Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/594534
minn Albert Gauci Cunningham Lura f 'Mejju ta' din is-sena il-Prim Ministru Joseph Muscat kien ikkonferma mal-ġurnal The Times illi l-Gvern qed ifittex mod ta' kif jista jopera l-linja nazzjonali tal-ajru flimkien ma' sieħeb strateġiku. L-istess ġurnal kien irraporta illi kienu qed isiru diversi laqgħat mal-linja tal-ajru Turkish airlines għal sħubija strateġika, li tista tinkludi wkoll privatizzazzjoni. Dwar dawn id-diskussjonijiet ftit li xejn reġa nstema minn naħa tal- Gvern f 'dawn l-aħħar ħames xhur. Intant dan il-ġurnal stess, nhar is-16 ta' Awwissu, kien ippublika l-kummenti tal- President tal-Unjin tal-Cabin Crew Noel Mercieca illi kkwota lill-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis jgħid kif sa Mejju ma kien għad hemm ebda interess minn sieħeb strateġiku fl-Air Malta. Aktar minn hekk, meta mistoqsi minn l-ILLUM dwar diskussjonijiet mat-Turkish Airlines, Mercieca kien qal li l-Ministru Zammit Lewis "dejjem innega" li fil-fatt kienu qed isiru d-diskussjonijiet. Fid-dawl tal-fatt li l-ebda informazzjoni mhi qed tiġi mogħtija, L-ILLUM, flimkien ma' sors b'esperjenza twila fl- industrija tal-linji tal-ajru, ħares lejn numru ta' kumpaniji u liema minnhom, probabilment, ikunu l-iktar interessati li jkollhom "subgħa" fil-linja nazzjonali ta' Malta. Ħarisna wkoll lejn ir-raġunijiet varji għalfejn dawn il-kumpaniji jistgħu jkollhom interess partikolari u għalfejn, fl-aħħar mill-aħħar, jistgħu jaraw il-preżenza tagħhom bħala shareholder tal-Air Malta bħala fattur li jtejbilhom il-profitti. Jidher, skont is-sors li tkellem magħna u li ħadem qrib linji tal-ajru bħall-Air New Zealand, British Airways u anke l-Airmalta, illi l-aktar tliet kumpaniji b'potenzjal ta' interess fil-linja nazzjonali Maltija huma t-Turkish Airlines (TK), Etihad (EY) kif ukoll l-Air China (CA), jew linja tal-ajru oħra ewlenija fiċ-Ċina. It-TK jibqa' l-iktar sieħeb probabli "Jekk qed niffukaw fuq sieħeb strateġiku, iktar milli 'takeover', jew il-bejgħ tal-maġġoranza tal-ishma tal-Airmalta, mela allura hemm ħafna linji tal-ajru li fil-probabilita' kbira se jkunu qed iżommu għajnejhom u widnejhom miftuħin għal dak li qed jiġri fl-Airmalta," sostna s-sors li tkellem mal-ILLUM. Dan iżda mill-ewwel żied jgħid illi "l-aktar linja tal-ajru li probabilment għandha interess tħares lejn l-Air Malta hija t-Turkish Airlines." "Imma għalfejn?" jistaqsi dan il-ġurnal. "L-ewwel u qabel kollox wieħed irid jiftakar illi t-TK bniet karriera twila u ta' suċċess kbir fil-qasam tal-avjazzjoni. Apparti l-fatt li huwa pjuttost riċenti illi żiedet lil pajjiżna fin-netwerk estensiva tagħha. Linji tal-ajru bħat-Turkish Airlines, ma jibdewx joperaw rottot ġodda bl-addoċċ." Imma dan kull linja tal-ajru tagħmlu la qed tieħu deċiżjoni kummerċjali. Allura x'hemm speċjali, jew x'hemm indikattiv f 'li t-Turkish Airlines għamlet studji serji u ddeċidiet li topera rottot minn pajjiżna? Is-sors li tkellem magħna jfakkar kif ftit żmien biss wara li bdiet topera minn Malta it-TK żiedet l-operazzjonijiet tagħha lejn u minn Istanbul fl-istess ħin illi bdew kampanja promozzjonali, b'mod dirett, madwar Malta u Għawdex u permezz ta' diversi mezzi fejn kienu riklamati titjiriet, anke lejn l-Amerika t'Isfel u ta' Fuq. "Dan it-tip ta' riklamar ftit li xejn qatt sar fis-suq Malti, apparti dik id- destinazzjoni l'hawn u l'hemm mill-Emirates (EK)." L-ILLUM, xorta mhux konvint, staqsa għal iktar provi li jissustanzjaw l-argument favur il-linja nazzjonali Torka, bħala l-favorita biex tkun sieħba mal-Air Malta. "Il-fatt li Malta hija eżattament fiċ- ċentru tal-Mediterran tkun xi ħaġa pjuttost konvenjenti għal mudell 'Airmalta-operata mit- Turkish Airlines' għaliex ittejjeb l-konnetitvita' lejn l-Afrika ta' fuq u dik ċentrali, waqt li fl-istess ħin iżżid man-netwerk estensiva li l-kumpanija diġa għandha." Dwar dan ifakkar kif bħalissa t-Turkish Airlines hija "l-unika linja tal-ajru illi tista tiftaħar bl-akbar netwerk madwar id- dinja, quddiem il-kompetituri l-oħrajn fis-suq." Fil-fatt huwa jispjega kif bħalissa din il-linja tal-arju qiegħda saħansitra 6 illum | Il-Ħadd 01 ta' Novembru 2015 ĸJFEB GJMQFOTKPOJKJFU #Budget2016 +8.92 Min se jkun is-sieħeb strateġiku Espert fil-qasam jispjega għalfejn it-Turkish Airlines, l-Etihad u kwalunkwe linja kbira Ċiniża huma fost l-aktar favoriti Membri tal-Cabin Crew tal-linja nazzjonali Torka, Turkish Airlines Membri tal-istaff tat-tieni l-akbar linja tal-ajru fl-Emirati Għarab Magħquda, Etihad