Illum previous editions

ILLUM 10 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/664432

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 39

Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 10 t'April 2016 | illum minn Albert Gauci Cunningham FTIT iktar minn ġimgħa ilu, il-pajjiż xegħel f 'diskussjoni dwar l-apparenza ta' Hector Bruno fuq it-televixin wara nuqqas ta' tliet snin. Iktar milli għax reġa' deher, l-intervista tiegħu fuq il- programm popolari Xarabank qajmet ħafna interess għax matulha, l-istess bniedem li ġab tant ferħ u tant tbissim tkellem dwar id-dipressjoni li għaddej minnha. Id-dehra tiegħu tant serviet ta' ispirazzjoni, li l-Psikologu Nicholas Briffa meta tkellem mal-ILLUM spjega kif ftit jiem ilu marret persuna għandu li qaltlu li wara li rat lil Hector jitkellem b'tant kuraġġ dwar l-isfidi li ltaqa' magħhom, iddeċieda li jfittex l-għajnuna biex hu wkoll ikun jista' jiġġieled id-dipressjoni. "Dak huwa s-sabiħ ta' dak li ġara ġimgħa ilu," sostna Briffa. Huwa kompla jgħid ma' din il-gazzetta li "dak li ġara, ħalla effett pożittiv ħafna, ħafna. Ħafna jħarsu lejn Hector bħala kummidjant, persuna li ddaħħaq u li ġġib il-ferħ, allura ftit jistgħu jaħsbu li wara dak id-daħk jista' jkun hemm element ta' dwejjaq jew saħansitra dipressjoni." Briffa jfakkar kif il-parallel li jagħmlu ħafna bejn l-irwol tal- attur u l-ħajja privata tiegħu huwa mill-aktar żbaljat. "Kulħadd suxxettibbli, kulħadd jista' jgħaddi minn problemi li jistgħu jwasslu għad-dipressjoni. Dak li għamel Hector," kompla jgħid il-psikologu, "huwa li kisser din l-idea li għax bniedem idaħħaq, allura huwa dejjem ferħan." Xi ħaġa li fil-fatt tirrifletti wkoll il-mewt mill-aktar traġika tal-attur magħruf u tant mibki Robin Williams. Ħafna ma jaslu jammettu qatt, sakemm ikun tard Dak li għamel Hector Bruno huwa sinifikattiv ukoll għax jirrifletti l-fatt li huma bosta li ma jaslu qatt biex jammettu magħhom infushom (aħseb u ara quddiem Malta kollha) li fil-fatt għandhom dipressjoni. "Dawk li ma jfittxux l-għajnuna, jispiċċaw jibdew ikollhom imġiba ta' frustrazzjoni u nuqqas ta' paċenzja," spjega Briffa, li kompla jfaħħar ukoll dak li għamel l-attur Belti. "Grazzi għal Hector Bruno, issa kulħadd jaf li m'hemmx mistħija, li kulħadd jista' jkollu problemi u b'danakollu u minkejja kollox mhux se taqa' d-dinja." Il-Psikologu Briffa jgħid li jaf min għaddej minn żmien iebes u minn żmien ta' sfida u li sab ħafna komfort fil-kuraġġ li kellu Hector Bruno meta tkellem fuq Xarabank, b'ċerta onestà. X'inhuma s-sintomi? Kif tista żżomm id-dipressjoni 'l bogħod? 1. Dwejjaq li jtul għal jum sħiħ, kważi kuljum 2. Id-dwejjaq idum għal ġimagħtejn jew aktar 3. Taffetwa l-irqad, tqum aktar jew torqod iktar 4. Jinbidel l-aptit għall-ikel 5. Diffikultà biex tikkonċentra u tagħmel xogħlok sew 6. Tensjoni u tħossok ma tistax toqgħod bi kwietek 7. Uġigħ u problemi diġestivi 8. Telfien ta' interess sesswali 9. Waqfien minn parteċipazzjoni f 'attivitajiet soċjali 10. Ħsibijiet ta' suwiċidju 1. Għix ħajja b'saħħitha, żomm lilek innifsek attiv 2. Strieħ u ħu l-ħin tiegħek lil hinn mill-ħin tax-xogħol 3. Kun pożittiv u ottimist fil-ħajja 4. Ieqaf waħħal fik innifsek il-ħin kollu 5. Evita użu eċċessiv ta' alkoħol u kafè. Tpejjipx. Tiħux droga. 6. Involvi ruħek ma' grupp ta' ħbieb 7. Kun pożittiv dwarek innifsek u ibni stima għolja tiegħek innifsek 8. Iftaħ qalbek u tkellem dwar il-problemi li tgħaddi minnhom 'Ġejt infittex l-għajnuna wara li rajt lil Hector fuq it-TV' Il-Psikologu Nicholas Briff a jitkellem dwar l-eff ett pożittiv li ħalliet l-intervista ma' Hector Bruno fuq Xarabank Hector Bruno, kien ta' ispirazzjoni għal bosta li qed ibatu fis-silenzju Ritratt: Photocity Pjanijiet biex jinfetħu ħames skejjel ġodda madwar il-pajjiż minn Veronica Lynn Mizzi ĦAMES skejjel tal-gvern jinsabu fil-pjanjiet tal-Gvern, li wħud minnhom jonqoshom biss l-aħħar irtokki biex ikunu jistgħu jakkomodaw lil diversi studenti. Tliet skejjel Primarji u tnejn Sekondarji jinsabu fil-proċess u fil- pjanijiet tal-Gvern, b'erbgħa minnhom ikunu f 'Malta u waħda fil-gżira Għawdxija. L-iskola sekondarja ġdid f 'Ħal Kirkop tinsab fl-aħħar fażijiet tagħha qabel tkun tista' tibda tilqa' l-ewwel studenti hekk kif ix-xogħol ta' kostruzzjoni tlesta kollu u bħalissa qed isiru l-aħħar irtokki, bil-'finishings' li waslu fi stadju avvanzat. Blokka waħda minn tlieta tal-iskola sekondarja ġdida f 'Ħad-Dingli hija mibnija u x-xogħlijiet mexjin tajjeb bix-xogħol ta' kisi u elettriku għaddejjin ġmielhom. Minkejja dan, iż-żewġ blokok l-oħra li jikkumplimetaw din l-iskola għadhom f 'fażi ta' kostruzzjoni. L-iskola primarja ġdida li mistennija tinbena f 'Wied il-Għajn, għandha l-permess approvat mill-Awtorità tal- Ippjanar, u għaldaqstant, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada tinsab għaddejja bil- ħidma tagħha sabiex jinħareġ it-tender tal-kostruzzjoni ta' din l-iskola. Għall-iskola li mistennija tinbena fin-naħa ta' fuq ta' Malta, preċiżament f 'San Pawl il-Baħar, saru diġà żewġ applikazzjonijiet mal- Awtorità tal-Ippjanar. Għal waħda mill-applikazzjonijiet, li hi dwar l-iskavar tas- sit, il-permess għadu ma nħariġx, iżda l-każ dwar tali applikazzjoni mistenni jinstema' fl-20 ta' April 2016. Dwar il-permess l-ieħor relatat ma' din l-iskola primarja, sar Traffic Impact Assessment u l-informazzjoni mitluba dwar dan, qed tiddaħħal sabiex tali applikazzjoni tkun tista' tiġi validata mill-Awtorità tal- Ippjanar, iktar 'il quddiem. L-iskola primarja li hi pjanata għal Għawdex, sewaa sew fir-Rabat, tinsab fl-istadju tal-evalwazzjoni tal-offerti sabiex issir l-għażla tal-perit li għandu jkun responsabbli mill- kostruzzjoni ta' din l-iskola. Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Evarist Bartolo għal mistoqsija tad-deputat Laburista Godfrey Farrugia.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 April 2016