Illum previous editions

ILLUM_01 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/594534

Contents of this Issue

Navigation

Page 39 of 39

illum | Il-Ħadd 01 ta' Novembru 2015 Ritratt tal-ġimgħa Ritratt: Anthony Grech 224 mejta wara li jiġġarraf ajruplan, l-ISIS jgħidu li kienu huma 224 persuna ġew ikkonfermati mejta wara li lbieraħ ġġarraf ajruplan ta' linja tal-ajru Russa fiċ–ċentru ta'Sinaj, fl-Eġittu. L-ajruplan, li kieb qiegħed iġorr 217-il passiġġier u seba' membri tal-ekwipaġġ, ġġarraf ftit wara li telaq mill-kumpless ta' Sharm el-Sheikh fil-Baħar l-Aħmar fi triqu għall-belt Russa ta' San Pietruburgu. Grupp militant qrib l-Istat Iżlamiku iddikjara fi stqarrija li huma waqqgħu l-ajruplan b'risposta għall-burdamenti li qatlu mijiet ta' Musulmani fis-Sirja. "Ir-Russi u dawk kollha li jeħduha magħna għandhom jieħdu lezzjoni minn dak li ġara llum. M'hemm l-ebda post sigur la fuq l-art u lanqas fis-sema. Aħna se noqtlukom kif intom qed tippruvaw toqtlu lilna," l-ISIS qalu fuq messaġġ fuq Twitter. Madankollu, l-Ministru tat- Trasport Russu Maxin Sokoloy xejjen id-dikjarazzjoni li saret mill-grupp militant li kienu huma li waqgħu l-ajruplan permezz ta' missila. "Dawn ir- rapporti qatt ma jistgħu jitqiesu bħala veritieri," qal il-Ministru Russu. L-ajruplan huwa tal-linja tal-ajru Russa Kogalymavia. Il- fdalijiet tal-ajruplan, li nqasam f 'żewġ biċċiet, instabu maħruqa flimkien mal-kaxxa s-sewda. Uffiċjali tas-sigurtà Eġizzjana qalu li irnexxielhom joħorġu 100 katavru mill-ajruplan, b'diversi iġsma kienu għadhom imwaħħlin mas-seats. Il-maġġoranza tal-passiġġieri abbord l-ajruplan kienu Russi, filwaqt li kien hemm ukoll tliet Ukreni. Fost il-vittmi, hemm 17-il tifel u tifla, bl-età tagħhom tvarja bejn is-sentejn u s-17-il sena. Uffiċjali Eġizzjani qalu li ħadd mill-passiġġieri ma rnexxielu jeħlisha u kull min kien abbord miet. l-aġenzija Reuters irrapurtat li l-ajruplan inqasam fi tnejn b'parti minnu tinħakem min-nirien kbar waqt li l-parti l-oħra baqgħet dieħla fil-ġebel. Fl-isfond tat-traġedja, l-President Russu Vladimir Putin ħabbar jum ta' luttu matul il-Hadd. Intbagħtu wkoll numru ta' uffiċjali Russi sabiex tiġi stabbilita l-kawża tat-traġedja u timijiet ta' salvataġġ. Il-ktieb ta' Anthony Grech jibda b'dan ir-ritratt mill-isbaħ tal-vapur tal-passiġġieri dieħel l-Imġarr ma' tlugħ ix- xemx. Ara iktar ritratti f 'paġni 14 u 15 Uħud mill-qraba tal-vittmi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_01 Novembru 2015