Illum previous editions

ILLUM_01 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/594534

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 39

8 illum | Il-Ħadd 01 ta' Novembru 2015 'Ċert mill-integrità ta' Joe Cassar ' – Busuttil minn Daniel Mizzi Il-Kap tal-partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li huwa ċert mill-integrità tal-ex- ministru Joe Cassar wara li dan tal-aħħar ħallas donazzjoni ta' €1,000 wara li ngħata karozza mingħand Joe Gaffarena. F'intervista fuq Għandi xi Ngħid, Busuttil qal li irrespitivament jekk Joe Cassar ħallasx lil Joe Gaffarena jew le, dan tal- aħħar ma rċieva xejn lura. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal dan wara li aktar kmieni din il-ġimgħa, Joe Cassar ammetta li fl-2012 ta donazzjoni ta' €1,000 lill- PN għal karozza li xtara mingħand Joe Gaffarena, wara li dan tal-aħħar allegatament ma riedx flus tagħha. Cassar qed jinsisti li ried jgħin lil Gaffarena għax dan kien qed iħossu "vulnerabbli" iżda min-naħa tagħhom, il-Partit Laburista qed isostni li l-karozza kienet "rigal" u l-eks-ministru tas-saħħa kiser il-kodiċi tal-etika. Il-każ ta' Cassar 'manipulazzjoni tal-Gvern' Mistoqsi jekk hu, bħala politikant kienx jaċċetta li jieħu karozza a skambju ta' donazzjoni għall-PN, Busuttil tenna li anke jekk Joe Cassar kienx inġenwu, hu kien se jemmen lid-deputat Nazzjonalista u mhux lil Joe Gaffarena. Huwa insista li r-rapporti dwar ir-relazzjoni bejn Joe Cassar u Joe Gaffarena kienu biss "manipulazzjoni tal- Gvern u attentat ta' Joseph Muscat sabiex jiddevja mill- iskandli li qed iseħħu." "Minflok m'aħna qed nitkellmu dwar l-iskandli tal-Gvern, fosthom l-esproprijazzjoni ta' Strada Zekka u r-rappor tal-Awditur Ġenerali dwar il-proprjetà li l-GWU kriet lill-ARMS, qed nitkellmu dwar l-integrità ta' Joe Cassar. Mhux se naqa' għal din id-devjazzjoni u għal-logħob ta' Joseph Muscat," Busuttil tenna. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li Michael Falzon kien intaqa' ma' Joe Gafarena biex jara x'jaf dwar il-Partit Nazzjonalista. "Ejja ma ninsewx li Gaffarena kien mal-PN u telaq biss meta ma ingħatalux permess għal petrol station illegali li bena hu stess, u wara li l-PN batu jixxejjer. Issa għax qaleb, irid jaqla l-ħama fuq min jaf fil-Partit Nazzjonalista, u hu kien jaf lil Joe Cassar sewwa," huwa qal. Jien mhux konfrontattiv - Busuttil Dwar il-politika, l-Kap tal-Oppożizzjoni qal li taħt il-Partit Laburista l-politika Maltija ġġennerat f 'episodji kontinwi ta' antagoniżmu, u konfronti. Madankollu, mistoqsi jekk id-diskors tiegħu tal-baġit kienx wieħed konfrontattiv, Busuttil – li fil-parlament iddeskriva lil Joseph Muscat bħala persuna "bluff " – qal li hu ma kienx konfrontattiv. Bl-istess mod, huwa ddefenda l-pożizzjoni tiegħu wara li qal li diversi esponenti Laburisti u l-qraba tagħhom kienu qed jieklu minn fuq dahar il-poplu. "Il-membri parlamentari Laburisti, nkluż il-ministri, mhux biss huma qed jieklu flok b'ħalq wieħed imma minn tnejn jew aktar. Deputat Laburista qed jaqla' iktar flus minn dak Nazzjonalista għax taw lilhom nfushom diversi pagi u ħatrijiet … Jekk ma nitkellimx fuqha jien, min se jitkellem fuqa?" staqsa Busuttil. "Il-mument li persuni, nkluż il-familjari ta' xi deputati Laburisti, qed jitħallas minn flus il-poplu ma tibqax personali iżda ssir pubblika. In-nies għandhom ikollhom id-dritt li missier Konrad Mizzi qed imexxi bord tal-Gvern … Ġaladarba li qed ngħid il-verità, mela mhux konfrontattiv," huwa tenna. Mistoqsi x'qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista biex jipperswadi lill-elettorat li huwa differenti, l-Kap tal-PN qal li l-partit qed jippożizzjona ruħu bħala partit alternattiv li jħadden politika differenti "b'mentalità differenti u Ewropeja." "Il-mod ta' kif issir il- politika jrid jinbidel. Jiena għamilt disa' snin fil-parlament Ewropej, iżda meta tiġi Malta, huwa faċli li tinbela mis-sistema politika ta' Malta. Is-sistema tar-responsabbilità politika għandha tinbidel ukoll hekk kif preżentament, flok għandna gvern li jwieġeb għall-iskandli li qed iseħħu taħtu, jipprova jara x' se jivvinta x'ġara snin qabel," Busuttil tenna. 'pBS ikkontrollat mill-Gvern' Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista reġa' sostna li l-PBS qed jiġi kkontrollat mill- Gvern u li l-Partit Laburista qed jimmanipula l-aħbarijiet b'tali mod li l-Oppożizzjoni tiġi injorata. Busuttil epsrima d-dubji tiegħu wkoll dwar jekk il-programm ta' Andrew Azzopardi, li tiegħu kien mistieden, kienx ikkontrollat mill-Gvern, bir-reazzjoni inkredula ta' Azzopardi tgħid li "żgur li ma kienx ikkontrollat mill-Gvern." Huwa tenna li lil hinn mill- fatt li l-PN qed ikun "tingiża effettiva," l-Oppożizzjoni se tkun qed tippubblika l-viżjoni ekonomika ta' pajjiżna għas- snin li ġejjin. Aktar minn hekk, il-PN se jkun qed jaġġorna l-politika tiegħu fuq l-ambjent "għax taħt dan il- Gvern, l-ambjent ġie mormi 'l barra mit-tieqa." Id-deputat Nazzjonalista Joe Cassar (xellug) u l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil (lemin) ĠuvNI barrani ta' 26 residenti s-Swieqi weġġa gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt wara li qala' daqqa ta' sikkina jew mus minn raġel barrani. Il-pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-7:55 tal-bieraħ filgħodu meta r-raġel ġie ferut waqt li kien miexi fi Triq Santu Wistin, f 'San Ġiljan. Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li ż-żagħżugħ ġie ferut b'oġġett li jaqta' u bil-ponta minn raġel barrani ieħor. Il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei b'ambulanza fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi, iżda mhux f 'qagħda kritika. L-aggressur ħarab minn fuq il-post u qed jiġi mfittex mill-Pulizija. Żagħżugħ iweġġa gravi wara daqqa ta' sikkina

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_01 Novembru 2015