Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/594534
minn Veronica Lynn Mizzi FISSNIN riċenti drajna naraw vetrini tal-ħwienet b'xi qargħa ħamra, xi stampa ta' saħħara jew xi fantażma, hekk kif joqrob il-lejl ta' Halloween bejn tmiem Ottubru u l-bidu ta' Novembru. Minkejja dan, it-tiżjin mal-faċċati tad- djar imdorrijin inħalluh għal żmien il-Milied. Dan mhux il-każ għall- Josette Sant, li għalkemm bħal ħafna tarma u żżejjen darha għal żmien il-Milied, darha fil-Mosta tispikka ferm fost id-djar tal-madwar meta jasal Halloween. Josette stqarret li dan hu l-għors tagħha u tkun qed tistenna xi festa bħal din minn ħafna qabel biex tibda tarma darha. Bejn sħaħar, fatati, qara' aħmar, skeletri u bosta dekorazzjonijiet oħra, il- faċċata tad-dar tal-familja Sant f 'dan iż-żmien, tista' faċilment tiġi deskritta bħala l-aktar dar interessanti fiż-żona. Josette spjegat kif ilha żżejjen darha għal dawn l-aħħar ħames snin, u kull sena tara x'affarijiet tista' żżid mad-dekorazzjonijiet tas-sena ta' qabel biex dejjem ikollha l-aqwa u l-isbaħ tiżjin għall- Halloween. Din l-entusjasta tad- dekorazzjonijiet ta' Halloween qalet kif ħadd qatt mill-ġirien jew nies ta' madwar qatt garrew jew ikkummentaw li dejquhom dawn id-dekorazzjonijiet, u dan minkejja li wħud mid-dekorazzjonijiet kapaċi jkunu kemxejn tal-biża'. Stqarret ukoll kif minħabba li għandha din il-passjoni għat-tiżjin, f 'din il-ħabta, spiss tkun għaddejja f 'passiġġati u tieqaf tammira xi dekorazzjonijiet li forsi jkunu remgħu n-nies ma' djarhom. Dan kollu jilħaq il-quċċata tiegħu fil-lejl tal-aħħar ġurnata tax-xahar ta' Ottubru meta Josette u l-familja, jippreparaw il- ħelu bil-lest għal meta jiġu jħabbtulhom mal-bieb, tfal bl-għajta ta' 'Trick or Treat'. "Jiġu ħafna tfal dakinhar, l-ewwel jiġu t-tfal żgħar bil-kostum mal-ġenituri tagħhom, imbagħad iktar tard jibdew jitfaċċaw it-tfajliet u ġuvintur bil- kostumi u l-maskri tagħhom jistaqsu għall-ħelu." Spjegat 12 illum | Il-Ħadd 01 ta' Novembru 2015 TPEEBBLUBS GŦ.BUFS%FJ #Budget2016 GĦALKEMM illum il- ġurnata, din il-festa fl- Amerika hi popolari tant li titqies bħala t-tieni l-ikbar festa mil-lat kummerċjali wara l-Milied, ma bdietx f 'dan il-kontinent imma kienet esportata mill- Ewropa. Huwa maħsub li din il-festa popolari taf il-bidu tagħha lil festival Ċeltiku bl-isem ta' Samhain. Iċ-Ċelti kienu nies li kienu jgħixu madwar 2,000 sena ilu fiż-żoni ta' fejn illum insibu l-Irlanda, l-Ingilterra u t-tramuntana ta' Franza. Hemmhekk, in- nies kienu jixgħelu ħuġġieġa u jilbsu kostumi sabiex ibiegħdu minnhom l-ispirti li kienu jemmnu li jirritornaw fid-dinja matul dan il-lejl. Fost iċ-Ċelti, kien hemm it- twemmin li dawn l-ispirti li jiġu lura fid-dinja, minbarra li kienu jirrovinawlhom il-prodotti agrikoli, kienu wkoll jagħmluha faċli għal- mexxejja spiritwali taċ-Ċelti biex iħabbru l-futur. Iktar tard, f 'tentattiv biex jitneħħew il- konnotazzjonijiet pagani ma' din il-festa, il-Papa Gregorju III kien għamel il-ġurnata tal-1 ta' Novembru bħala l-ġurnata li fiha jiġu mfakkra l-qaddisin kollha u l-martri, u l-għada jitfakkru l-mejtin kollha. Din il-festa ddaħħlet fil-kalendarju Amerikan l-aktar meta fit-tieni nofs tas-seklu dsatax, kien hemm influss qawwi ta' immigranti lejn l-Amerika. Hemmhekk, l-Amerikani bdew jieħdu mit-tradizzjonijiet li kellhom l-immigranti Irlandiżi u Ingliżi u bdew jilbsu kostumi u jduru d-djar jitolbu għal xi ikel jew xi ħaġa tal-flus, li eventwalment sar dak li llum insejħulu 'Trick or Treating'. L-isem ta' din iċ- ċelebrazzjoni ġej mill-isem li kien mogħti lil-lejl ta' qabel, 'All Hallows' Eve', li maż- żmien sar iktar magħruf bħala Halloween, fejn sar iktar idur ma' ċelebrazzjoni li ddur ma' attivitajiet immirati għat-tfal bħal diversi logħob u 'Trick or Treating.' Dan it-'Trick or Treating', l-Amerikani jeħduh b'serjetà liema bħalha hekk kif huwa stmat li kwart tal-ħelu kollu li jinbiegħ f 'sena fl-Amerika, jinxtara propju għal Halloween. Id-dar tal-familja ta' Josette fil-Mosta Ritratti: Ray Attard Minn fejn bdiet din il-festa ta' Halloween? L-Amerikanata li