Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/594534
38 illum | Il-Ħadd 01 ta' Novembru 2015 SportSillum Il-moħħ wara l-kwalifikazzjoni storika Gianni De Biasi - kowċ ta' fama mondjali, li m'hemmx dubju li l-ġurnata tal- Ħadd 11 ta' Ottubru 2015, se tibqa' mmarkata b'ittri tad-deheb fil-karriera tiegħu ta' kowċ, hekk kif it-tim nazzjonali Albaniż immexxi minnu kiseb kwalifikazzjoni storika għal Euro 2016. Ma' liema timijiet kont tilgħab bħala plejer? Jien bdejt il-karriera professjonali tiegħi fil-futbol fl-Italja ma' Inter, fejn kont parti mill-ewwel tim. Madankolu qatt ma lgħabt man-Nerazurri u fl-1975 ġejt misluf lil Reggiana li dak iż-żmien kienu jimmilitaw fis-Serie C, waqt li sena wara ġejt misluf lil Pescara li kienu għadhom kemm ġew promossi fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Taljan. Fl-1977 ġejt trasferit ma' Brescia bħala kumpens parzjali għat-trasferiment tal- plejer Evaristo Beccalossi mit-tim ta' Inter. Ma' Brsecia lgħabt ħames staġuni sħaħ, b'wieħed minnhom ikun fis-Serie A. Fl-1983 mort nilgħab fi Sqallija, fejn ingħaqadt ma' Palermo. Hemm domt nilgħab magħhom tliet snin. Wara Palermo lgħabt staġun ma' Vicenza u żewġ staġuni ma' Treviso fis-Serie C2. Fl-1990 irtitajt bħala plejer, wara staġun nilgħab ma' Bassano fis-Serie D. Nimxu issa għall-karriera tiegħek mill-aqwa fil-kowċing. Tina d-dettalji kollha rigward din. Fl-1990 sirt il-kowċ tat-tim tal- youths ta' Bassano, waqt li sena wara ġejt appuntat bħala kowċ ta' Vicenza biex immexxi t-tim tal-youths jew aħjar, l-'allievi nazzionali'. Fl-1992 iddebuttajt bħala kowċ tal-ewwel tim ta' Vastese tas-Serie C 2, li llum il-ġurnata huwa magħruf bħala Pro Vasto. Wara li ħallejt lil dan it-tim, ħadt it-tmun ta' Carpi, li llumqed jilagħbu fis-Serie A. Fl-1996 ġejt appuntat bħala kowċ tal-klabb mis-Serie B, Cosenza, iżda tneħħejt minn din il-kariga, propju lejlet il-Milied ta' dik is-sena. Wara, sirt kowċ tat-tim ta' Spal, biex fit-tmiem tal-esperjenza tiegħi ma' dan il-klabb, fis-sena 2000 sirt il-kowċ ta' Modena, fis-Serie C1. Ma' dan it- tim, iktar magħruf bħala l-'canarini', irnexxieli nikseb żewġ promozzjonijiet konsekuttivi fejn irnexxieli nwassal lil Modena lura fis-Serie A, wara xejn inqas minn 38 sena. Ħallejt lil Modena fl-2003, wara li kont mexxejt lil dan il-klabb biex itemm fit-13-il post fil-klassifika tas-Serie A, li kien post rispettabbli, u ħadt it-tmun ta' Brescia. Ma' dan it-tim kelli l-opportunità li nikkowċja lill-istilla u leġġenda tal- futbol Taljan, Roberto Baggio, fl-aħħar staġun tiegħu bħala plejer qabel irtira mill-futbol. Fl-2005 ġejt appuntat bħala kowċ ta' Torino, li dak iż-żmien kienu jilagħbu fis-Serie B mmexxija mill- president Urbano Cairo, li għadu president tal-Granata sal-ġurnata tal-lum. Irnexxieli nwassal lil dan it-tim għall-promozzjoni fis-Serie A wara li fil-play-offs konna għelibna lil Mantova. Madankollu, tliet ijiem biss qabel l-ewwel logħba tal-kampjonat tas-Serie A, tneħħejt minn kowċ biex ħadli posti l-kowċ Alberto Zaccheroni. Iżda fis-26 ta' Frar tal-2007, il-president Urbano Cairo ddeċiedi li jneħħi wkoll lil Zaccheroni mit-tmun ta' Torino biex reġa' sejjaħ lili bħala kowċ fejn inexxieli nwassal lil Torino biex jevitaw ir- relegazzjoni għall-Kampjonat inferjuri tas-Serie B. Fid-9 ta' Ottubru tal-2007 ingħaqadt mat-tim Spanjol ta' Levante fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Spanjol, La Liga. X'kienet l-esperjenza tiegħak ma' dan it-tim? Ma' dan it-tim, dak iż-żmien kien hemm jilagħbu l-plejers kompatrijotti Taljani Damiano Tommasi, Christian Riganò, Marco Storari u Bruno Cirillo. Sfortunatament, f 'dak iż-żmien, dan il-klabb kien qed jaffronta diversi problemi finanzjarji konsiderevoli li wasslu biex fit-'transfer window' ta' Jannar, numru ta' plejers importanti li kienu jiffurmaw is-sinsla tat-tim, ħallew lil dan il-klabb biex ġew trasferiti ma' klabbs oħra aktar ikkwotati. Dan kollu wassal biex it-tim jiġi relegat, iżda ma nistax ma nsemmix li f 'dik is-sena, Levante, irnexxielhom jiksbu diversi rebħiet sorprendenti fejn it-tim immexxi minni wera dixxiplina tattika u kiseb ir-rispett tal-kritiċi u tas-segwaċi tal-futbol Spanjol fosthom dawk ta' Levante. Fil-fatt, f 'waħda mill- edizzjonijiet tiegħu, il-ġurnal popolari sportiv ta' kuljum, 'As' kien innominani bħala l-aqwa kowċ tal-kampjonat ta' dik is-sena. Jidher li t-tim ta' Torino għandu ċertu simpatija lejk, meta fis-16 ta' April tal-2008 erġajt ingħaqadt magħhom. Cristian Antony Muscat Twieled fis-16 ta' Ġunju 1956 f 'Sarmese fi Treviso fl-Italja. Bħala plejer lagħab ma' Reggiana, Pescara, Brescia, Palermo, Vicenza, Treviso u Bassano. Bħala kowċ mexxa lil Bassano, Vicenza, Vastese, Spal, Modena, Brescia u t-tim nazzjonali Albaniż. Fil-11 ta' Ottubru 2015 wassal lit-tim nazzjonali Albaniż biex jikseb kwalifikazzjoni storika għall-Euro 2016. Gianni De Biasi