Illum previous editions

ILLUM 20 December 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/618153

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 39

34 illum Il-Ħadd 20 ta' Diċembru 2015 Norwich city xxukkjaw lil Manchester United, meta barra minn darhim f 'old Trafford għelbuhom bl-iskor ta' 2-1, biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn cameron Jerome u Alexander Tettey fit-38 u fil-55 minuta rispettivament. Min-naħa l-oħra l-gowl waħdieni għar-Red Devils wasal minn Anthony Martial fis-67 minuta. M'hemmx dubju li din it- telfa xejn mistennija poġġiet f 'dell ikrah ix-xogħol tal- kowċ Olandiż Louis van Gaal fejn fis-sigħat jew jiem li ġejjin hemm ċans kbir li dan jitneħħa mit-tmun tar- Red Devils bħala kowċ. Rimarkabbli huwa l-fatt li Norwich City kienu ilhom ma jegħlbu lir-Red Devils għal xejn inqas minn 26 sena, meta l-aħħar li għelbuhom kien propju fl-1989. Fl-ewwel logħba mingħajr l-Ispecial One Josè Mourinho bħala kowc, Chelsea ġewwa darhom fi Stamfrd Bridge għelbu lil Sunderland bl-iskor ta' 3-1, bil-gowls għalihom jaslu minn Branislav Ivanovic, Pedro Rodriguez u penalty tal-Brażiljan Oscar. Min- naħa l-oħra l-gowl uniku għal Sunderland wasal minn Fabio Borini fit-53 minuta. Leicester City komplew jimpressjonaw bil-kbir matul dan l-istaġun u issa fetħu vantaġġ ta' ħames punti, fuq it-tim li jinsab fit-tieni post, Arsenal, meta lbieraħ barra minn darhom f 'Goodison Park kisbu rebħa tajba ta' 3-2 kontra Everton. B'hekk huma komplew jikkonsolidaw posthom fil-quċċata tal- klassifika tal-Kampjonat Barclays Premier fl- Ingilterra. Il-gowls għalihom waslu minn doppjetta tas-solitu Riyad Mahrez, biż-żewġ gowls li huma jaslu minn penalty, bil-gowl l-ieħor għall-Foxes jasal minn Shinji Okazaki. Min- naħa l-oħra ż-żewġ gowls għal Everton waslu minn Romelu Lukaku u Kevin Mirallas. Rebħa tajba oħra waslet mill-iSpurs ta' Tottenham Hotspur, meta barra minn darhom għelbu lil Southampton bl-iskor ta' 2-0, biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Harry Kane u Dele Alli. AFC Bournemouth komplew bis-serje ta' riżultati pożittivi meta barra minn darhom għelbu l-isfida ta' WBA bl-iskor ta' 2-1, biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Adam Smith u minn penalty ta' Charlie Daniels. Min-naħa l-oħra, il-gowl uniku għal WBA wasal minn Gareth McAuley fid-79 minuta. Tajjeb ngħidu li dawn tal- aħħar spiċċaw il-konfront jilagħbu b'disa' plejers meta tkeċċew għalihom iż-żewġ plejers James McClean u Jose Salomon Rondon. Bl-istess skor intemm il-konfront bejn Stoke City u Crystal Palace, b'dawn tal-aħħar ikunu huma li joħorġu rebbieħa, bil-gowls għalihom jaslu minn penalty ta' Connor Wickham u gowl ta' Chung- Yong Lee, waqt li l-gowl waħdieni għal Stoke City wasal minn penalty ta' Bojan Krkic, li ġab id-draw momentarju għalihom fis- 76 minuta. Sports RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier FIXTURES Is-Sibt 19 ta' Diċembru Chelsea vs Sunderland 3-1 Everton vs Leicester C. 2-3 Manchester U. vs Norwich C. 1-2 Southampton vs Tottenham H. 0-2 Stoke C. vs Crystal P. 1-2 WBA vs AFC Bournemouth 1-2 Il-Ħadd 20 ta' Diċembru 14:30 Watford vs Liverpool 17:00 Swansea C. vs West Ham U. It-Tnejn 21 ta' Diċembru 21:00 Arsenal vs Manchester C. Kampjonat Serie A TIM Fixtures Il-Ħadd 20 ta' Diċembru 12:30 Carpi vs Juventus 15:00 Atalanta vs Napoli 15:00 Fiorentina vs Chievo V. 15:00 Hellas Verona vs Sassuolo 15:00 Roma vs Genoa 18:00 Frosinine vs AC Milan 18:00 Sampdotia vs Palermo 18:00 Torino vs Udinese 20:45 Inter vs Lazio Norwich City jixxukkjaw lil Manchester United f 'Old Trafford u jegħlbuhom wara 26 sena Il-plejers ta' Manchester United, Rooney u Carrick, jidhru diżappuntati waqt it-telfa kontra Norwich Branislav Ivanovic jiċċelebra wara li skurja l-ewwel gowl tiegħu għal Chelsea matul dan l-istaġun

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 December 2015