Illum previous editions

ILLUM 20 December 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/618153

Contents of this Issue

Navigation

Page 36 of 39

Il-Ħadd 20 ta' Diċembru 2015 | illum 37 Illum, l-Assoċjazzjoni Sport muturi u Karozzi, se tkun qed torganizza attività speċjali li ssir dejjem fi żmien il-milied. Bħal snin preċedenti, l-attività tiġi mtella' biex jinġabru fondi għall-karità. F'din it-22 edizzjoni ta' din l-attività fil-programm, sejrin naraw is-sezzjoni Autocross bil-ħames attività tal-Kampjonat ASmK-Pasta Poiatti, is- sezzjoni motocross li se tkun qed ittella' t-tieni attività mill-Kampjonat u l-programm tal-ġurnata mistenni jispiċċa bid- Demolition Derby li tibda għall-ħabta tat-3:30pm. Il-programm jibda fl- 10:30am. Xi ħaġa interessanti għall-pubbliku preżenti f 'din l-edizzjoni se jkunu l-Autocross Rides. Fl- edizzjoni tas-sena li għaddiet, din l-attività kienet ġiet organizzata u kien hemm domanda qawwija għal din l-esperjenza li tirkeb f 'karozza tal-Autocross madwar il-korsa tal-ASMK. Illum, se jkun hemm numru ta' karozzi Autocross armati bit-tieni seat. Din id-darba se jkun hemm numru ta' karozzi Autocross fuq l-istart line biex min jixtieq jirkeb f 'waħda minn dawn il-karozzi jkun jista' jagħmel dan permezz ta' donazzjoni ta' €5, bil-fondi kollha jmorru għall-karità. Għal min jixtieq ukoll, se jkun hemm ukoll karozza fit-trakka 'stand-by' biex min jixtieq ikollu esperjenza jista' jsuqha personalment, billi jagħti donazzjoni li wkoll se tkun qed tmur għall-karità. L-ASMK xtaqet tirringrazzja b'mod speċjali tmur lejn is-sewwieqa kollha li se jkunu disponibbli għal din l-inizjattiva speċjalment iż-'Żanu Racing Team', li se jipprovdu l-karozza biex wieħed ikun jista' jkollu l-esperjenza personali fl- Autocross. Intant, illum ukoll ikompli l-Kampjonat Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2014/15, fejn fil-Klassifika Nazzjonali tal-Autocross wara erba' attivitajiet, insibu lil Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo b'89 punt segwit minn Philip Joe Vella fuq Opel Corsa bi 82 punt. Fit-tielet post insibu lil Malcolm Borg fuq Opel Corsa b'74 punt, segwit fir- raba' post minn Christian Apap fuq Ford Fiesta b'64 punt. Fil-ħames u s-sitt post, insibu lil Josef Abela fuq Opel Nova b'57 punt u Noel Zammit fuq Fiat Punto b'56 punt. Il-Klassifika Nazzjonali tal-Motocross issa hija miftuħa, u wara l-ewwel attività nsibu lil Clayton Camilleri fuq KTM jieħu l-ewwel 50 punt għal Klassi A segwit minn ħuh Kyle Camilleri fuq KTM b'44 punt u fit-tielet post insibu lil Edward Ciantar fuq Kawasaki bi 42 punt Fi Klassi B insibu lis- sewwieq Għawdxi Mario Cauchi fuq Honda li jinsab fuq quddiem tal-klassifika b'50 punt segwit minn Elvin Debono fuq Kawasaki b'44 punt. Fit-tielet post insibu lil Jorn Stellini fuq Kawasaki b'40 punt Intant, l-ASMK, ippubblikat il-kalendarju bid-dati tas-sena d-dieħla u diġà jinsab fuq is-sit elettroniku li fuqu wieħed jista' jsib kwalunkwe informazzjoni tal-Għaqda. Is-sit elettroniku tal- Assoċjazzjoni, www.asmk. org.mt, jew inkella l-paġna uffiċjali ta' Facebook, A.S.M.K. Malta. Sports Illum issir id-Demolition Derby 2015 Azzjoni mid-Demolition Derby tas-sena li għaddiet Malta ttemm l-2015 fil-162 post fir-Rankings uffiċjali tal-FIFA HuwA fatt magħruf li r-rankings uffiċjali tal-FIFA, mhux dejjem jagħtu stampa ċara ta' verament x'ikunu l-wirjiet fil-grawnd u r-riżultati miksuba mit-timijiet nazzjonali rispettivi. madankollu, m'hemmx dubju li xi indikazzjoni partikolari, dawn jagħtu. Rimarkabbli, huwa l-fatt li t-tim nazzjonali malti temm is-sena 2015 fil-pożizzjoni ferm diżappuntanti tal-162 post, u b'hekk niżel erba' postijiet mix-xahar ta' Novembru, wara li fl- istess xahar sofra telfa ta' 2-0 f 'logħba ta' ħbiberija kontra l-Ġordan, li ntlagħbet fil-belt Torka, Istanbul. Il-wirjiet tat-tim nazzjonali Malti, matul din is-sena kienu kollox ma' kollox sodisfaċenti, speċjalment meta wieħed iqis it-timijiet nazzjonali ta' livell u klassi mondjali li huma affrontaw, fosthom l-Italja, il-Kroazja u d-Danimarka. Iżda, sfortunatament, għalkemm it-telfiet li sofra t-tim nazzjonali Malti, kienu ferm minimi, ir-riżultati baqgħu ma waslux u Malta kisbet biss żewġ punti fil- Grupp ta' Kwalifikazzjoni (Grupp H), għall- Kampjonati Ewropej, li se jsiru f 'Pariġi, bejn l-10 ta' Ġunju u l-10 ta' Lulju tas- sena d-dieħla. Dan hekk kif il-Maltin temmew fil-qiegħ ta' dan il-grupp, biż-żewg punti li huma kisbu f 'żewġ draws kontra l-Bulgarija barra minn darna f 'Sofia, u kontra l-Azerbajġan, fl-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali. Madankollu, kollox ma' kollox, jidher li l-amministrazzjoni tal- MFA tinsab kuntenta bit- tmexxija ta' Pietro Ghedin bħala kowċ nazzjonali, u kollox jiddependi minn dan il-kowċ Taljan jekk jibqax fit-tmun tat-tim nazzjonali Malti, hekk kif il-kuntratt tiegħu jintemmlu matul dan ix-xahar. Iżda, biex immorru lura għall-argument tar- rankings uffiċjali tal-FIFA, Malta għadha tinsab fir- raba' post mill-aħħar f 'dak li għandu x'jaqsam ma' pajjiżi Ewropej. Eżatt qabel Malta, jinsabu l-Maċedonja fil-136 post, u l-Moldova li tinsab fil-155 post. Liechtenstein tinsab biss żewġ postijiet wara Malta fil-164 post, imbagħad hemm San Marino li tinsab fil-198 post u fl-aħħar tal- gradwatorja tinsab Andorra b'201 punti. Matul is-sena d-dieħla, Malta mistennija tilgħab logħba ta' ħbiberija jew tnejn f 'Marzu, logħba ta' ħbiberija oħra jew tnejn f 'Mejju, u logħba ta' ħbiberija oħra f 'Awwissu. Dan qabel mat-tim nazzjonali Malti ikun involut fl-ewwel logħba ta' kwalifikazzjoni għat- Tazza tad-Dinja tal-2018, kontra l-Iskozja nhar l-4 ta' Settembru. It-tim nazzjonali Malti li affronta lill-Ġordan f 'logħba ta' ħbiberija f 'Novembru li għadda, u tilef bl-iskor ta' 2-0

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 December 2015