Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/618153
Il-Ħadd 20 ta' Diċembru 2015 | illum 11 Feature Feature Il-familja fil-qofol tal-Milied.... u Polly trid issir nanna ILMILIED iġib miegħu l-ikel, ix-xorb, it- tbaħrid, il-ħruġ, l-infiq u ċ-ċelebrazzjonijiet. Imma aktar minn dan kollu, il-Milied jibqa' dejjem perjodu ta' zmien li matulu niċċelebraw is-sbuħija tal-familja, u b'familja rridu nirreferu u ninkludu kull tip ta' familja. L-ILLUM staqsa lil numru ta' personalitajiet Maltin, magħrufin żgur mal-qarrejja tal-ILLUM, dwar dak li jkunu l-aktar qed jistennew bil-ħerqa f 'Jum il-Milied u jekk hemmx xi rigali partikolari li jixtiequ jirċievu. Mhux b'kumbinazzjoni, kollha kemm huma semmew il-familja bħala l-qofol tal- Milied tagħhom. Unika dwar ir-rigal li tixtieq tirċievi, kienet Pauline Fenech li tagħmel il- parti ta' Polly fis-serje 'Strada Stretta' u li qalet li għal dan il-Milied tixtieq issir nanna. Pauline Fenech, attriċi fis-serje Strada Stretta Jean Claude Micallef, preżentatur fuq NET TV Dinah Lee Seguna, ġurnalista ma' ONE Bħala regola, fil-Milied dejjem niltaqgħu kollha d-dar tal-mamà u niċċelebraw il-Milied flimkien hemmhekk. Din hija tradizzjoni li verament inkun qed nistenna. Rigali? Ma tantx inkun qed nistenna rigali....l-aktar forsi li nsir nanna. In-Nanna Polly tkun tal- ġenn. "Għal Jum il-Milied inkun qed nistenna l-ħin tal-mistrieħ wara ikla tajba mal-għeżież tiegħi. Dan il-jum ikun wieħed mill-mumenti fejn napprezza s-silenzju u t-trankwilità assoluta. Rigward rigal sabiħ, jien naħseb li dan jiġi f 'diversi modi, però nixtieq li nirċievi aktar paċenzja u saħħa biex naffronta s-sena l-ġdida. L-aktar importanti għalija huwa li nkun ma' nies li huma għal qalbi, anke jekk dakinhar inkun xogħol. Imma li nqum filgħodu u ngħidilhom Happy Christmas, dik tfisser ħafna. Dwar rigali naħseb inkun qed nigdeb jekk ngħid li ma rrid xejn. Nixtieq xi ħaġa tal-ħwejjeg jew nuċċali tal-vista tal- Michael Kors. Ramona Portelli, artikolista f 'diversi ġurnali Quinton Scerri, Preżentatur tal-programm Skjetti Bla dubju ta' xejn l-għaqda tal-familja hija l-aktar ħaġa li nkun qed nistenna bil- ħerqa. Inkunu ilna sena sħiħa għaddejjin b'ħajja mgħaġġla u dakinhar tal-Milied, donnu d-dinja tkun aktar kalma u nsibu aktar ħin għal ma' xulxin. Fil-fatt, inqatta' l-ġurnata tal-Milied mal-familjari tiegħi. Rigward rigali, pjuttost sirt nagħti jiena milli naqla. Iż-żmien li naqla rigali għadda, għalkemm għadni naqla xi wieħed 'l hawn u 'l hemm, u biex inkun onesta, ma niddejjaqx. Imma li nagħti rigal speċjali lin-neputija tiegħi sar aktar prijorità f 'ħajti u nara l-ferħ u entużjażmu li jkollha. Ma jonqsux xi rigali oħra lil xi persuni qrib tiegħi Bħal ħafna oħrajn, nhar il-Milied inkun qiegħed nistenna l-ikla tal-Milied mal-familja, fejn jingħaqdu magħna z-zijiet u l-kuġini li sfortunatament mhux li niltaqgħu daqshekk frekwenti matul is-sena. L-ikel inħobbu ħafna, u ommi flimkien maz-zijiet jibrillaw fit-tisjir allura nkun fil-ġenna tal-art. Illum sirna nkunu ħafna iktar nies, bit-tfal u neputijiet u allura l-istorbju, ir-rigali u kelma 'l hawn u 'l hinn jagħmilha ġurnata li nistenna ta' kull sena. Mingħajr ma nkun daqshekk drammatiku fil-ħsieb tiegħi, però sinċerament inħoss li l-imħabba, l-ħbiberija u s-saħħa, huma tliet karatteristiċi li meta msawwar fihom, jagħmluni kuntent ħafna. Iżda bħal kulħadd, rigal ma ngħidlux le, speċjalment jekk tkun xi ħaġa teknoloġika!