Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/618153
M in webbel lill- Arċisqof Charles Scicluna biex jibda jikkummenta bit-twitter feed tiegħu, daħħlu fl-inkwiet. Ħafna nies akkużaw lil Scicluna li qed jiżżattat fil-politika. Saħansitra kien hemm dawk li akkużawh li qed iġib ruħu daqslikieku kien viċi kap tal-Partit Nazzjonalista. L-argument kien diskuss fil-programm TimesTalk (TVM). Ħafna drabi ssikkat u b'dahru mal-ħajt, l-Arċisqof deher irritat u anki aggressiv. Iżda baqa' jsostni l-pożizzjoni li hu mhux lest li jagħlaq ħalqu u jingħalaq fis-sagristija. Scicluna sostna li l-Knisja ta' Malta, meta titkellem dwar l-ambjent, l-ODZ, il-kaċċa fir-Rebbiegħa, il-fekondità artifiċjali, l-evażjoni tat- taxxa, il-bejgħ tal-passaporti u d-distruzzjoni tal-wirt arkitettoniku (eż. id-dwal 'stil Las Vegas' li ġew installati f 'Kastilja) qed tkun "leħen ieħor" favur il- poplu: "Wara kollox, Malta għandha l-monopolji tagħha fix-xandir u din mhix demokrazija." Reġa' rrepeta li hu mhux se jagħlaq ħalqu: This is not negotiable, għax dak kollu li hu ta' identità nazzjonali mhux għall- bejgħ, sostna Scicluna. Għamel diversi referenzi għall-Papa Franġisku u l-enċiklika Laudato Sì, li tagħti "leħen profetiku" lill-Knisja. L-Arċisqof qal li anki hu ried jassumi ton profetiku fejn jidħlu kwistjonijiet soċjali ispirati mill-Vanġelu, għax Kristu nnifsu ma beżax jitkellem favur il-mirfus. Mistoqsi x'jaħseb li se jkunu l-isfidi imminenti tal-knisja Maltija għall-2016, Mons. Arċisqof indika li "l-ġustizzja soċjali" hi sfida preżenti, sfida li qiegħda hemm anki b'mod konkret fil-Vanġelu. L-Arċisqof stqarr li jħobb il-Knisja "l-aktar fejn hemm it-tbatija" u għalhekk irid jibqa' jitkellem f 'isem dawk li m'għandhomx leħen u li mhumiex iddominati mill- poter. Mistoqsi jekk "strateġikament" il-Knisja jaqblilhiex li tkun assoċjata mal-PN, (espliċitament minħabba ċerti kummenti tiegħu fuq twitter), Mons. Scicluna baqa' jinsisti li l-verità m'għandhiex lewn politiku u fid-dawl tal- evanġelizzazzjoni, ma jridx ikun pastur fis-sagristija. Fl-intervista ta' TimesTalk intmessew anki suġġetti bħaċ-ċelibat, ir-rwol tal- mara fil-knisja (xhieda straordinarja għall-missjoni edukattiva u servizzi oħra), l-omosesswalità u l-Knisja, il-piramida sessista u finalment "ir-Rivoluzzjoni li qed iġib il-Papa Arġentin," li l-impatt tiegħu hu ta' ispirazzjoni għall-istess Arċisqof Malti. Protesta Musulmana f 'Malta kontra t-terroriżmu Xi ġranet ilu, grupp ta' Musulmani li jgħixu f 'Malta, fosthom Maltin li ħaddnu l-Iżlam, iltaqgħu quddiem il-Moskea ta' Raħal Ġdid biex jipprotestaw kontra l-ISIS. Ma ridux jaħbu min huma u dehru quddiem il- kameras b'wiċċhom mikxuf għal kollox. Il-messaġġ tal- grupp kien ċarissimu: Aħna Musulmani u aħna kontra t-terroriżmu. Dan il-messaġġ kompla enfasizzah l-Imam: l-ISIS ma jirrappreżentaw bla ebda mod lill-Iżlam. L-ISIS huma terroristi li ttradew il-messaġġ ta' paċi li jittrasmetti l-ktieb Qaddis tal-Musulmani. Ironikament, f 'dak l-istess jum ta' protesta, l-ISIS/ Daix daħlu jokkupaw il-belt antika ta' Sabrata fil-Libja, li suppost hi wirt storiku dinji. Iżda l-ISIS ma trid xejn biex tfarrak dawk il-fdalijiet uniċi, kif farrket il-fdalijiet ta' Palmira. Illum, prattikament, il- Libja saret 'kolonja tal-ISIS'. Dan kollu ġabuh Cameron, Sarkozy u l-alleati tagħhom li riedu jqaċċtu lil Gaddafi min-nofs. Il-festi Maltin u l-każini Is-sensiela Il-Festa fuq Net TV, offriet minjiera ta' tagħrif dwar l-elementi tal-festi tradizzjonali, minn logħob tan-nar sa gastronomija. F'wieħed mill-programmi tas-sensiela ta' tlettax-il programm, kien diskuss il-kontribut eċċezzjonali li qegħdin joffru l-każini fit-tagħlim tal-mużika. Dan l-aspett żviluppa ħafna f 'dawn l-aħħar snin u llum hemm każini li ħolqu staff sħiħ ta' għalliema għat- taqsimiet differenti tal- banda. Kien żvelat li festa bil- banda f 'raħal żgħir taf tqum mad-€90,000. Mhux kulħadd jemmen li l-festi għandhom futur għat-tul. Hemm dawk li jaħsbu li l-baned ikunu bdew imissu l-qiegħ sa għoxrin sena oħra, iżda dawk inqas ottimisti jagħtu biss spazju ta' għaxar snin. L-akbar problema tidher li hi waħda amministrattiva. Skont espert tal-mużika, il-banda hi riżorsa kulturali tad-deheb imma mhijiex sfruttata kif suppost. Punt delikat hu dwar il- preġudizzji li jista' jkun hemm kontra l-baned. Hemm ħafna ġenituri li ma jibagħtux lil uliedhom biex jitgħallmu l-mużika (b'xejn) fil-każini minħabba dak li jaraw jiġri fil-marċi ta' filgħodu. Ħasra. Dwar it-tatwaġġi Anki f 'Malta, it-tatwaġġi żdiedu fuq li żdiedu. Uħud diskreti, anki eleganti. Oħrajn, bħal dawk fuq l-irġiel, goffi li jesprimu kultura ta' maċiżmu. Ir-Rai ftit ilu kellu dokumentarju dwar il- perikli u l-ispejjeż jekk tiddeċiedi li tneħħi t-tatwaġġi. Il-proċess jinvolvi sessjonijiet twal u li jiswew ħafna flus. Barra minn hekk, il-konsegwenzi jistgħu jkunu gravi. F'Malta ma nafux eżatt x'inhi s-sitwazzjoni. Il- parir hu li t-tatwaġġi għandhom isiru biss minn nies professjonisti. Fost dawk li għandhom tatwaġġi fuq sidirhom u spallejhom hemm David Beckham, li lest li jaċċetta l-parti tal- aġent sigriet 007, James Bond, bit-tatwaġġi jew mingħajrhom. Hemm sorsi li jgħidu li n-nisa qed ifittxu partijiet ġodda fejn jagħmlu tatwaġġi aktar sigrieti, eż bejn sidirhom, moda magħrufa bħala l-idea ta' tit tats. Imma ġeneralment, l-istess sorsi jsostnu li t-tatwaġġi qed jitilfu l-impatt tal-moda. 20 illum | Il-Ħadd 20 ta' Diċembru 2015 It-Tweets tal-Arċisqof MEDIASPOT Minn Mario azzopardi opinjoni "Il-Libja saret 'kolonja tal- ISIS', u dan kollu ġabuh Cameron, Sarkozy u l-alleati tagħhom li riedu jqaċċtu lil Gaddafi min- nofs" "Mons. Arċisqof indika li 'l-ġustizzja soċjali' hi sfida preżenti, sfida li qiegħda hemm anki b'mod konkret fil- Vanġelu" Mons. Arċisqof: Staffa għall-PN jew profeta bit-twitter?