Illum previous editions

ILLUM 20 December 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/618153

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 39

Il-Ħadd 20 ta' Diċembru 2015 | illum 9 Aħbarijiet Ivvota għall-personalità tas-sena 2015 fuq l-illum.com.mt L-erba' personalitajiet tas-sena nominati minn l-ILLUM minn Albert Gauci Cunningham Il-gazzetta IllUM innominat erba' persuni li temmen li b'xi mod jew ieħor taw kontribut qawwi lis-soċjetà Maltija matul is-sena 2015. l-IllUM qed tistieden lill-qarrejja kollha tagħha biex jidħlu fuq is-sit illum.com.mt u jagħżlu huma min jaħsbu li jimmeritah it-titlu tal- personalità tas-sena tal- IllUM. L-Arċisqof Charles J. Scicluna – Knisja aktar relevanti Destiny Chukunyere – L-isbuħija tat-talent u tad-diversità Bjorn Formosa – Karità vera...ġenerożità bla qies Probabbilment, l-aktar persuna kontroversjali mill-erbgħa nominati tal- ILLUM. Tista' ma taqbilx mal-argument li jagħmel, u tista' wkoll ma taqbilx mal-mod kif l-istess Scicluna jressaq l-argumenti tiegħu. Tista' tgħid, kif kien fil-fatt akkużat diġà li qed ikun politiku wisq jew li b'dak li qed jgħid, jista' qed jogħġob wisq lill-Oppożizzjoni. Allura għalfejn innominajna lill- Arċisqof Scicluna? L-ILLUM jidhrilha li l-Arċisqof preżenti, li nħatar aktar kmieni din is-sena, ħalla effett pożittiv fis-soċjetà, fis-sens li reġa' ta rilevanza lill- Knisja Maltija li kienet, għadha u tibqa' komponent ewlieni u importanti fis- soċjetà Maltija. Wara snin li matulhom l-istess Knisja Kattolika kienet akkużata li tilfet ir-relevanza u l-vuċi tagħha għax kienet totalment assenti mid-dibattitu pubbliku, Scicluna, fi ftit xhur reġa' taha l-viżibbiltà li tant kellha bżonn. Dan għamlu billi ħa pożizzjoni ċara dwar diversi temi, anke jekk seta' tilef il-popolarità tiegħu ma' setturi differenti tal-poplu. Matul l-2015 Scicluna ħa pożizzjoni ċara kontra l-kaċċa fir-Rebbiegħa, kontra l-bini fuq art barra ż-żona tal-iżvilupp u kontra l-vilifikazzjoni reliġjuża. Ħa pożizzjoni kontra l-iżvilupp fl-Armier, kontra l-IIP kif ukoll kontra l-proposti li qed isiru dwar l-iffriżar tal-embrijuni. Naturalment dan ġab reazzjonijiet minn diversi nies li setgħu ma qablux ma' Scicluna, kif wara kollox jiġri f 'demokrazija b'saħħitha. In-nomina tal-ILLUM mhix dwar kemm kellu, jew għandu raġun l-Arċisqof imma dwar il-fatt li minflok statwetta ġo vetrina, il- Knisja llum ma baqgħetx spettatur iżda saret protagonist. "Sal-aħħar nifs nibqa' miegħek Bjorn", hekk kienu kliem omm Bjorn Formosa fuq il-programm Xarabank ftit żmien ilu. Bjorn huwa t-tieni persuna li l-ILLUM tixtieq tinnomina bħala l-personalità tas-sena. Bjorn mhux raġel kontroversjali u sa ftit żmien ilu ftit kienu jafu bih. Imma llum, Bjorn sar simbolu tal- isbaħ forma ta' ġenerożità, għaliex qed jagħti mill-aħħar żmien ta' ħajtu biex iqajjem aktar għarfien dwar marda kiefra li sa ftit żmien ilu bilkemm kellna idea ta' xi tfisser eżattament. Bjorn, fil-vera sens tal-kelma, qed jagħti l-ħafna mill-ftit li fadallu, lil pajjiżu, lil dawk kollha madwaru u lil dawk li qed isofru fis-silenzju. Bjorn qiegħed jaħdem kemm jiflaħ, anke jekk saħħtu marret lura f 'dawn il-ġimgħat, biex iqajjem aktar kuxjenza dwar l-Amyotrophic Lateral Sclerosis (ALS) li tattakka s-sistema ta' nervituri fil-moħħ u l-ispina, hija kronika u ħafna drabi twassal għall- mewt. Fl-aħħar Jum ir-Repubblika, Formosa kien saħansitra ppreżentat bil- Midalja ta' Ġieħ ir-Repubblika bħala wirja ta' rikonoxximent mill-Istat għax- xogħol siewi li qed jagħmel u għall-altruwiżmu qawwi li qed juri. Karl Izzo, forsi mhux magħruf ħafna fost dawk li ma jsegwux l-isports lokali speċjalment il- waterpolo, imma matul din is-sena, grazzi għall- ħidma tiegħu bħala kowċ mexxa lit-Tim Nazzjonali tal-Waterpolo għal kwalifikazzjoni storika għall- Kampjonati Ewropej tal- Waterpolo, li se jsiru f 'Jannar li ġej fis-Serbja. F'dawn l-aħħar snin ġie vvutat bħala l-Kowċ tas- Sena fl-Għażliet Sportivi Nazzjonali (Malta Sports Awards) waqt li ngħata rikonoxximent ferm prestiġjuż fil-MOC Sports Awards organizzati mill- Kumitat Olimpiku Malti. Fuq nett tal-aġenda tiegħu nsibu l-inklużjoni ta' plejers żgħażagħ. Destiny rebħet il-Junior Eurovision, imma l-ILLUM innominata għal raġunijiet li jmorru lil hinn ukoll. Minkejja li leħinha huwa qawwi u b'saħħtu ħafna, b'bosta jfakkarhom fil-kantanta soul Aretha Franklin, Destiny ħalliet impatt ħafna ikbar minn hekk. Fil-fatt, ir-rebħa ta' Destiny li ġabet magħha tbissima, urietna kemm hu sabiħ li f 'dan il-pajjiż niġġudikaw lill-persuna mhux fuq il-kulur, imma fuq il-karattru. It- talent ta' Destiny ifakkarna li bħala poplu għandna nagħtu ċans lil kull persuna, biex turi dak li hija kapaċi fih. Sfortunatament, mhux kulħadd kellu ċ-ċans ta' Destiny u r-rebħa tagħha u l-mod pożittiv li bih il-poplu Malti laqagħha għandu jkun il-mod ġdid li bih nilqgħu lil persuni barranin jew ta' karnaġġjon differenti. Kliem id-diska li kantat Destiny, huma minnhom infushom qawwijin ħafna hekk kif jappellaw biex in- nies jemmnu fihom infushom u f 'dak li kapaċi jwettqu f 'ħajjithom. Għalhekk, kif kantat ir-rebbieħa Maltija tistgħu teħduli r-ritmu u d-deheb imma ma tistax tieħduli ruħi. Karl Izzo – Wassal lit-tim Nazzjonali tal-Waterpolo fil-Kampjonati Ewropej

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 December 2015