Illum previous editions

ILLUM 20 December 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/618153

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 39

Il-Ħadd 20 ta' Diċembru 2015 | illum 33 minn Cristian Antony Muscat Tarxien R .................. 4 Naxxar L ................... 0 Tarxien rainbows ma tantx tħabtu biex għelbu lil naxxar Lions bl-iskor kbir ta' 4-0 fil-Hibernians Stadium f 'Kordin. Din kienet rebħa ferm importanti għar-rainbows hekk kif serviet biex tgħolli l-moral tagħhom wara t-telfa ta' 2-0 fid-Derby tan-nofsinhar kontra Hibernians matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet. interessanti huwa l-fatt li l-erba' gowls għar- rainbows waslu fl-aħħar 25 minuta tal-konfront. Detrimentali għal Naxxar Lions kienet it-tkeċċija tal-midfielder Spanjol Josè Angel Godar Pereira fil-65 minuta wara li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba. Mill-freekick li rriżulta mill-fawl li huwa wettaq u li kawża tiegħu rċieva t-tieni karta safra, Tarxien Rainbows fetħu l-iskor. Dan hekk kif mill-freekick ta' Ayrton Azzopardi, għola tajjeb Bruno Giglio de Oliveira li permezz ta' daqqa ta' ras preċiża tefa' ġewwa. Ir-Rainbows irduppjaw l-iskor fil-71 minuta permezz ta' xutt eżattament minn barra l-kaxxa ta' Ayrton Azzopardi li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper ta' Naxxar Lions, Luke Pecorella. Sitt minuti biss wara, ir-Rainbows għamluhom tlieta meta Luke Montebello xeħet kross fil-baxx lejn Alex da Paixao Alves u mill-viċin tefa' ġewwa. Tmien minuti mit- tmiem tal-logħba, Tarxien Rainbows skorjaw ir- raba' gowl fil-logħba, biex issiġġillaw ir-rebħa permezz ta' xutt b'saħħtu minn ġol-kaxxa tal-plejer internazzjonali Luke Montebello. Tarxien R. - Cassar, Giglio De Oliveira, Caruana, Muscat, Azzopardi, Hevia Menendez (Bajada 75'), Montebello, Zerafa, Da Paixao Alves, Oliveira Santos (Tabone Desira 57'), Da Silva (Omerou 46') Naxxar L. - Pecorella, Rajovic, Scicluna, Lodetti, Cardoso, Sarina (Sammut 89'), Toure, Godar Pereira, Debono (Bonnici 62'), Fenech, Vieira dos Santos Referi - Malcolm Spiteri ALEX DA PAIXAO ALVES Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Skorja wieħed mill-erba' gowls ta' Tarxien Rainbows f 'din il-logħba. Ingħaqad mar-Rainbows matul is-sajf li għadda. Tarxien Rainbows jiksbu rebħa faċli kontra Naxxar Lions minn Cristian Antony Muscat Mosta ............................. 0 Birkirkara ....................... 3 Huwa fatt magħruf li Birkirkara f 'dawn l-aħħar ġimgħat kienu għaddejjin minn terremot intern, speċjalment wara t-tneħħija minn kowċ ta' Giovanni Tedesco u anki wara t-tuq mhux mistenni mit-tim ta' Fabrizio Miccoli li rritorna f 'pajjiżu, l-italja. iżda issa jidher li tabilħaqq reġa' beda jfeġġ id-dawl fil- kamp Karkariż, hekk kif ilbieraħ kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva meta għelbu lil Mosta bl-iskor ta' 3-0, wara li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet kienu għelbu lil Pembroke athleta bl-iskor ta' 3-0. Dawn iż-żewġ rebħiet identiċi waslu wara l-umiljazzjoni fit-telfa kbira ta' 4-0 kontra Valletta. Permezz tar-rebħa kontra Mosta, Birkirkara laħqu lill-Greens ta' Floriana fit- tielet post tal-klassifika, żewġ punti distakk mil-leaders konġunti, Hibernians u Valletta, li għandhom 34 punt kull wieħed, u li se jkunu qed jaffontaw lil xulxin fil- partitissima tal-lum li se tibda fl-4pm fl-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali. Min-naħa l-oħra, din it-telfa ħalliet lil Mosta fis-seba' post tal-klassifika, bi tliet punti wara Tarxirn Rainbows u żewġ punti wara Balzan. Fl-assenza ta' Justin Haber, reġa' kien Ini Etim Akpan li ddefenda l-lasti tal-Istripes, waqt li huma kellhom lil Frank Temile sospiż. Min-naħa l-oħra, Mosta kellhom lill- goalkeeper Omar Borg sospiż, iżda għalihom irritorna Edin Murga, wara li tilef l-aħħar logħba minħabba sospensjoni. Birkirkara fetħu l-iskor wara biss sitt minuti logħob, meta minn kross ta' Zach Muscat, il-ballun spiċċa f 'saqajn Liliu li min-naħa tiegħu, għadda tajjeb lejn Edmond Agius li permezz ta' xutt tajjeb għeleb lill-goalkeeper Mosti, Yenz Cini. Fis-67 minuta, Mosta qalgħu daqqa ta' ħarta, hekk kif spiċċaw jilagħbu b'10 plejers, meta tkeċċa għalihom il- plejer Onyekachi Donatus Okonkwo. Is-sostitut Karkariż, Juan Quero Barraso, irdoppja l-iskor għall-Istripes fl-84 minuta grazzi għal freekick dirett li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper tal-Blues, Yenz Cini. Mosta resqu ferm viċin li jnaqqsu l-marġni tal-iskor fid- 89 minuta meta Kyle Frendo żmarka lill-plejer żagħżugħ James Brincat, li avvanza tajjeb qabel ra x-xutt b'saħħtu tiegħu jistampa mal-mimduda. Iżda minuta fil-ħin miżjud, Birkirkara skorjaw it-tielet gowl biex issiġġillaw ir-rebħa, grazzi għal xutt sabiħ tal-plejer żagħżugħ li qed ikollu staġun mill-aqwa, Ryan Camenzuli. Mosta - Cini, Rodriguez Ekani, Yau, Farrugia, Micallef, Zammit (Brincat 70'), Michelletti Awoh, Okonkwo, Guobadia (Frendo 88'), Murga, De Paulo (A. Borg 83') Birkirkara - Akpan, Z. Muscat, Vukanac, Latini Mazzetti, Zerafa, R. Muscat (Scicluna 73'), Agius, Marcelina, Camenzuli, Plut, Costa Morais (Quero Barraso 78') Referi - Lasha Silagava (GEO) RYAN CAMENZULI Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Qed ikollu staġun mill-aqwa ma' Birkirkara. Skorja t-tielet gowl għal Birkirkara f'din il-logħba, li kien il-ħames wieħed tiegħu matul dan l-istaġun. Jilgħab f'nofs il-grawnd u huwa l-captain tat-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena. Jiġi ħu l-eks plejer ta' Birkirkara u tat-tim nazzjonali Malti, William Camenzuli. Jerġa' jibda jfeġġ id-dawl għal Birkirara Republic Street, Valletta next to the Courts Sports Ritratt - Chrissie's Photography

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 December 2015