Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/594534
28 illum | Il-Ħadd 01 ta' Novembru 2015 Is-suċċess tal-Kia fl-Ewropa akbar minn qatt qabel KIA Motors fl-Ewropa rreġistrat l-akbar rekord li qatt kellha fl-istorja tal- kumpanija fil-bejgħ kemm fl-ewwel kwart tas-sena kif ukoll sa nofs is-sena, hekk kif din il-marka ta' karozzi kompliet tikber sena wara oħra u laħqet tkabbir ta' 7.6%, skont l-aħħar statistika u informazzjoni maħruġa mill-Assoċjazzjoni tal- Manifatturi tal-Karozzi fl-Ewropa (ACEA). Matul l-ewwel nofs tal- 2015, Kia tellgħet il-bejgħ tagħha għal 200,038, li jirrappreżentaw l-aqwa sitt xhur li qatt kellha l-kumpanija ta' fama Koreana fl-Ewropa. Meta mqabbla mal-ewwel sitt xhur tal-2014, dawn ir-riżultati jirrappreżentaw tkabbir ta' 7.6%. Fl-istess ħin, it-tieni kwart tal-2015 jitiqes bħala l-aqwa li qatt kellha din id-dittà ta' karozzi bil-bejgħ jilħaq total ta' 103,946 karozza reġistrata – l-ewwel darba li l-Kia qabżet il-limitu ta' mitt elf f 'perjodu ta' tliet xhur. Michael Cole, Chief Operating Officer għal Kia Motors fl-Ewropa, qal li, "L-2015 sal-lum kien perjodu mill-aqwa għal Kia fl-Ewropa, b'rekord ta' bejgħ li jilħaq livelli għolja ġodda. Ninsabu ferħanin li Kia baqgħet tikber b'konsistenza u sostenibbiltà, u li n-numru dejjem jiżdied ta' sewwieqa qegħdin iħarsu lejn il-karozzi tagħna bħala karozzi ta' valur u kwalità għolja." Cole żied jgħid: "Kia hi ffukata li, mingħajr ebda rivalità fl-industrija, tkompli tiżviluppa l-prodotti tagħha ta' kwalità, kif ukoll bħala waħda minn ta' quddiem fil-livell għoli ta' servizz li toffri lill-klijenti tagħha f 'kull fejn hi mifruxa. Irridu lill- klijenti jieħdu gost jixtru u li jkunu sidien ta' karozzi Kia. Il-bejgħ rekord tagħna juri li d-direzzjoni li mexjin fiha u l-mod ta' kif naħdmu qed jagħti riżultat." Mudelli ġodda u ta' kwalità aħjar ikabbru l-bejgħ b'7.6% L-ewwel kwart tas-sena tal-Kia kien karatterizzat minn bejgħ li baqa' jiżdied fuq il-mudelli kollha tal-Kia Soul, li daħlet fus-suq madwar l-Ewropa fil-bidu tas-sena (il- bejgħ fl-ewwel nofs tas-sena jitla' 112% sena wara oħra għal 7,042 karozza), bħalma kienet ukoll is-Sorento SUV l-ġdida bil-bejgħ din is-sena s'issa jilħaq 5,670 karozza. L-aħħar verżjoni tal-mudell Rio wkoll kiseb riżultati tajbin fit-tieni tliet xhur tas-sena u fl- ewwel nofs tas-sena, bil-bejgħ ilaħħaq għal 33,059 karozza (+6.1%) rispettivament. L-iSportage u s-cee'd fuq nett tal-lista tal-aktar mudelli li jinbiegħu Il-Kia Sportage u l-mudell cee'd żammew l-ogħla żewġ postijiet fil-klassifika tal- aktar mudelli li jinbiegħu ta' din id-ditta Koreana. Bħalissa, fir-raba' sena ta' produzzjoni, il-Kia Sportage kisbet l-ogħla livelli ta' bejgħ li qatt kellha fi tliet xhur fit- tieni kwart tas-sena, b'total ta' 28,208 karozza tinbiegħ madwar l-Ewropa bejn April u Ġunju. Mill-bidu tas- sena sal-lum nbiegħu total ta' 56,002 karozzi madwar l-Ewropa (żieda ta' 12% meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2014). Il-mudell cee'd, b'40,900 karozza fl-ewwel nofs tas- sena, jibqa' t-tieni l-aktar mudell tal-Kia li jinbiegħ fl-Ewropa wara l-iSportage, u jibqa' jappella lill-klijenti grazzi għad-disinn klassiku, bi stil fuq ġewwa tal-karozza għoli u ta' kwalità, b'għażla wiesgħa ta' magni effiċjenti u prattiċi b'mod naturali. Minn meta bdiet il- produzzjoni fl-2006, il-Kia cee'd laħqet mira importanti meta riċentement il-Kia Motors fl-Ewropa immanifatturat il-miljun Kia cee'd. Dan huwa żvilupp sinnifikanti fir-rwol tal- Kia li ssostni t-tkabbir u s-suċċess tagħha tul id-disa' snin ta' storja. Il-miljun Kia cee'd li ħarġet mil-linja tal-produzzjoni tal-Kia fl-Ewropa kienet Kia cee'd high-powered GT five-door hatchback, ta' kulur 'Abjad Perla'. Il-karozza u l-magna tagħha 204 ps 1.6 litre T-GDI (turbo gasoline direct injection) kienu manifatturati fis-Slovakkja – il-karozza li kienet manifatturata biex tinbiegħ lil klijent fl-Olanda. Il-mudelli kollha tal-Kia fl-Ewropa jibqgħu jinbiegħu b'garanzija unika ta' seba' snin. KARRIERA U MHUX SEMPLIĊI MPJIEG IL-MITA TIPPROVDI AKTAR MINN SEMPLIĊI MPJIEG. IL-MITA HIJA L-AKBAR ENTITÀ TAL-ICT F'MALTA B'TIM PROFESSJONALI TA' AKTAR MINN 330 IMPJEGAT. AĦNA NINVESTU FIK BIEX TILĦAQ IL-POTENZJAL PROFESSJONALI TIEGĦEK U NASSIGURAW LI L-IMPJIEG TIEGĦEK MAL-MITA JIŻVILUPPA F'KARRIERA LI TTIK SODISFAZZJON. JEKK QIEGĦED/A TFITTEX KARRIERA U MHUX SEMPLIĊI IMPJIEG, IRRIDU NISIMGĦU MINN GĦANDEK. SOFTWARE DEVELOPER PERMESS TAL-ETC: 14/2015 Il-kandidati magħżula ser ikunu qed jaħdmu f 'ambjent ta' xogħol dinamiku ukat fuq li jbiddel l-operat ħdan il-Gvern permezz ta' soluzzjonijiet tekniċi tal-aqwa kwalita. Għaldaqstant, il-kandidati ser ikunu esposti għal sezzjonijiet dierenti -operat tal-Gvern u permezz ta' dan se jiżviluppaw jew jimplimentaw/jappoġjaw soluzzjonijiet li jittrasformaw il-mod ta' kif jopera il-Gvern għall-beneccju taċ-ċittadini. Preferenza tingħata lil kandidati li għandhom ġabra ta' ħiliet kurrenti -ICT, li jinkludu business analysis jew immudellar intraprenditorjali, għaren ta' mudelli ta' disinn, kif ukoll l-abbiltà li jizviluppaw u jimplimentaw jew isostnu soluzzjonijiet permezz tal-aktar teknoloġiji avvanzati. Għaż-żewġ pożizzjonijiet imsemmija, il-kandidati magħżula jrid ikollhom wieħed minn dawn ir-rekwiżiti ta' kwaliċi u/jew esperjenzi meħtieġa: i) Grad akkademiku relatat mal-ICT (livell tal-MQF ta' 6 jew ogħla), f 'liema każ esperjenza preċedenti mhijiex neċessarja; JEW ii) Diploma relatata mal-ICT (livell tal-MQF ta' 5) imkien ma' sena esperjenza ta' xogħol f 'qasam relatat; JEW iii) Diploma relatata mal-ICT (livell tal-MQF ta' 4) imkien ma' sentejn esperjenza f 'software development; JEW iv) tlett snin esperjenza f 'software development. Dawk il-kandidati li ma jurux il-kompetenzi l-livell meħtieġ jistgħu jiġu oruti l-pożizzjoni f 'livell ta' Associate. Għal aktar dettalji żur: www.mita.gov.mt/careers Ibgħat CV dettaljat, imkien ma' email, kopji taċ-ċertikati u ismijiet ta' żewġ referenzi inkluż l-indirizz elettroniku tagħhom sa mhux aktar tard mill-Erbgħa, 11 ta' Novembru 2015 fuq: careers.mita@gov.mt Human Resources Manager, Malta Information Technology Agency, Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda ĦMR 9010 Il-MITA tapplika l-prinċipju ta' opportunitajiet ugwali għal kulħadd TECHNICAL SERVICES OFFICER PERMESS TAL-ETC: 117/2015 Il- MITA tixtieq timpjega Technical Services Ocers s-Service Call Centre kif ukoll l-Control Centre: i) Fis-Service Call Centre: It-Technical Services Ocer hawnhekk t/jori servizz ta' kwalita' għolja lill-klijenti permezz ta' għodda maniġerjali biex t/jagħmel dijanjosi ta' inċidenti u t/jagħti feedback lill-klijenti. ii) Fil-Control Centre: It-Technical Services Ocer hawnhekk t/jagħmel xogħol ta' moniteraġġ u t/jipprovdi support fuq is-servizzi tal-informatika u l-infrastruttura tal-Gvern biex t/jiżgura provvista ta' servizz eċċellenti 24x7x52. Din il-pożizzjoni topera fuq bażi ta' 'shift'. Il-kandidati magħżula jrid ikollhom għaren f 'numru ta' oqsma li jinkludu Local Area Networks, Operating System, Desktop Technology u j/tintegra ruħu mal-klijenti tal-MITA. Iridu jkunu wkoll uwenti l-lingwa Maltija u Ingliża.