Illum previous editions

ILLUM 10 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/664432

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 39

WEST Ham United ġewwa darhom fil- Boleyn Stadium f 'Upton Park kisbu punt prezzjuż fit-tentattiv tagħhom li jtemmu dan il-kampjonat fir-raba' post jew saħansitra f 'pożizzjoni ogħla, meta żammew lill-Gunners ta' Arsenal fi draw ta' 3-3, bil-konfront ta' bejn dawn iż-żewġ timijiet jirriżulta f 'wieħed ferm movimentat u eċitanti. It-tliet gowls għall-Hammers waslu minn hat-trick ta' Andy Carroll, waqt li t-tliet gowls għal Arsenal waslu minn Mesut Özil, Alexis Sanchez u Laurent Koscielny. Southampton ġewwa darhom għelbu lil Newcastle Unietd bl-iskor ta' 3-1 bil-gowls għalihom jaslu minn Shane Long, Graziano Pellè u Victor Wanyama, bil-gowl uniku għall-Magpies jasal minn Andros Townsend fil-65 minuta. AFC Bournemouth barra minn darhom kisbu tliet punti prezzjużi meta għelbu lil Aston Villa bl-iskor ta' 2-1 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Steve Cook u Joshua King, waqt li l-gowl uniku għal Aston Villa wasal minn Jordan Ayew fil-85 minuta. Intant, kompla l-istaġun diżastruż ta' Chelsea meta barra minn darhom sfaw megħluba bl-iskor minimu ta' 1-0 mit- tim ferm inferjuri ta' Swansea City, bil-gowl tant importanti għal dawn tal-aħħar jasal minn Gylfi Sigurdsson fil-65 minuta. Watford u Everton temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1, bil-gowl għal Watford jasal minn José Holebas fil-45 minuta, b'Everton ikunu huma li jiftħu l-iskor ftit mumenti qabel permezz ta' James McCarthy. Crystal Palace ġewwa darhom għelbu lil Norwich City bl-iskor ta' 1-0 bil-gowl uniku għalihom jasal minn Jason Puncheon fit-68 minuta. Intant, fil-Kampjonat Taljan, Serie A TIM, Inter barra minn darhom kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra Frosinone, bil- gowl waħdieni tagħhom jasal minn Mauro Icardi fl-74 minuta. Tajjeb ngħidu li Frosinone spiċċaw il-konfront jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Leonardo Blanchard wara li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba. Il-Ħadd 10 t'April 2016 | illum Sports 33 Arsenal miżmuma fi draw minn West Ham United u Swansea City jixxukkjaw lil Chelsea RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier FIXTURES Is-Sibt 9 t'April West Ham United vs Arsenal 3-3 Aston Villa vs AFC Bournemouth 1-2 Crystal Palace vs Norwich City 1-0 Southampton vs Newcastle U. 3-1 Swansea City vs Chelsea 1-0 Watford vs Everton 1-1 Il-Ħadd 10 t'April 14:30 Sunderland vs Leicester City 17:00 Liverpool vs Stoke City 17:00 Tottenham H. vs Manchester U Kampjonat Serie A TIM FIXTURES Is-Sibt 9 t'April Frosinone vs Inter 0-1 Il-Ħadd 10 t'April 12:30 Empoli vs Fiorentina 15:00 Napoli vs Hellas Verona 15:00 Sampdoria vs Udinese 15:00 Torino vs Atalanta 20:45 Palermo vs Lazio It-Tnejn 11 t'April 20:45 Roma vs Bologna Il-plejer ta' West Ham United Andy Carroll jiskurja tripletta fil-logħba kontra Arsenal

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 April 2016