Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/594534
quddiem l-Emirates, Etihad, il- Qatar Airways u anke Singapore Airlines, lkoll linji tal-ajru kbar bi programm estensiv ħafna ta' rottot. "Tant kibret it-TK bħalissa illi tinsab f 'pożizzjoni fejn tista tgħin jew saħansitra ssalva kumpaniji tal-ajru ta' daqs żgħir u medju, li mhux għaddejjin tajjeb ħafna, "bħall- Airmalta." Il-Codeshare mal-Etihad tqajjem ħafna interess Qbil ta' 'codesharing' isir ħafna bejn linji tal-ajru u prattikament huwa qbil bejn żewġ linji tal-ajru li joperaw numru ta' rotot taħt isem xulxin. Is-sors li tkellem magħna fakkar illi hemm ħafna ftehim simili bejn l-Airmalta u linji tal-ajru oħrajn, "iżda l-aktar waħda li tqajjem interess huwa l-codesharing li għandha l-Airmalta mal-Etihad (EY). L-ispekulazzjoni hija ġustifikata għaliex l-EY ma toperax lejn Malta u l-Airmalta ma toperax lejn Abu Dhabi. "Mela għalfejn hemm qbil ta' codesharing għal titjiriet tal- Airmalta li lanqas biss jgħaqqdu liż-żewġ pajjiżi direttament?" Jkompli jfakkar illi l-Etihad kienet qalet illi l-għan tal-qbil kien biex jesponi aktar is-suq Malti għal dawk l-Awstraljani ġejjin lejn il-kontinent Ewropew. Imma s-sors li tkellem magħna iddeskriva din ir-raġuni bħala waħda "bla sens". "Kieku l-AirMalta riedet tibda qbil codeshare biex tingħaqad ma' titjiriet għall- Awstralja, kellha numru kbir ħafna ta' kumpaniji li kienu jkunu lesti li jagħmluha u li joperaw minn u lejn l-Ewropa ta' kuljum." Mhux iċ-Ċina...imma min fiċ- Ċina huwa interessat Meta l-ILLUM staqsa jekk jistax ikun illi tkun linja tal-ajru Ċiniża li tieħu l-pass li ssir sieħeb strateġiku tal-Airmalta s-sors li tkellimna miegħu qal illi aktar milli jekk iċ-Ċina, bħala pajjiż, hux interessat jew le fl-Airmalta, l-mistoqsija għandha tkun: Liema linja tal-ajru fiċ-Ċina hija fl-aħjar pożizzjoni illi tissieħeb mal- linja Maltija? "Mingħajr dubju ta' xejn," kompla jispjega "hemm il-linja nazzjonali taċ-Ċina, l-Air China, li probabilment turi interess qawwi. Imma dan definittivament ma jeskludix linji oħrajn kbar fiċ-Ċina, bħal m'huma China Easter Airlines, China Southern Airlines u ċ-China Airlines, li joperaw minn u lejn it-Tajwan. "Iktar minn hekk wieħed jeħtieġ jiftakar li hub f 'Malta ikun ta' benefiċċju għaċ-Ċiniżi, fid-dawl tal-investiment li qed isir minnhom fl-Ewropa u f 'diversi partijiet tal-Afrika. Apparti dan, riċentament, iċ-Ċina żvelat pjanijiet għall- industrija tal-bini tal-ajruplani, li tista tfisser diżastru għall- Airbus u l-Boeing. Inizjattiva oħra biex ipoġġu saqajhom fil- bieb hija billi jixtru jew jinvestu f 'linja tal-ajru żgħira u li qed tbati imma li tinsab f 'lokazzjoni perfetta, bejn l-Ewropa u l-Afrika. U liema hi dik il- kumpanija? L-Airmalta." Jidher għalhekk illi hemm bosta fatturi li se jilgħabu parti fid-deċiżjoni finali ta liema kumpanija tkun attirata biżżejjed lejn l-Airmalta illi tinvesti fiha. Iżda l-aktar fattur illi jidher li se jkun qed jilgħab parti importanti huwa dak ġeografiku. Forsi mhux b'sorpriża illi dak li qed jipprova jagħmel il-Gvern preżenti fil- marittimu, sforz il-lokazzjoni ċentrali jinfirex lejn l-avjazzjoni u permezz ta' investiment barrani l-Airmalta tkun salvata fl-istess ħin li tinħoloq niċċa ekonomika li tista tħalli fil-pajjiż miljuni kbar ta' ewri. Il-Ħadd 01 ta' Novembru 2015 | illum 7 "Il-fatt li Malta hija eżattament fiċ-ċentru tal-Mediterran tkun xi ħaġa pjuttost konvenjenti għall- mudell 'Airmalta- operata mit-Turkish Airlines" JMMJÉFO[KBUBMNVUVSJĸHåBS 4BDD5JOĸFMHåBM ŵ #Budget2016 strateġiku tal-Air Malta? Membri tal-Cabin Crew tal-linja nazzjonali Ċiniża, Air China Għada f 'Reporter F'REpoRtER ta' għada, Saviour Balzan jintervista lis-Segretarju parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne, it-theddida tal-ikel ipproċessat wara r-rapport tal- organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa u l-kwistjoni tal-iffriżar tal-embrijuni. Immedjatament wara, Balzan jintervista lill- Ambaxxatriċi Amerikana Gina Abercrombie Winstanley fejn fost l-oħrajn jitkellem dwar il-kontroversja li Malta ma ffirmatx il-ftehim ta' SOFA, ftehim li jippermetti ċittadini Amerikani li jiġu pproċessati quddiem Qorti Amerikana. Reporter, għada fl-10.05pm fuq TVM b'ripetizzjoni t-Tlieta fis-1.30pm fuq TVM2. Għexieren ta' proġetti mistennija jkunu konklużi fil-ġimgħat li ġejjin IS-SEgREtaRju parlamentari għall- presidenza uE 2017 u l-Fondi Ewropej Ian Borg ħabbar li għexieren ta' proġetti ffinanzjati minn Fondi Ewropej mistennija jkunu konklużi fil-ġimgħat li ġejjin sabiex b'hekk l-Fondi Ewropej allokati lil pajjiżna għal- perjodu 2007-2013 ikunu assorbiti kollha sal-aħħar ta' din is-sena. Huwa qal dan f 'konferenza stampa li ta ġewwa Vjal il- Ħaddiem fir-Rabat fejn kien qed iżur proġett konġunt bejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u Transport Malta li se jkun qed jara madwar €5 miljuni f 'fgondi Ewropej investiti f 'madwar 10km li jinkludu partijiet fir-Rabat, l-Imtarfa, il-Baħrija kif ukoll taħt l-Imdina. Huwa qal li x-xogħol li qed isir bħalissa f 'dawn iż-żoni se jintroduċi sistema ġdida fid-distribuzzjoni tad-drenaġġ u se jingħata wiċċ ġdid lil din it-triq li tgħaqqad in-naħat kollha flimkien u li hija tant utilizzata. Is-Segetarju Parlamentari Borg irrefera wkoll għal-proġett ieħor fil-viċinanzi, fiż-żona tan-Nigret fir-Rabat, li se jkun qed jittrasforma r-rounadabout eżistenti f 'impjant favur il- konservazzjoni tal-ilma. Dan kollu se jikkontribwixxi għal riġenerazzjoni sħiħa taż-żona msemmija. Is-Segretarju Parlamentari Borg ikkonkluda billi qal li dawn il-proġetti se jfissru differenza kbira f 'ħajjet in- nies tal-inħawi u reġa' tenna kif permezz ta' dan u diversi proġetti oħra fl-aħħar sentejn biss il-gvern se jkun assorba kważi €700M Fondi Ewropej.