Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/594534
Il-Ħadd 01 ta' Novembru 2015 | illum 33 SportSillum Fil-Kampjonat taljan Serie a tim, juventus ġewwa darhom fil-juventus Stadum, kisbu rebħa drammatika ta' 2-1 kontra l-ġirien iżda rivali kbar ta' torino, bil-gowls għall- juventini jaslu minn paul pogba fid-19 -il minuta u minn Cuadrado propju fid- 90 minuta, waqt li l-Granata kienu ġabu l-iskor indaqs momentarjament fit-52 minuta, permezz ta' Cesare Bovo. Intant, fil-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra, kompla l-istaġaun diżatsruż għal Chelsea meta ġewwa darhom fi Stamford Bridge, sfaw megħluba bl-iskor ta' 3-1 minn Chelsea. Kienu propju l-Blues li fetħu l-iskor permezz ta' Ramires, wara biss erba' minuti logħob. Iżda kellhom ikunu Liverpool, immexxija mill-kowċ bravu Ġermaniż, Jurgen Klopp, li joħorġu rebbieħa bit-tliet gowls għalihom jaslu minn doppjetta tal-eks plejer Brażiljan ta' Inter, Coutinho, bil-gowl l-ieħor għalihom fil-logħba jasal mill-attakkant prolifiku Belġjan, u akkwist ġdid tagħhom, Christian Benteke. Wara din it-telfa, m'hemmx l-iċken dubju, li l-kowċ tal- Blues, l-'iSpecial One', Jose Mourinho, jinsab fix-xifer li jitlef postu mit-tmun tal- klabb minn Londra. Wara sensiela ta' riżultati pożittivi, West Ham United, barra minn darhom, sorprendentament, sfaw megħluba mit-tim fuq il- karta inferjuri ta' Watford, bl- iskor ta' 2-1, biż-żewġ gowls għal dawn tal-aħħar jaslu minn doppjetta ta' Odion Ighalo. Manchester City, ġewwa darhom fl-Etihad Stadium tħabtu aktar milli mistenni, biex għelbu lit-tim ferm iktar inferjuri ta' Norwich City bl-iskor ta' 2-1, bil-gowls tagħhom fil-logħba jaslu minn Nicolas Otamendi fis- 67 minuta u minn Yaya Toure fid-89 minuta permezz ta' penalty. Min-naħa l-oħra, il- gowl waħdieni għal Norwich City, wasal minn Cameron Jerome fl-84 minuta. Tajjeb ngħidu li dawn tal-aħħar sfaw jilagħbu b'10 plejers, meta fid-89 minuta, tkeċċa għalihom il-plejer Russell Martin, permezz ta' karta ħamra diretta wara fawl li wettaq fil-kaxxa meta kien l-aħħar raġel, u li minnu rriżulta l-penalty li ta t-tliet punti prezzjużi lil Manchester City, li permezz tagħhom ikkonsolidaw posthom fil-quċċata tal-klassifika, flimkien ma' Arsenal. Dawn tal-aħħar, barra minn darhom kisbu rebħa ferm konvinċenti ta' 3-0 kontra Swansea City, bil-gowls għalihom jaslu mill-attakkant prolifiku Franċiż, Olivier Giroud, Laurent Koscielny u Joel Campbell. Leicester City barra minn darhom dawru telfa f 'rebħa ta' 3-2 kontra West Bromwich Albion, biex komplew bl-istaġun mill- aqwa li qed ikollhom sa issa, fejn m'hemmx dubju li huma t-tim rivelazzjoni tal-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra. Kienu propju dawn tal-aħħar li fetħu l-iskor permezz ta' Jose Salomon Rondon man- nofsiegħa logħob, bit-tieni gowl għalihom jasal minn penalty ta' Rickie Lambert fl-84 minuta. Madankollu, doppjetta ta' Riyad Mahrez, li qed ikollu staġun tal-ħolm ma' Leicester City u gowl waħdieni minn Jamie Vardy, taw ir-rebħa u tliet punti prezzjużi lil-Leicester City. Intant, il-konfront bejn Crystal Palace u Manchester United, kif ukoll dak bejn Newcastle United u Stoke City, intemmew fi draw ta' mingħajr gowls. RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 31 ta' Ottubru Chelsea vs Liverpool 1-3 Crystal Palace vs Man. united 0-0 Man. City vs Norwich City 2-1 Newcastle United vs Stoke City 0-0 Swansea City vs Arsenal 0-3 Watford vs West Ham United 2-0 WBA vs Leicester City 2-3 FIXTURES Il-Ħadd 1 ta' Novembru 14:30 Everton vs Sunderland 17:00 Southampton vs Bournemouth Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 31 ta' Ottubru Juventus vs Torino 2-1 Fixtures Il-Ħadd 1 ta' Novembru 12:30 Fiorentina vs Frosinone 15:00 Bologna vs Atalanta 15:00 Carpi vs Hellas Verona 15:00 Genoa vs Napoli 15:00 Udinese vs Sassuolo 20:45 Lazio vs AC Milan KlassifiKa Kampjonat Barclays premier tim l p t i Manchester City 11 25 Arsenal 11 25 Leicester City 11 22 Manchester United 11 21 West Ham United 11 20 Tottenham Hotspur 10 17 Liverpool 11 17 Crystal Palace 11 16 Watford 11 16 Southampton 10 14 West Bromwich Albion 11 14 Everton 10 13 Swansea City 11 13 Stoke City 11 13 Chelsea 11 11 Norwich City 11 9 AFC Bournemouth 10 8 Newcastle United 11 7 Sunderland 10 6 Aston Villa 10 4 Juventus jiksbu rebħa drammatika u jkompli l-istaġun diżastruż ta' Chelsea Klopp (xellug) u mourinho (lemin) jieħdu b'idejn xulxin fi tmiem il-logħba bejn chelsea u liverpool L-All Blacks ta' New Zealand jidħlu fl-istorja bir-rebħ tat-tielet Tazza tad-Dinja tar-Rugby minn Cristian Antony Muscat new Zealand............... 34 awstralja .................... 17 it-tim nazzjonali tar- Rugby ta' new Zealand, daħal fl-istorja bir-rebħ tat-tielet tazza tad-Dinja, li hija wkoll magħrufa bħala t-'tazza Webb Ellis', meta għelbu lir-rivali kbar tal-awstralja bl-iskor ferm konvinċenti ta' 34- 17. B'hekk dan it-tim sar l-aktar tim nazzjonali ta' suċċess f 'din il- kompetizzjoni, tul l-istorja. tajjeb ngħidu li din kienet it-tieni tazza tad-Dinja konsekuttiva li rebħu new Zealand. Għal New Zealand, ħames plejers kienu qed jilagħbu l-aħħar logħba tagħhom bil- flokk tal-All Blacks. Dawn huma Richie McCaw, Daniel Carter, Ma'a Nonu, Conrad Smith u Kevin Mealamu. New Zealand kienu l-aħjar tim tul il-logħba kollha, fejn għalkemm kien hemm xi ħinijiet li l-Awstralja daħlu lura fil-logħba, kien evidenti mill-bidu sal-aħħar li l-All Blacks kienu se jiksbu dan it-titlu ferm prestiġjuż, hekk kif is-superjorità tagħhom fil-grawnd paxxiet lil dawk li segwew din il-finali tant mistennija, kemm mill- istands kif ukoll minn fuq it- televixin. Għal New Zealand, impressjona bil-kbir, wieħed mill-ħames plejers li kien qed jilgħab l-aħħar logħba tiegħu bil-flokk tal-All Blacks, Daniel Carter, li rnexxielu jrebbaħ diversi punti għat-tim tiegħu, permezz ta' erba' penalties, żewġ conversions, u drop goal. Min-naħa l-oħra, l-aħjar plejer għall-Awstralja kien Bernard Foley li kkonverta żewġ conversions u penalty. new Zealand jidħlu fl-istorja bir-rebħ tat-tielet tazza tad-Dinja