Illum previous editions

ILLUM 10 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/664432

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 39

NEWSPAPER POST Nr 495 • 10 t' April 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Franz Tabone Ara paġni 34 u 35 Urtati bil-kbir Mizzi jitfa' l-ballun f 'saqajn Muscat minn Albert Gauci Cunningham IL-MOSSA tal-Ministru Konrad Mizzi, issa Deputat Mexxej tal-Partit Laburista li jitfa' l-futur politiku tiegħu f 'ħoġor il-Prim Ministru, ma niżlet tajjeb xejn ma' bosta Laburisti, mal-istrateġisti tal-istess partit, speċjalment man- nies fl-ogħla karigi u lanqas ma' ħafna mid-deputati tal-PL. Din ir-rabja kienet trażmessa l-aktar fid- diskors tal-Ministru Evarist Bartolo waqt il-Konferenza Ġenerali li sostna li l-każ Panama, "mhux qed iħalli lill-Gvern jaħdem b'mod seren," u li huwa, "l-akbar test għall-Partit Laburista." Il-fatt li Mizzi, minflok irreżenja kif ħafna kienu qed jaħsbu li se jagħmel, tefa' l-futur politiku tiegħu fuq Muscat, ġiet interpretata minn bosta fil-partit bħala mossa li poġġiet lill-Prim Ministru u Mexxej Laburista f 'sitwazzjoni mill-aktar diffiċli. "Mizzi jaf li l-Laburisti ma jridux li l-partit jidher li qed ibaxxi rasu għal kull forma ta' pressjoni mill-PN, u jaf ukoll li d-diskors ta' bosta huwa li jekk Muscat jġiegħlu jirreżenja, ikun qed jidher dgħajjef. Għalhekk," komplew jgħidu dawk li tkellmu ma' din il-gazzetta, "Konrad iħoss li għandu l-lussu jibqa' f 'postu u jħalli lil Muscat ikeċċih." Dawk viċin il-PL li tkellmu mal-ILLUM, sostnew li hemm nies influwenti u qrib il-Prim Ministru li qed jinterpretaw dak li għamel Mizzi bħala sfida diretta lil Muscat. "Ma niżlet tajjeb xejn, anzi ħafna kienu dawk li interpretawha bħala daqqa ta' stallett minn wara, għad-detriment ta' Muscat." "Kieku rreżenja, kien ikun qed jidher li fehem is-sentiment ta' rabja lejh u kien jagħti ftit ċans lilu nnifsu jerġa' jibni l-karriera politika mill-ġdid. Imma għażel li jibqa' u jitfa' l-ballun f 'saqajn Muscat." Dawk li tkellmu mal- ILLUM saħqu kif Mizzi jħoss li r-rekord tiegħu bħala Ministru, speċjalment fejn jirrigwarda l-Enemalta, huwa raġuni biżżejjed biex jinżamm fil-kariga li jokkupa. Minkejja li l-ILLUM infurmata li Muscat wasal għal deċiżjoni finali, kuntrarjament għall-aspettativa popolari, se jżomm ma' dak li dejjem qal s'issa u jippronunzja d-deċiżjoni finali tiegħu wara li jkun magħruf l-eżitu tal- investigazzjonijiet dwar il-kumpanija fil-'Panama' ta' Konrad Mizzi. Huwa mistenni jwassal dan il-messaġġ dalgħodu, fl-għeluq tal- Konferenza Ġenerali. Aqra analiżi f 'paġni 6 u 7 Louis Galea wara l-istrateġija tal-PN L-EKS-MINISTRU Louis Galea, li bħalissa jokkupa l-kariga ta' awditur fil- Qorti Ewropea qed iservi ta' konsulent mhux uffiċjali tal-Kap tal-Oppożizzjoni u huwa l-moħħ wara l-kampanja qawwija li għaddej biha l-PN bħalissa, b'mobilizazzjoni tal-attivisti mill-aktar akkaniti tal-PN. Galea, apparti li huwa ħabib ta' Busuttil, huwa magħruf ukoll bħala l-istrateġista ewlieni tal-PN qabel l-1987, meta kienu qed isiru wkoll numru ta' protesti fuq bażi regolari. Dawk li tkellmu magħna u li ġejjin mill-kamp li jiffavorixxi lil Mario De Marco u Claudio Grech, tnejn min-nies li ma tantx qed jaraw għajn m'għajn mal-istrateġija tal-PN fil-preżent, qalu li Galea qed jipprova jagħmel rikostruzzjoni tal-immaġini tal-Partit Nazzjonalista għaż- żmien li kien immexxi minn Eddie Fenech Adami. Tkompli f 'paġna 8 Il-ħames għażliet ta' Muscat Sikkina taqta' miż- żewġ naħat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 April 2016