Illum previous editions

ILLUM_01 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/594534

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 39

36 illum Il-Ħadd 01 ta' Novembru 2015 SportSillum Clayton Pisani jerġa' jagħmel isem għal pajjiżna Ir-referI internazzjonali tal-fIfA Clayton Pisani, ftit tal- jiem ilu reġa' għamel isem għal pajjiżna meta kkontrolla logħba valida mill-fażi tal- gruppi tal-UefA europa League, bejn il-Portugiżi ta' Sporting Club de Portugal u l-Albaniżi ta' Skenderbeu, bil- Portugiżi joħorġu rebbieħa bl-iskor kbir ta' 5-1. Tajjeb ngħidu li din kienet l-ewwel darba li referi Malti kkontrolla logħba f 'dan l-istadju tal-kompetizzjoni prestiġjuża tal-UefA europa League, xi ħaġa li tkompli tkabbar l-importanza ta' dan l-appointment li Clayton Pisani, flimkien mal- assistenti tiegħu ngħataw mill-UefA. Il-gazzetta ILLUM għamlet kuntatt mal-istess referi internazzjonali Malti, immedjatament wara li rritorna minn Lisbona fil-Portugall, biex jagħti l-ewwel kummenti rigward din l-esperjenza mill-aktar memorabbli li kellu fil- karriera mill-aqwa ta' referi tiegħu. Huwa spjega kif, "Kull logħba fix-xena Ewropea hija opportunità kbira, għax tkun qed iġġor il-bandiera Maltija fost dawn il-pajjiżi kbar. Dawn l-esperjenzi uniċi jiġu grazzi għall-isforz ta' ħafna nies, flimkien ma' ħidma u mpenn kemm min-naħa tiegħi kif ukoll minn dawk ta' madwari. Bla dubju li tirrefja fil- fażi tal-gruppi tal-UEFA Europa League, fejn ikun hemm timijiet ta' ċertu livell hija ta' prestiġju kemm għalija kif ukoll għall-kollegi tiegħi." Ir-referi Pisani kompla jispjega kif kien ilu jaf minn ġimagħtejn qabel il-logħba, li kien se jkun qed jirrefja logħba mill-fażi tal-gruppi tal-Europa League fit- tielet ġurnata (Match Day 3), iżda mbagħad b'mod kunfidenzjali, ġie mgħarraf liema logħba kellu jirrefja ftit jiem biss qabel. Għalhekk, spjega kif it-tim ta' referis irid ikun dejjem ippreparat kemm mil-lat fiżiku kif ukoll mil-lat mentali għal kull eventwalità li tista' tinqala'. "Din il-logħba fissret ħafna mhux biss għalija imma wkoll għas-settur tar-refereeing Malti. Dan għaliex juri li għalkemm ġejjin minn pajjiż żgħir, għandna reputazzjoni tajba mal- UEFA. Għalkemm forsi bħala referi ewlieni nidher aktar jiena fil-logħba, it-tim ta' uffiċjali li nkun imdawwar bihom huma ta' importanza kbira," kompla jgħid Pisani. Il-logħba bejn Sporting CP kontra Skenderbeu, kienet l-ewwel logħba li fiha, bħala sitt referis Maltin, kienu fil-livell ta' gruppi tal-Europa League. It-tim ta' referis kien jikkonsisti minn żewġ assistenti referis li kienu Alan Camilleri u Mitchell Scerri, żewġ referis addizzjonali li kienu Marco Borg u Philip Farrugia, ir-raba' uffiċjal kien Edward Spiteri, u ovvjament Clayton Pisani bħala referi prinċipali. Clayton Pisani kompla jitkellem dwar x'jinvolvi għal referi biex jirrefja partita bħal din u qal li, "Peress li kienet l-ewwel darba għalina, il-pressjoni kienet kbira. Għalhekk, l-għajnuna u l-kollaborazzjoni ta' dawn il-kollegi tiegħi kienet ħafna utli u ta' sapport għalija qabel, waqt u wara l-logħba. Dawn il-logħbiet ikunu aktar diffiċli għar-referi u l-assistenti tiegħu għax il-veloċità u l-kreattività tal-plejers hija kbira. Ovvjament għalkemm logħba hija twila siegħa u nofs, wara jkun hemm ħafna ħidma." Ir-referi internazzjonali Malti temm billi sostna kif, "Ħafna referis f 'dan il- livell ikunu professjonali, iżda aħna għalkemm m'aħniex, nagħmlu l-almu kollu tagħna biex ikollna attitudni professjonali. Dan grazzi għas-sapport kontinwu tad-Dipartiment tar-referis, taħt it-tmexxija tas-Sur Adrian Casha u l-kumitat tar-referis." Reporter, għada -10.05pm fuq TVM b'ripetizzjoni t-Tlieta s-1.30pm fuq TVM2. F'Reporter ta' għada, Saviour Balzan jintervista lis-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne, it-theddida tal- ikel ipproċessat wara r-rapport tal-Organizzazzjoni Dinjija għas- Saħħa u l-kwistjoni tal-iriżar tal- embrijuni. Immedjatament wara, Balzan jintervista lill-Ambaxxatriċi Amerikana Gina Abercrombie Winstanley fejn fost l-oħrajn jitkellem dwar il-kontroversja li Malta ma rmatx il-ftehim ta' SOFA, ftehim li jippermetti ċittadini Amerikani li jiġu pproċessati quddiem Qorti Amerikana. Il-laħam proċessat, l-embrijuni friżati u s-SOFA Agreement It-tim ta' referis Matin fil-Portugall: Clayton Pisani, Alan Camilleri, Mitchell Scerri,Marco Borg, Philip Farrugia, u Edward Spiteri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_01 Novembru 2015