Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/594534
Il-Ħadd 01 ta' Novembru 2015 | illum 15 Fil-fatt beda biex jgħidli l-istorja wara l-ewwel ritratt, dak tal-Gozo Channel ħiereġ mill-port tal-Imġarr, fejn qalli li mar eżatt fi tlugħ ix-xemx ħalli din tħalli effett ta' kulur dehbi fuq il-ġebel. Irrakuntali wkoll ir-ritratt li ħa tal-Blue Lagoon minn ġo għar li kellu riħa kbira ta' urina li jħallu n-nies warajhom, "Mort fil-bidu tas-sajf fit-8 ta' filgħodu meta ma kien hemm ħadd biex ġbidt dak ir-ritratt." Anthony qalli wkoll li hu meta kien żgħir, kien persuna avventuruża fejn kien iħobb jixxabbat ma' blat u l-kosta ta' Għawdex darha xi tliet darbiet qabel iddeċieda li jistampaha fuq il-ktieb li ħareġ. "Indunajt li r-ritratti li jidhru ta' Għawdex huma dejjem l-istess, it-tieqa tad-Dwejra, ix-Xatt l-aħmar, ix-Xlendi min-naħa ta' fejn hemm in-nies joqogħdu eċċ eċċ. Għalhekk iddeċidejt li nuri l-kosta minn angolu ieħor. Fejn ix-Xlendi domt siegħa tielgħa fuq l-irdumijiet u ġbidt il-bajja u l-kantra minn hemm fuq." Il-ktieb li fih madwar 83 ritratt magħżula mill- eluf ta' ritratti li ħa, u tliet snin ta' ġbid juri l-kosta kollha fejn jibda mil-Lvant ta' Għawdex bil-vapur dieħel fil-port u jispiċċa bil-vapur ta' Għawdex ħiereġ mill-port. Bla dubju kapulavur li għandu jkun parti mil-librerija ta' kull persuna Għawdxija iżda anke ta' dawk Maltin. Ikun interessanti li dawk li jħobbu jimxu, jistgħu jimxu mal- vjaġġ li Anthony Grech offra fil-ktieb tiegħu madwar il- kosta Għawdxija. Grech fil-fatt uża l-parti tal-aħħar tal-ktieb billi wkoll dar mal-kosta ta' Kemmuna, "għax Kemmuna hi parti minn Għawdex" qalilna Anthony. Hu kompla jgħidli li Għawdex hu ħaj, "hemm postijiet li jinbidlu b'mud slides minn sena għall-oħra" Qalli wkoll li biex ġibed ir-ritratt ta' Mġarr ix-Xini kellu jistenna lil Brad Pitt u Angelina Jolie jitilqu. "Hu vjaġġ viżwali," kif isejjaħlu Anthony, "fejn trid tisraq il-mument għax la darba jitlaq il-mument ma jerġa jiġi qatt." Qalli wkoll li huma l-ħafna li qed jixtrul-ktieb, sew Għawdxin u anke barranin li jgħixu Għawdex fejn jeħduh barra l-pajjiż biex juru lil qrabathom fejn qed jgħixu u xi ġmiel hemm Għawdex. Biex wieħed jakkwista dan il-ktieb li jiswa €35 kulma jrid jagħmel hu li jibgħat email lil Anthony Grech fuq:grech.anthony@gmail. com mal-kosta Għawdxija mil-lenti ta' kamera "Ridt nuri li Għawdex hu iżjed mit-tieqa tad- Dwejra" "Wara kull ritratt hemm storja" Ix-Xlendi u l-Kantra minn angolazzjoni ferm differenti mis-soltu Ritratt tad-Dwejra minn perspettiva differenti