Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/594534
Il-Ħadd 01 ta' Novembru 2015 | illum 3 għall-Pulizija, l-avukati tal-għajnuna legali u tobba Support Malta tistaqsi għalfejn il-pulizija mhux qed jużaw id-deskrizzjoni li tagħtihom il-liġi li jarrestaw lill-persuna akkużata b'aggressjoni. Minn naħa tiegħu l-eks Kummissarju Zammit kien għamilha ċara li kull rapport simili għandu jsir dak il-ħin stess, u bi kliem il-persuna li tkun qed tagħmel ir-rapport biex ma jitħalla xejn barra. Dan in-nuqqas ta' gwida jidher li ħalla s-sitwazzjoni miftuħa beraħ għal abbużi jew sitwazzjonijiet fejn il-vittmi ħassew li ma kinux protetti biżżejjed. Fil-fatt ir-rapport isemmi diversi każijiet, fosthom ta' aggressur, li għax kien ħabib tal-pulizija ma kienx ordnat ineħħi l-armi mid-dar. F'każ ieħor vittma tagħmel allegazzjoni serja u tgħid li 'kien hemm hemm id-drogi tiegħu fuq il- komodina u l-Pulizija għażlu li jinjorawhom. Jekk il-Pulizija mhux qed tagħmel xogħolha, jien u uliedi kif nistgħu nħossuna siguri?' L-avukat jaqtagħlha fil-qasir Iżda r-rapport imur lil hinn mill-ħidma tal-Pulizija u jispjega kif f 'xi każi, meta vittma tmur għand avukat tal-Għajnuna Legali għax ma jkollhiex il-mezzi biex tħallas għal avukat hi, dan jaqtagħlha fil-qasir u u ma jispjegalhiex x'ikun qed jiġri. Aktar minn hekk, ir-rapport jgħid li m'hemm l-ebda linji gwida li jirregolaw is-servizz li jingħata mill-avukati tal-għajnuna legali u jekk vittma ma tkunx kuntenta bis-servizz li jingħata mill-avukat, m'hemmx proċeduri stabbiliti ta' ilmenti. Ir-rapport ifakkar kif f 'kawża kriminali l-akkużat jingħata l-għajnuna legali anke jekk ma jafx li għandu dritt għaliha filwaqt li l-vittma trid tagħmel it-talba hi stess biex tingħata l-istess għajnuna. Ir-rapport jagħmel lista ta' sitwazzjonijiet li jiffaċċjaw vittmi u li jeħtieġ ikunu indirizzati, fosthom li f 'xi każijiet l-imħallfin jieħdu deċiżjoni dwar rikors għal kura u kustodja, aċċess jew manteniment mingħajr ma jisma' lill-partijiet, li l-vittma ma tingħatax kopja tal-att tal-akkuża u għalhekk l-avukat ma jkunx jista' jipprepara ruħu, kif ukoll każijiet fejn vittma li tkun għamlet iktar minn rapport wieħed titla' l-Qorti mingħajr ma tkun taf fuq liema każ se titkellem. Dan apparti, n-nuqqas ta' sigurtà fil-bini tal-Qorti tal- familja. Għalhekk ir-rapport jirrakomanda li l-Qorti għandha dejjem tagħmel seduta qabel ma tiddeċiedi fuq kwistjonijiet ta' kustodja, aċċess jew manteniment, li l-vittma għandha tkun dejjem infurmata bid-dritt tagħha li jkollha avukat tal-għajnuna legali u li għandu jkun hemm 'sentencing policy' li tirrifletti s-serjetà tal-każijiet ta' vjolenza domestika. Il-Qorti mhux qed tkompli l-każ minkejja l-maħfra Ir-rapport jirriżerva wkoll kritika pjuttost qawwija lejn il-Qrati, l-aktar fejn tidħol il-kwistjoni ta' meta l-vittma taħfer lill-agressur. Fil-fatt, filwaqt li jfakkar kif bid-dħul tal-liġi tal-vjolenza domestika il-Qorti ngħatat il-poter li tkompli tisma' l-każ, minkejja li l-vittma taħfer lill-agressur, 'dan ma jsirx.' Ir-rapport jikkwota l-frustrazzjoni ta' pulizija li jilmentaw kif wara x-xogħol li jkunu ħadu biex iressqu lill-agressur, il-vittma taħfer u l-Qorti ma tkomplix tisma l-każ. Għalhekk kemm ir-rapport kif ukoll Roberta Lepre qed jirrakkomandaw li 'idealment, fejn ikun hemm evidenza b'saħħitha, il-Qorti għandha tkompli l-każ minkejja l-maħfra tal-vittma.' Ħames snin tistenna post tal- gvern...għalxejn Ir-rapport iżda ma jieqafx hemm u jikxef ukoll nuqqasijiet kbar fil- konfront tal-vittma anke fejn jidħol 'housing'. Fil-fatt ir-rapport jikkwota vittma tgħid li "ilni nistenna għall- akkomodazzjoni soċjali ħames snin. Ma jridux jipproċessaw ir-rikjesta tiegħi għax nofs id- dar li qiegħed fiha hu, qiegħda f 'ismi." Fil-fatt ir-rapport jispjega kif preżentament hija l-vittma li jkollha toħroġ mid-dar, xi ħaġa li qed toħloq problemi ta' housing soċjali, sigurtà u xelters li mhux qed ilaħħqu mad-domanda. Ir-rapport ikompli jfakkar kif fid-dawl tal-fatt li mhux kull vittma għandha l-possibilità li tmur taħdem, numru minnhom qed jispiċċaw vittimizzati ħajjithom kollha. 'Numru ta' vittmi qed iħossu li r-realtà tagħhom sar il-faqar, qed ikunu kostretti jmorru ġo xelter u jħallu kollox warajhom filwaqt li l-agressur jibqa' d-dar, iżomm d-dħul finanzjarju u jibqa' għaddej bil-ħajja ta' kuljum." Dwar dan, ir-rapport qed jirrakomanda li għandha tingħata għajnuna lill-vittmi li ġejjin minn familja li għandha l-mezzi, iżda fejn din ma tistax titlaq mid-dar għax tispiċċa b'xejn, dan il-benefiċċju jiġi rifuż meta jinqasmu l-assi. It-tobba bla gwida wkoll Bħall-Pulizija u bħall-avukati tal-għajnuna legali, it-tobba wkoll m'għandhom ebda tip ta' gwida ta' x'jeħtieġ jagħmlu jekk ikollhom każ ta' pazjent li jkollu ġrieħi b'riżultat ta' vjolenza domestika 'u jkollu jaħdem skont il-kuxjenza u jiddeċiedi hu jirreferix il- pazjent għal servizzi oħrajn.' Filwaqt li jfaħħar is-servizz ġdid imniedi fl-Isptar Mater Dei msejjaħ 'Sexual Assualt Response Team' li twaqqaf f 'Marzu 2014, ir-rapport jirrakomanda li kull vittma li ssofri minn ġrieħi sforz vjolenza domestika, għandha tkun irreferuta lil tabib fiċ- ċentru tas-Saħħa, filwaqt li f 'każijiet ta' vjolenza sesswali għandha tintbagħat għas- servizzi tal-ġinekoloġija. Tfal suwiċidali u xorta ma jingħatawx l-għajnuna Naturalment sitwazzjoni u ambjent vjolenti jħalli l-marka tiegħu fuq it-tfal ukoll. Jidher li din il-marka mhix biss waħda fiżika iżda wkoll waħda psikoloġika, fejn lanqas huma mhuma kompletament protetti mill-liġi kif inhi fil-preżent. Dan minħabba li llum, it-tfal ma jistgħux jingħataw terapija mingħajr il-firma taż-żewġ ġenituri, anki jekk wieħed minn dawn ikun l-agressur. Ir-rapport ikompli jgħid li kien hemm każi ta' tfal u adolexxenti li jkunu suwiċidali u xorta jibqgħu ma jingħatawx għajnuna għax l-agressur ma jkunx irid jiffirma. InTanT ma' din il-gazzetta, id-Depu- tata Laburista Deborah Schembri qalet li minn meta nbidel il-Kummissarju tal-Pulizija, hija għamlet kuntatt mal- Kummissarju l-ġdid Michael Cassar, li minn naħa tiegħu wera' ruħu dis- ponibbli li jiltaqa' mal-Kumi- tat biex ikomplu d-diskuss- jonijiet dwar kif se jkunu implimentati r-rakkoman- dazzjijiet tar-rapport. In-nuqqas ta' linji gwida jfissru li xi nisa jqattgħu ħajjithom vittimizzati "Kostretti jmorru ġo xelter u jħallu kollox warajhom filwaqt li l-agressur jibqa' d-dar, iżomm id-dħul finanzjarju u jibqa' għaddej bil-ħajja ta' kuljum" "Hemm każi ta' tfal u adoloxxenti li jkunu suwiċidali u xorta jibqgħu ma jingħatawx għajnuna għax l-agressur ma jkunx irid jiffirma"