Illum previous editions

ILLUM_01 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/594534

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 39

Il-Ħadd 01 ta' Novembru 2015 | illum 17 hemm baħar li qed jikkumbatti jew l-agressur m'hawnx. Irridu naraw x'se jiġri mill-agressur ladarba jitlaq mid-dar, għax dan mhux kulħadd jista jmur għand ommu. Ma ninsewx ukoll li persuna vjolenti id-dar mal-mara se jkun vjolenti mal-ġenituri, jiġifieri trid toqgħod attent li ma tkunx qed tispostja l-problema minn post għall-ieħor. Id-diskors jaqa' fuq in-nuqqas ta' gwida għall-avukati tal- għajnuna legali kif ukoll dwar fatt li jissemma fir-rapport, jiġifieri meta mara titla' l-Qorti u ġieli lanqas tkun taf liema kawża tkun se tinstema' minħabba li tkun għamlet iktar minn rapport wieħed. Micallef Stafrace tfakkar illi dan huwa wieħed mill-fatturi u l-funadmenti tas-sistema legali ta' pajjiżna. Jiġifieri dik li l-Qorti ma tistax tgħidlek minn qabel x'kawża tkun ħa tinstema'. Hija tappella iżda lill-vittmi biex iżommu ruħhom aġġornati dwar dak li jkun qed jiġri, biex b'hekk ikunu jafu dejjem liema kawża se tinstema' u jkunu preparati. Tammetti li dan mhux l-ideal, iżda kważi b'sens ta' rassenjazzjoni tfakkar illi s'issa s-sitwazzjoni hija tali. Bdejna nedukaw mill-primarja Intant l-intervista tibda riesqa lejn it-tmiem tagħha. L-ILLUM jistaqsi dwar dak li l-Kummissjoni qed tagħmel fir-rigwrad tal- edukazzjoni b'Micallef Stafrace tgħid illi bħalissa "qed immorru fl- iskejjel tal-Gvern u nitkellmu mal- guidance teachers, ngħidulhom x'inhuma dawk l-affarijiet u l-imġieba li jeħtieġ joqgħodu b'għajnejhom miftuħin għaliha." Hija tgħid kif l-edukazzjoni, anke lill-istudenti bdiet mill-primarja u baqgħet tiela' sal-Junior College. Ittemm isostni li, fil-fatt, l-affarijiet f 'dan il-qasam "mhumiex statiċi daqs kemm wieħed jaħseb. Ħa nkun ċara s-sistema għandha problemi kbar, li mhux se jkunu solvuti malajr biżżejjed għall- vittmi, imma x-xogħol qed isir u ħidma pożittiva ferm minn kulħadd, mhux l-inqas il-Pulizija qed issir ukoll." "Il-Pulizija mhux social workers. Dik il-verita' " Iċ-Ċerpersin tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Vjolenza Domestika Yana Micallef Stafrace

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_01 Novembru 2015