Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/618153
Il-Ħadd 20 ta' Diċembru 2015 | illum 13 Għawdex tal-Maya għall-gżira ta' Calypso Il-ħidma ta' Dun Anton fil-Gwatemala, jew kif isejħilha hu: GWATEMALTA Dun Anton Grech, hu missjunarju Għawdxi li issa ilu għal aktar minn għoxrin sena jwettaq ħidma missjunarja fil-Gwatemala. Dun Anton hu kappillan ta' parroċċa kbira li tħaddan fiha għadd sabiħ ta' rħula mifruxin fir-reġjun ta' Izabal, qrib il- kosta Atlantika. Hemmħekk ħoloq diversi proġetti sostenibbli li qegħdin jissarfu f 'ġid għall-kommunitajiet li fihom iwettaq il-ħidma pastorali tiegħu li tinkludi l-bini ta' knejjes u ta' ċentri komunali, skola kulleġġ, fishfarms li qegħdin jipprovdu mhux biss impjieg, iżda anke ikel sustanzjuż u differenti minn dak ta' kuljum, kif ukoll arena mdaqqsa li fiha jigu organizzati kompetizzjonijiet tal-futbol u dixxiplini oħra sportivi flimkien ma' serati mużiko kulturali. Iġġib l-isem ta' 'GwateMalta' arena għaliex inbniet bis-sostenn ta' bosta ħbieb li Dun Anton għandu f 'Malta u f 'Għawdex. għandu wisq armi għad- diżpożizzjoni tiegħu, iżda Estuardo qalli li fix-xogħol tiegħu m'għandux problemi ma' kriminali. Qalli wkoll li dawn it-tliet xhur ħass ħafna n-nuqqas ta' bintu u martu, "iżda l-familja tiegħi għenitni ħafna biex nieħu din l-esperjenza u lil marti u binti nkellimhom kuljum permezz ta' Skype." Mart Estuardo, Abigail qed tistudja għal avukat, iżda hu għandu xewqa li jiġi bil- familja jgħix Għawdex, "għax Għawdex hawn ħajja komda u trankwilla, bi ftit traffiku u ħafna kampanja. Għawdex inqisu bħala pajjiżi." Il-fatt hu li Dun Anton żgur mhux se jieħu gost jekk Estuardo jiġi jgħix Għawdex għax hu bagħtu biex jirbaħ l-esperjenza u jużaha hemmhekk u mhux biex jitlaqlu. Anke dawn il-granet tal- Milied mistennija jissarfu f 'esperjenża sabiħa. Jista' jkun li aħna drajna naraw it-tiżjin u l-presepji waqt li nisimgħu l-għanjiet tal- Milied. Estuardo gej minn kultura oħra fejn il-Milied jigi ċċelebrat mingħajr il- kwantitajiet ta' dwal tal-festa, ikliet li ma jispiċċaw qatt, u kunċerti ta' livell. Estuardo qalli li l-aktar ħaġa li laqtitu huma l-korijiet. Iż-żmien itir u f 'anqas minn xahar, Estuardo Franco se jkollu jħallina. Sadanittant, Estuardo xtaq li jwassal messaġġ lill- poplu Malti u Għawdxi biex permezz tal-familja ta' Dun Anton u persuni oħra bħall- Professur Agius u oħrajn, jinġabru madwar €100,000 biex ikun jista' jitwaqqaf l-istazzjon televiżiv fil- Gwatemala. Qabel sellimtlu sab ħin jgħidli xi kliem li tgħallem bil-Malti...IWA... SEWWA....U MELA.... GRAZZI ĦAFNA. "Nixtieq niġi ngħix Għawdex mal-familja għax inqisu pajjiżi" "Għandna bżonn l-għajnuna tal-Maltin u Għawdxin biex nibnu stazzjon televiżiv fil- Gwatemala" Estuardo qatt ma kien ra u esperjenza barra, l-Alpi affaxinawh Alvin u l-missjunarju Għawdxi Dun Anton Grech, it-tnejn li taw esperjenza mill-isbaħ lil Estuardo