Illum previous editions

ILLUM_01 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/594534

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 39

34 illum Il-Ħadd 01 ta' Novembru 2015 SportSillum Stennija kbira għall-ASMK Trials Illum, l-ASmK, tkompli tiftaħ l-istaġun ASmK Pasta Poiatti 2015/2016, din id-darba bil-muturi Trials. matul dan l-istaġun is-sezzjoni Trials mistennija torganizza tmien attivitajiet, bl-ewwel waħda mistennija ssir fil- Barriera 'Tarġiet Għomor', limiti tan-Naxxar. l-attività tibda fid-9am. Intant, nhar il-Ħadd li għadda 25 ta Ottubru, l-Assoċjazzjoni fetħet il-Kampjonat tal-Karozzi Autocross bl-ewwel attività li saret ġewwa l-Kumpless Sportiv f 'Ta'Qali. Għal din l-attività, irreġistraw 25 karozza fiż-żewġ klassijiet Autocross Modified u Autocross Standard. Fis-Sezzjoni Autocross Modified rajna lil Philip Joe Vella fuq Opel Corsa jiddomina l-ġurnata fejn rebaħ il-Heats kollha biex issiġilla postu fil- finali Klassi A. Miegħu kkwalifikaw ukoll Joseph Micallef u Malcolm Borg, it-tnejn fuq Opel Corsa, Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo, Godfrey Gauci u Christian Apap, it-tnejn fuq Ford Fiesta. Mat-tluq ta' din il-finali rajna ħruġ tajjeb minn Vella u Galea li ħa l-ewwel pożizzjoni segwit minn Vella u Apap. Ftit qabel l-ewwel dawra rajna lil Borg u Micallef jirtiraw minħabba ħsara mekkanika biex l-attenzjoni marret mill-ewwel fuq Gauci li kien qed jagħmel pressjoni fuq Apap li baqa' jiddefendi postu. Ftit qabel tmiem it-tiġrija sar kunttat minn Gauci fuq Apap bil- konsegwenza li Apap ħareġ barra mill-korsa u kellu jieqaf. Wara din l-azzjoni Gauci ġie mwaqqaf ukoll mir-referi tal-ġurnata. Intant, ir-riżultat finali spiċċa b'Galea jirbaħ l-ewwel attività segwit minn Vella u Apap fit-tieni u fit- tielet post rispettivament. Borg u Micallef spiċċaw fir-raba' u l-ħames post rispettivament. Minħabba l-azzjoni anti-sportiva, Gauci ġie sospiż ukoll mill- attività li jmiss. Għall-finali ta' Klassi B kwalifikaw Gordon Johnson fuq Peugeot 205, Jurgen Mallia fuq Honda, Noel Zammit fuq Fiat Punto, Josef Abela fuq Opel Nova, Jonathan Camilleri fuq Opel Corsa u Ivan Birmingham fuq Suzuki Swift. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lil Zammit u Camilleri jagħmlu ħruġ tajjeb tant li serqu l-ewwel żewġ pożizzjonijiet b'Zammit jieħu t-tmun tat-tiġrija segwit minn Camilleri u Birmingham. L-attenzjoni mill-ewwel marret fuq Abela fejn kien qed isegwi lil Birmingham sakemm wara t-tieni lap, Abela għamel azzjoni anti- sportiva fuq Birmingham biex ħadlu postu iżda r-referi tal-ġurnata ppenalizza lil Abela bi tliet punti inqas wara din l-azzjoni. Lejn tmiem il- finali Zammit kellu jirtira minħabba ħsara mekkanika biex kienet faċli għal Camilleri biex jirbaħ din il-finali segwit minn Abela u Birmingham. Fir-raba' u l-ħames post spiċċaw Mallia u Zammit. Johnson irtira mill-bidu tal-finali minħabba ħsara mekkanika. Fis-Sezzjoni Autocross Standard li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed tikber, rajna disa' karozzi jikkompetu fiha fejn Deane Farrugia fuq Citroen AX u Traydon Bailey fuq Ford KA ddominaw il-ġurnata u kkwalifikaw għall-finali. Ma' dawn ikkwalifikaw ukoll Ian Fenech fuq Citroen AX, Lawrence Galea fuq Honda Civic u Samuel Bezzina fuq Volkswagen Polo. Mat-tluq tal-finali rajna lil Fenech u Farrugia jagħmlu ħruġ tajjeb b'dan tal-aħħar jieħu t-tmun tal-finali segwit minn Fenech u Bailey. L-attenzjoni marret fuq Bezzina li kien qed isegwi lil Bailey sakemm Bezzina rnexxielu jeħodlu postu ftit qabel il-bandiera tat- tmiem, bir-riżultat finali jispiċċa b'Farrugia fl-ewwel post segwit minn Fenech u Bezzina. Fir-raba' post spiċċa Bailey segwit minn Galea. Intant, l-ASMK, avżat li attivitajiet għal matul Novembru se jkunu qed jiġu organizzati nhar il-Ħadd li ġej, it-8 ta' Novembru bil-karozzi Autocross bl-attività tibda f '12pm. Intant, il-Ħadd 15 ta' Novembru ssir tiġrija Enduro li tibda fl-10am u l-Ħadd 22 ta' Novembru bil-Karozzi Autocross u Muturi Motocross bl- attività tibda fil-11am. Aktar informazzjoni tinsab fis-sit elettroniku uffiċjali tal-ASMK, www.asmk.org. mt Michael Scicluna fuq Peugeot segwit minn Ian Fenech fuq Citroen AX

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_01 Novembru 2015