Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/594534
18 illum | Il-Ħadd 01 ta' Novembru 2015 W ara l-elezzjoni bqajt nidħol għax-xogħol tiegħi bħala avukat il-Qorti daqslikieku ma ġara xejn. Nimxiha sal-Qorti xemx u xita u bqajt naħbat 'l hawn u 'l hinn mal-istess nies. Iddeċidejt li ma ridtx ningħalaq fil- kurituri tal-palazzi. Ridt li għaliha l-affarijiet jibqgħu għaddejjin b'mod normali. L-attitudni li ħadt, f 'soċjetà li tħares lejn il-politiċi daqslikieku jgħixu f 'dinja għalihom u li ma jitħalltux man-nies meta jkunu fil-poter, fiha t-tajjeb u l-ħażin tagħha. It-tajjeb tagħha li tibqa' titħallat man-nies fit-toroq u fuq ix- xogħol. Tkun taf x'qegħdin jgħidu u x'qegħdin jaħsbu, ħaġa li l-politiku magħluq fil-Ministeru ma jkun qed jara jew jisma'. Tkun taf x'jixtiequ u x'qed jolqothom. Il-ħażin tagħha li n-nies jaħsbu li kull ma jgħidulek xi jridu ġaladarba li tkellmu miegħek ser jeħduh, li assolutament mhux il-każ. Meta jaraw id-Deputat Mexxej tal-Partit fil-Gvern għaddej mit-triq jew qed jieħu kafé jaħsbuh xi kiosk tal-pjaċiri ambulanti li dak li jkun jiffrankalu millli joqgħod jitlob appuntament mal-Minstru jew uffiċjal għoli. Mhux il-każ. Iżda lanqas nagħti tort lin-nies għaliex fl-aħħar mill-aħħar għalhekk qiegħed il-politiku biex jipprova jgħin u jisma'. Iżda li bqajt nidħol għax-xogħol normali skoprejt dimensjoni oħra li ma kontx nobsor li ser insib. Fejn naħdem jiena, jiġifieri fil- Qorti, tidħol taħdem il-krema ta' dawk li sa ftit ilu il-Partit tagħhom kien fil-poter. Ovvjament qiegħed ngħid għall-Partit Nazzjonalista. Mingħajr ma rrid niġġeneralizza, tolqotni l-attitudni tagħhom. L-arja ta' superjorità bla kejl daqslikieku l-Partit tagħhom kien għadu fil- poter. Meta nitkellmu magħhom fuq ħwejjeġ ta' politika jittrattawni daqslikieku jien it-tellief. F'qalbi ngħid: "B'riżultat kbir daqshekk u l-kumpless ta' superjorità li għadhom ma jippermettilhomx uqija umiltà." Donnhom għandhom bżonn telfa elettorali oħra biex jifhmu li m'għadhomx fil-Gvern. Iżda fir-realtà, fil-ġenerazzjoni ta' politiċi tal-lum fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, issaltan din is- sensazzjoni li ħadd daqshom ma jaf x'inhu tajjeb, ħadd daqshom ma huwa espert u preparat u ħadd daqshom m'huwa mfassal daqshekk tajjeb biex ikun fil-poter. Ġenerazzjoni li temmen li għandha l-liċenzja esklussiva li ssuq il-magna tal-Istat. Jekk tħares lejn l-istorja tal-Partit Nazzjonalista dan il- kumpless ta' superjorità dejjem kien jeżisti. Issa taħt forma kulturali, issa taħt forma reliġjuża u issa taħt forma istituzzjonali. Iżda dan il-kumpless beda jsir aktar evidenti minn meta f 'nofs is-sebgħinijiet daħal fl-ekwazzjoni politika tal-Partit Nazzjonalista Eddie Fenech Adami. Minn hemm 'il quddiem l-element ta' "aħna biss nafu x'irridu" aċċentwa ruħu bil-kbir. Għalihom il-Laburist sar speċi ta' "untermensch" à la Maltija. Din ix-xorta ta' riflessjoni toħroġ aktar b'mod kattiva u ġieli anke b'mod omofobiku f 'siti elettroniċi li huma estensjoni bilaterali tal-Partit Nazzjonalista bħal pereżempju dak ta' Daphne Caruana Galizia. Dan l-element ta' superjorità nagħrfuh anke fil-lingwaġġ, b'mod partikolari ta' Simon Busuttil. Jitkellem bħal Kap tal-Oppożizzjoni iżda bħallikieku kien il-Prim Ministru. Jesiġi, jordna u jikkmanda lill-Gvern. Għalkemm l-"istanding orders" jippermettuhom, beda jagħmel użu kontinwu mill-private members' bills daqslikieku kien il-Gvern qiegħed jipproponi l-pjan leġislattiva tiegħu. Issa ħareġ anke bid-dokument tal-baġit tiegħu. Tant jemmen li huwa l-poter li qiegħed jipprova joħloq modus operandi politiku parallel għal dak tal-Gvern. Għadu ma fehemx li tilef ! Iżda mhux dan biss. Dak li sa ftit ilu seta' jagħmel il-Partit Nazzjonalista f 'daqqa waħda jriduh li jsir issa, malajr u mingħajr dewmien. Iridu li malajr kemm jista' jkun li tinbidel is-sistema ta' kif jinħatru l-imħallfin. Wara 25 sena jaħtru u jilagħbu bis-sistema issa jridu li tinbidel mil-lum għal għada. Mhux biss għaliex għandu jkun hekk iżda għaliex hija wegħda elettorali. Din il-ġimgħa l-Viċi Kap Mario Demarco għamel proposta li dawk kollha li jinħatru mill-Gvern f 'pożizzjonijiet għolja isimhom jitqiegħed quddiem il-Parlament. Għall-25 sena sħaħ nħatru dulluvju ta' nies kullimkien u nista' nassigura li tliet kwarti minnhom żgur mhux fuq merti ta' ħila. Din apparti l-attitudni ipokrita, għaliex apparti li kellhom iż-żmien kollu biex dawn il-prinċipji jwettquhom, hija wkoll arja ta' superjorità, għaliex sublimenalment qegħdin jibagħtu l-messaġġ li lill-politiċi Nazzjonalisti biss tista' tafda bil- poter, lill-oħrajn trid iżżommilhom idejhom meta jiġu biex jaqsmu t-triq. L-ipokrezija ta' din il- proposta tispikka meta niftakru li din kienet qiegħda li ma twettqitx fil-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista tal-2013. Din il-ġimgħa saret proposta oħra, qisha li saret l-ewwel darba: dik li titneħħa l-liġi tal-libell kriminali. Jiena m'għandi ebda problema u naħseb li anke dan il-gvern m'għandux. Tant huwa minnu li Simon Busuttil u forċina oħra tiegħu jafu tajjeb ħafna li fil- fatt il-Gvern qiegħed jaħdem biex ineħħih. Biex jidhru li talbuh huma u biex jgħidu li l-Gvern tahom raġun. Ħarġu b'din il-proposta pubblikament. Però min-naħa tiegħi ma niddejjaq xejn li Gvern iwettaq dak li jkun tajjeb anke jekk ġej mill-Oppożizzjoni, kif fil-fatt diġà ġara f 'diversi kwistjonijiet. Din l-attitudni tiddistingwi dak li qiegħed isir issa mil-mod kif kienu jsiru l-affarijiet ilbieraħ. Iżda jidher ċar li deni tal- elezzjonijiet ġenerali beda tiela': din hija parti mit-tħejjija għall- elezzjonijiet ġenerali biex jinfetħu l-kanuni kollha minn min ilu żmien iżeblah lil ħaddieħor b'mod impunit. Kellhom kull ċans biex ineħħu l-libell kriminali u ma għamluhx u issa qegħdin jipproponuh għax jaf li l-Gvern diġà beda jaħdem fuqu u jipproponuh daqslikieku huma fil-Gvern... għal darba oħra tispikka l-arja ta' superjorità. Hemm passa f 'Gulliver's Travel li jfakkarni fis-sitwazzjoni: lit-tfal meta tagħtihom siġġu fuq xiex jitilgħu jaħsbu li saru kbar. Is-siġġu ta' Gulliver Toni AbelA "Fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, issaltan din is-sensazzjoni li ħadd daqshom ma jaf x'inhu tajjeb, ħadd daqshom ma huwa espert u preparat u ħadd daqshom ma huwa mfassal daqshekk tajjeb biex ikun fil-poter"