Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/594534
Il-Ħadd 01 ta' Novembru 2015 | illum 39 SportSillum storika tal-Albanija għall-Euro 2016 Din id-darba kont ħadt post il-kowċ Walter Novellino għall-aħħar ħames logħbiet tal-Kampjonat, bl-għan ewlieni jkun dak li għal darb'oħra jirnexxieli nsalva lil dan it-tim milli jiġi relegat għas-Serie B, u għal darb'oħra nista' ngħid li rnexxieli nagħmel dan. Fit-22 ta' Diċembru tal-2009, ħadt it-tmun ta' Udinese bħala kowċ fejn domt nokkupa din il-kariga sa Frar tal-2010, hekk kif matul dan ix-xahar, il-kowċ Pasquale Marino reġa' ħa lura t-tmexxija ta' dan it-tim. Fl-14 ta' Diċembru tal-2011, ġejt maħtur bħala kowċ tat-tim nazzjonali tal-Albanija, wara l-kowċ Josip Kuze. Kif tiddeskrivi l-ewwel żmien tiegħek fit-tmexxija ta' dan it-tim nazzjonali relattivament żgħir? Sa mill-ewwel jiem tiegħi fit-tmun, kelli l-għan ewlieni li nikkonvinċi plejers żgħażagħ promettenti bħal Mergim Mayraj u Edgar Cani biex jerġgħu lura fit-tim nazzjonali Albaniż, wara li kienu rrifjutaw li jilagħbu għal pajjiżhom. B'umiltà ngħid li rnexxieli nagħmel dan. F'dik is-sena kont ippruvajt ukoll li nġib fit-tim nazzjonali Albaniż lill-plejer Migjen Basha, li kien afferma li ried jilgħab biss għat-tim nazzjonali Albaniż. Madankollu, ma ngħatajtx il-permess biex nagħmel dan mill-Federazzjoni tal-Futbol Żvizzera wara li iktar qabel, huwa kien lagħab mat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena tal-Iżvizzera. Minn dejjem kelli l-għan li nintroduċi plejers żgħażagħ fit-tim nazzjonali Albaniż, u f 'Mejju tal-2012 f 'żewġ logħbiet ta' ħbiberija kontra l-Iran u l-Qatar rispettivament, kont utilizzajt lil plejers żgħażagħ Hair Zeqiri, Mergim Brahimi u Etrit Berisha mat-tim nazzjonali Albaniż tal-kbar, waqt li f 'logħba ta' ħbiberija oħra, kontra l-Moldova, f 'Awwissu tal-2012, kont sejjaħt lit-tliet plejers żgħażagħ Erion Dushku, Erion Vucaj u Renato Arapi. Niġu issa għall-fażi ta' kwalifikazzjoni għal Euro 2016 li finalment wasslitkom biex tiksbu l-kwalifikazzjoni storika għal dan it-tournament. X'fissret għat-tim nazzjonali mmexxi minnek. Barra minn hekk kien hemm xi logħbiet oħra minn din il-fażi li tibqa' tiftakar iktar minn oħrajn? Bħala Albanija, bdejna l-fażi ta' kwalifikazzjoni għal Euro 2016 b'rebħa ta' 1-0 kontra l-favoriti li jirbħu dan il-grupp ta' kwalifikazzoni (kif fil-fatt għamlu), il-Portugall, li lkoll nafu li huwa tim mimli stilel. Din ir-rebħa ġiet deskritta bħala waħda storika kemm mill-media Albaniża, kif ukoll minn dik internazzjonali. Deher biċ-ċar ukoll li l-Federazzjoni Portugiża xejn ma kienet ħadet tajjeb din it-telfa u fil- fatt itterminat il-kuntratt tal-kowċ tat- tim nazzjonali Portugiż, Paulo Bento. Rebħa oħra li nibqa' niftakar b'mod partikolari minn dan il-grupp hija dik li waslet fid-29 ta' Marzu 4 kontra l-Armenja. F'din il-logħba wara biss erba' minuti logħob morna gowl minn taħt, iżda finalment irnexxielna ndawru telfa f 'rebħa ta' 2-1, grazzi għaż-żewġ gowls ta' Mergim Mayraj u Shkelzen Gashi, liema plejer kien daħal bħala sostitut fis-46 minuta. Simili għall-każ tal-Portugall, din il-logħba kienet wasslet għar-riżenja tal-kowċ tal-Armenja, Bernard Challandes. Logħba oħra li nibqa' niftakar minn din is-sena għalkemm ma kinitx mill-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2016, kienet dik ta' ħbiberija tat-13 ta' Ġunju fejn għelibna lit-tim nazzjonali Franċiż fl-Elbasan Arena ġewwa l-Albanija. Din kienet l-ewwel darba fl-istorja li l-Albanija għelbet lit-tim nazzjonali ferm b'saħħtu Franċiż, bil-gowl għalina jasal minn Ergys Kace lejn tmiem l-ewwel taqsima. U dan meta għal din il-logħba, jien kont ħallejt jistrieħu wħud mill-aqwa plejers li jiffurmaw parti mit-tim nazzjonali Albaniż. Din ir-rebħa tibqa' waħda aktar memorabbli fl-istorja tal-futbol Albaniż, minħabba li fir-rankings uffiċjali tal-FIFA, maħruġa f 'Lulju ta' din is-sena, l-Albanija kienet telgħet xejn inqas minn 15-il pożizzjoni u ġiet fis-36 post għall-ewwel darba fl-istorja. X'taħseb li kien is-sigriet ta' din il-kwalifikazzjoni storika għall- Albanija? Din il-kwalifikazzjoni storika waslet mhux biss grazzi għalija izda wkoll grazzi għall-għaqda kbira li tirrenja bejn il-plejers kollha u l-għajnuna kollha li ttina l-Federazzjoni tal- Futbol Albaniża. Għalkemm fil- grupp li konna fih aħna, Grupp I, kien hemm timijiet b'saħħithom fosthom il-Portugall, id-Danimarka u s-Serbja, kont nemmen li bl-iskwadra li nippossjedi, stajna tabilħaqq niksbu din il-kwalifikazzjoni storika. Sinċerament, ngħidlek li bżajt li din il-kwalifikazzjoni setgħet tabilħaqq taħrabilna minn idejna fit-telfa ta' 2-0 ġewwa darna kontra r-rivali, is-Serbja. Iżda mbagħad serraħt rasi mill- kwalifikazzjoni fir-rebħa konvinċenti ta' 3-0 barra minn darna konta l-Armenja fl-aħħar ġurnata ta' dan il- Grupp, fil-11 ta' Ottubru li għadda. Kif qed tħares lejn Euro 2016? Rigward Euro 2016 nafu li din il-kompetizzjoni mhux se tkun faċli għalina bħala tim nazzjonali Albaniż, iżda għal darb'oħra nerġa' ngħidlek li nemmen ferm fil-qawwa u fl-għaqda tat-tim tiegħi, u nemmen li nistgħu nkunu sorpriża. Kif tidedskrivi lill-kowċ tat-tim nazzjonali Malti, Pietro Ghedin? Pietro Ghedin huwa ħabib kbir tiegħi u matul din is-sena stess, kelli ċ-ċans li niltaqa' miegħu f 'Malta, fejn anki segwejt xi logħbiet mill- Kampjonat BOV Premier. Nemmen ħafna fil-kapaċitajiet ta' dan il-kowċ li għandu CV ferm attraenti u esperjenza wiesgħa fil-qasam tal-kowċing. Għalkemm sfortunatament ir-riżultati ma waslux, nemmen li l-wirjiet tat- tim nazzjonali Malti taħt it-tmexxijja mill-aqwa tiegħu tjiebu ferm. U anki għalkemmm il-punti ma waslux, wieħed ma jistax ma jsemmix l-aħħar riżultat li kiseb it-tim nazzjonalli Malti, fejn għalkemm tilef kontra l-Kroazja, sofra biss telfa minima ta' 1-0. Tajjeb niftakru li t-tim nazzjonali Kroat huwa wieħed mill-aqwa timijiet nazzjonali fid-dinja bħalissa, mimli bi stilel u ġganti tal-futbol mondjali. Wara dan kollu taħseb li l-MFA għandha ġġedded il-kuntratt tal- istess Pietro Ghedin li jintemmlu f 'Diċembru li ġej? Nemmen li l-MFA għandha tħares lejn il-kontinwità billi ġġedded il-kuntratt tal-kowċ Pietro Ghedin fit-tmun tat-tim nazzjonali Malti. Nemmen li fil-futur qrib taħt it- tmexxija ta' Ghedin, mhux biss il-wirjiet se jibqgħu ikunu tajbin, iżda nemmen ukoll li finalment it-tim nazzjonali Malti jista' jibda jikseb il- punti tant mixtieqa billi jgħeleb timijiet nazzjonali iktar ikkwotati minnu. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, għandek pjanijiet li żżur Malta fil-futur qrib? Iva, fil-fatt ftit tal-ġimgħat oħra se nkun qed inqatta' ftit żmien f 'Malta, biex nistudja l-Ingliż ġewwa skola tal- Ingliż li tinsab hemmhekk. "Din il-kwalifikazzjoni storika waslet ukoll grazzi għall-għaqda kbira li tirrenja bejn il-plejers kollha u l-għajnuna kollha li ttina l-Federazzjoni tal-Futbol Albaniża" Għalkemm fil- grupp li konna fih, kien hemm timijiet b'saħħithom bħall-Portugall, id-Danimarka u s-Serbja, kont nemmen li stajna tabilħaqq niksbu din il-kwalifikazzjoni storika