Illum previous editions

ILLUM_01 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/594534

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 39

€1.00 Nr 472 • 01 ta' Novembru 2015 www.illum.com.mt NEWSPAPER POST 'Morru orqdu u rranġaw fis-sodda' Pulizija lil mara wara li sfat vittma ta' vjolenza minn żewġha minn Albert Gauci Cunningham Wara li sfat vittma ta' swat u vjolenza f 'darha stess, mara miżżewġa sabet il-kuraġġ li ċċempel lill-Pulizija u tagħmel rapport fl-għassa tal-lokal. Għalkemm il-Pulizija kien fuq il-post, sfortunatament, dan kien ħabib ta' żewġha, l-aggressur, u ddeċieda li ma jiħux rapport dwar dak li kien ġara. aktar minn hekk iżda, l-istess pulizija qal lill-vittma "u ejja, issa morru orqdu u rranġaw dawn l-affarijiet fis-sodda." Dan il-każ huwa wieħed biss minn diversi oħrajn mill-aktar xokkanti u tal-mistħija li rapport tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali jitfa' dawl fuqhom. Ir-rapport imsejjaħ 'Il-Vjolenza Domestika – Vittmi u Servizzi' jitfa' dawl fuq sistema sħiħa, mill-għassa tal-pulizija, saċ-ċentru tas-saħħa u saħansitra sal-Qorti tal-Ġustizzja, li mhux talli għadha ma twiżinx biżżejjed lill-vittma, talli f 'xi każijiet indirettament taġevola lill-aggressur. L-istess rapport jikxef każijiet fejn minkejja t-tibdiliet li saru fil-liġi dwar il-vjolenza domestika, għad hemm Pulizija li jibagħtu lill-vittmi għand l-avukat, qabel jew minflok, ma jsir rapport formali. Ir-rapport, li jitfa' dawl xejn favorevoli fuq il-Korp tal-Pulizija, s-servizzi tas-Saħħa u s-sistema legali ta' pajjiżna, jikkritika bl-aħrax il-fatt li r-riferti hemm tendenza li joħorġu wara erba' jew ħames xhur, b'inqas żmien li fih l-aggressur ikun notifikat u allura bil-possibilità li s-smiegħ tal- każ fil-Qorti jittawwal, f 'liema żmien 'l-agressur se jħoss li l-id tal-liġi mhux se tilħqu, filwaqt li l-vittma tkompli tbati atti ta' vjolenza domestika.' Il-Gvern mitlub il-miljuni biex jieħu Sant'Anġlu lura minn John Busuttil Il-Konsorzju Cottonera Waterfront Group jinsab f 'diskussjonijiet mal-Gvern dwar partijiet mill-Forti sant'anġlu li ngħataw lilu f 'Ġunju tal-1999 minn Gvern nazzjonalista, bil- ġurnal l-IlluM infurmat li l-konsorzju qed jitlob somma konsiderevoli li tlaħħaq il-miljuni biex jagħti lura lill-Gvern dawn il- partijiet, li wħud minnhom jinstabu fin-naħa t'isfel tal- Forti, b'veduti spettakolari tal-Port u tal-Kalkara. Meta kkuntattjat minn dan il-ġurnal il-Kap Eżekuttiv tal-Konsorzju Tonio Hili ma nnegax, imma lanqas ikkonferma, illi l-Cottonera Waterfront Group qed jitlob mingħand il-Gvern ċifra li hija 'l fuq minn €5 miljuni. Hili iżda, meta mistoqsi minn l-ILLUM jekk l-investiment li qed jgħid li għamel il- konsorzju fl-istess proprjetà jlaħħaqx il-miljuni wieġeb "dażgur" u kompla jgħid illi "tal-inqas irridu lura kull lira li ħriġna s'issa, għax aħna konna diġà bdejna x-xogħlijiet tagħna. Mhux se nitolbu lill-Gvern żewġ ewro għal kull ewro li ħriġna, imma l-flus li investejna rriduhom lura." Tkompli f 'paġni 2 u 3 Tkompli f 'paġna 5 Mill-arkivji

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_01 Novembru 2015