Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/618153
Il-Ħadd 20 ta' Diċembru 2015 | illum 25 TELEVIXIN Ikel Ingredjenti: Għall-cupcakes: 175ml mulled wine (homemade jew • mixtri lest) 90g butir • 200g zokkor ismar • 50g zokkor • Bajda sħiħa u isfar ta' bajda • 1tsp essenza jew meraq tal-larinġ • ½tsp bicarbonate of soda • ½tsp baking powder • ¼tsp melħ • ½tsp trab tal-kannella • 50g kokkodina • 140g dqiq • Għall-krema: 50g butir bla melħ • meraq u qoxra ta' nofs larinġa • ¼tsp trab tal-kannella • 175g icing sugar • 125g ġobon mascarpone • Metodu: Fi skutella kbira, ħabbat flimkien 1. il-butir, iz-zokkor ismar u z-zokkor sakemm jiċċaraw fil-kulur. Żid il-bajda u l-isfar ta' bajda u 2. ħawwad sew. Imbagħad żid il-mulled wine u 3. l-essenza jew meraq tal-larinġ u ħabbat sakemm kollox ikun tħawwad sew. Qassam it-taħlita fi 12 il-karta tal- 4. cupcakes li tkun preparajt, u aħmi għal madwar 20 minuta f 'forn imsaħħan minn qabel f 'temperatura ta' 160˚C. Għall-krema: Poġġi l-butir, it-trab tal- 5. kannella, il-meraq u l-qoxra tal-larinġ, u nofs l-icing sugar fi skutella u ħabbat fuq veloċità baxxa, sakemm kollox jitħallat sew. Żid il-bqija tal-icing sugar u ħawwad 6. sew. Itfa' wkoll il-ġobon mascarpone u 7. kompli ħabbat sew, b'veloċità iktar qawwija għal madwar 30 sekonda. Attent li ma tħabbatx iżżejjed. Kessaħ il-krema sakemm tkun lest 8. biex tużaha. Meta jkunu kesħu l-cupcakes, iksi kull 9. waħda bi ftit mill-krema. Parir: Iddekora b'xi ħaġa tal-Milied jew agħmel dawn l-għeneb biz-zokkor billi tbill kull għenba fi ftit abjad tal- bajd u rembel fiz-zokkor. Ħallihom joqogħdu ftit biex jinxfu qabel tpoġġihom fuq il-cupcakes. Cupcakes tal-Mulled Wine Se jinżlulek għasel żgur minn Veronica Lynn Mizzi Ingredjenti 380g dqid plain • 1tsp. baking powder • 225g butir • 1 cup sugar • 1 bajda mdaqqsa • 1 tsp. essenza tal-vanilla • Metodu: Fi skutella, ħallat flimkien id-dqiq 1. u l-baking powder. Fi skutella separata, ħabbat 2. flimkien il-butir u z-zokkor. Meta jitħallat kollox sew, żid il-bajda. Kompli ħawwad u ixħet il-vanilla. Ftit ftit żid it-taħlita tad-dqiq, 3. kikkra kikkra. Kompli ħawwad sakemm l-għaġina tibda' tgħaqad u tifforma f 'ballun. Iġbor it-taħlita kollha u għaġen 4. b'idejk sakemm tkun lixxa. Agħmilha ballun u poġġibha fil-plastik u tistrieħ fil-friġġ għal minn tal-inqas nofsiegħa. Trid tkun soda imma mhux iebsa. Jekk tkun ibbieset wisq, ħalliha barra sakemm tirtab ftit. Iftaħ l-għaġina bil-lembuba għal 5. ħxuna ta' mhux iktar minn 1cm. Attent li ma tiftaħx l-għaġina rqiqa wisq. Aqta' fi ċrieki jew forom tal- 6. Milied, u poġġihom f 'dix b'karta strazza. Aħmi f 'forn imsaħħan qabel minn 7. qabel, f 'temperatura ta' 180˚C għal madwar 7-11-il minuta, skont il-ħxuna tal-gallettini. Żejjen bir-royal icing jew biċ- 8. ċikkulata. Gallettini tal-Milied