeeper żagħżugħ ta' 17 -il sena ta' St Andrews, Dorian Bugeja, biex rebaħ penalty fit-82 minuta, li minnu l-istess attakkant Taljan ma żbaljax Ritratt - Jane Farrugia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 December 2015