Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/594534
24 illum | Il-Ħadd 01 ta' Novembru 2015 L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt Ittri Il-KNPD u l-Hub għall-persuni b' diżabilità Il-Professur Marie Alexander Qed nikteb biex naqsam magħkom il-ħsibijiet tiegħi dwar żewġ issues fil-qasam tad-diżabilità, issues li qed iħassbuni mhux ftit. L-ewwel waħda tirrigwardja r-rappreżentanza tal-persuni b'diżabilita' fuq il-kumitat tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità (KNPD). Għal żmien twil, u skont kif titlob il-liġi, il-kumitat tal-KNPD kellu maġġoranza assoluta ta' membri b'diżabilità. "Mill-inqas nofs l-għadd totali tal-membri tal- Kummissjoni għandhom ikunu persuni b'diżabilità jew membri tal-familja ta' persuni b'diżabilità li ma jkunux jistgħu jirrappreżentaw lilhom infushom. Dawk il-membri għandhom jirrappreżentaw tipi differenti ta' diżabilità" (KAP 413 L-ATT I tal-2000, kif emendat bl-Avviż Legali 426 tal-2007; u bl-Atti II u XXIV tal-2012. - Taqsima V 21 (2)). Sfortunatament, wara li rtira s-Sur Camilleri, dan ma baqax il-każ. Jien stess, bħala rappreżentanta tal- Università ta' Malta, ma kontx membru b'diżabilità. Barra minn dan, il-kumitat lanqas kellu taħlita ta' membri b'diżabilitajiet differenti - per eżempju ma kienx hemm persuni b'nuqqas ta' smigħ. Fil- fatt, il-kumitat jikkonsisti f 'bosta membri tal-familja ta' persuni li ma jistgħux jirrappreżentaw lilhom infushom. Dan għalkemm nafu li hemm bosta persuni, ukoll b'diżabilità severa ħafna, li huma kapaċi jirrappreżentaw kemm lilhom infushom kif ukoll lil persuni b'diżabilitajiet oħra, u li wrew li huma kompetenti bħala leħen sod favur id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità. Dan in-nuqqas ta' rappreżentanza ta' persuni b'dizabilità fl-għola forum ta' din ix-xorta f 'pajjiżna kien l-ikbar diżappunt tiegħi bħala membru fuq il-KNPD - u mhux l-ewwel darba li semmejtu fil-laqgħat. Minn hawnhekk qed nagħmel appell biex il- kumitat il-ġdid tal-KNPD jerġa' jkun kompost fil- maġġoranza assoluta tiegħu minn persuni b'diżabilità u mhux minn nies bla diżabilità. It-tieni issue li nixtieq inqajjem huwa l-proġett propost ta' Disability Hub fl- inħawi tan-Naxxar. Nirreferi hawn għall-istqarrija li ġie rrapportat li ħareġ is-Sur Oliver Scicluna, bħala Chairman tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità (KNPD) dwar din il-proposta. Nixtieq niċċara li din l-istqarrija ma tirrappreżentax dak li ġie diskuss fil-laqgħat tal-KNPD sal-aħħar laqgħa tal-5 ta' Ottubru peress li qatt ma ġie diskuss dan is-suġġett waqt il-laqgħat tal-KNPD. Forsi lanqas ma hu verament dak li qal is-Sur Scicluna. L-istqarrija żgur ma tirrappreżentax dak li naħseb jien personalment li kont membru tal-KNPD sad-9 ta' Ottubru ta' din is-sena, meta l-kumitat tal-KNPD eżistenti wasal fi tmiem it-termini tiegħu u għalhekk ġie xolt sabiex jiġi appuntat kumitat ġdid. Naturalment, ma nistax nitkellem f 'isem is-Sur Scicluna, li forsi ħassu personalment marbut għal raġunijiet varji li jagħmel l-istqarrija favur il-proposta tal-Hub. Jista' jkun hemm min irid ċentru biex il-persuni jinqdew minn post wieħed (forsi bħal sptar) bil-bonus ta' servizzi bħal swimming pool u gym ukoll. Però issemmiet ukoll residenza u forsi ma ġietx iċċarata għal kollox peress li b'xi mod marbuta mar-residenza żgħira li nfetħet fil-komunità tas-Siggiewi. Jekk, kif ikkonkludew is- Sur Camilleri u xi oħrajn, se jkun hemm residenzi zgħar iċċentralizzati f 'post wieħed, insibha diffiċli nifhem kif dan seta' kien suġġeriment ta' persuni b'diżabilità, jew ta' persuni li ġenwinament jirrappreżentawhom. Għalhekk tkellem is-Sur Camilleri minħabba li kien ġa saħaq kontra l-idea li tikkostitwixxi ħmar il- lejl għal ħafna persuni b'diżabilità severa. Naħseb li l-Onorevoli Caruana, kif għamlet fid- diskussjonijiet dwar il-Liġi tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija qabel it-Tielet qari, meta tat widen lill-persuni b'nuqqas ta' smigħ li jużaw il-lingwa, terġa' tagħti widen għall-istakeholders ewlenin, ċoé, il-persuni b'diżabilità, u naraw trasformazzjoni tal-idea tal-hub fi proġett li verament jirrifletti x-xewqat u l-aspirazzjonijiet tal-persuni b'diżabilità u l-familjari tagħhom. Nawgura, u jien nemmen, li dawn iż-żewġ issues jistgħu jiġu riżolti malajr u b'mod ġust għal ġid tal-persuni b'diżabilità kollha. "Niċċara li din l-istqarrija ma tirrappreżentax dak li ġie diskuss fil- laqgħat tal-KNPD sal-aħħar laqgħa tal-5 ta' Ottubru...forsi lanqas mhu verament dak li qal is-Sur Scicluna" Amber tkanta lill-Immakulata ta' Bormla Id-devotI ta' Marija Immakulata, d-dilettanti tal-festi u l-kollezzjonisti tal-innijiet Marjani jew devozzjonali Maltin għandhom sorpriża. Il- kantanta brava u tant popolari, rebbieħa tal-aħħar festival "Song for europe" bil-kanzunetta "Warrior", Amber, għadha kif irrekordjat fuq żewġ innijiet marjani mill-aktar popolari. "Omm Beltna", mużika ta' Ray Sciberras fuq poeżija ta' Sunny Aquilina kien ġie miktub fl-1994, f 'għeluq – il 50 sena mill-Pellegrinaġġ memorabbli bl-istatwa devota u artistika tal-Immakulata Kunċizzjoni ta' Bormla u l-kwadru titulari meqjum fl-istess parroċċa. Dan il- pellegrinaġġ kien sar fid-19 ta' Novembru 1944, bħala ringrazzjament fi tmiem it-tieni gwerra dinjija. Il- pellegrini, flimkien mal- istatwa u l-kwadru kienu mxew mill-Bażilka ta' Sant'Elena f 'Birkirkara sal- Kolleġġjata ta' Bormla. "Fil-Kuruna Dehbiena Fuq Rasek", magħruf ukoll bħala l-innu taċ-ċentinarju, għandu wkoll mużika u kliem tad- duo Sciberras Aquilina. Dan l-innu jagħmel parti mill- Kantata "Ave Maria Regina et Mater", xogħol l-istess kompożitur u awtur miktuba fis-sena 2005, fl-okkażjoni t'għeluq il-mitt sena mill- Inkurunazzjoni tal-kwadru titulari. Din is-cd hija maħruġa mill-kompożitur stess u tista' tinxtara minn dawn il-postijiet għal prezz nominali ta' €6: Ċentru 19 ta' Novembru, Bormla u Hillside Bazaar, Bormla Min irid jista' wkoll jagħmel kuntatt dirett ma' Ray Sciberras billi jibgħat e.mail fuq raysciberras62@gmail. com. Tista' wkoll iċċempel fuq in-numri 2122 1710 jew 7904 6647. il-kantanta Amber L-istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni ta' Bormla